EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Previżjonijiet ekonomiċi Ewropej

Previżjonijiet ekonomiċi Ewropej

 

SOMMARJU TA’:

Artikolu 134 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKLU U TAL-PREVIŻJONIJIET?

L-Artikolu 134 jistabbilixxi l-Kumitat Ekonomiku u Finanzjarju (KEF). L-għan tal-KEF huwa li jippromwovi l-koordinazzjoni tal-politika ekonomika fost il-pajjiżi tal-UE, billi wieħed mill-kompiti prinċipali tiegħu hu li jżomm is-sitwazzjoni ekonomika u finanzjarja tal-UE u tal-pajjiżi tal-UE taħt reviżjoni.

Il-previżjonijiet janalizzaw l-iżviluppi makroekonomiċi attwali u futuri possibbli u jikkontribwixxu għat-tfassil tal-politika tal-UE.

PUNTI EWLENIN

Il-previżjonijiet huma ppubblikati fis-serje ta’ dokumenti istituzzjonali. Huma:

  • ippreparati mid-Direttorat Ġenerali għall-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji (DG ECFIN) tal-Kummissjoni Ewropea;
  • ikopru lill-UE, lill-pajjiżi tal-UE, liż-żona tal-euro, xi wħud mill-ekonomiji ewlenin l-oħrajn tad-dinja, bħall-Istati Uniti, il-Ġappun, iċ-Ċina, ir-Russja u l-pajjiżi tal-Assoċjazzjoni Ewropea tal-Kummerċ Ħieles, u l-pajjiżi kandidati tal-UE (il-Montenegro, l-ex Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja, l-Albanija, is-Serbja u t-Turkija);
  • janalizzaw kwistjonijiet bħal
    • tkabbir tal-prodott domestiku gross (PDG) u l-elementi li jixprunawh;
    • is-suq tax-xogħol, l-inflazzjoni u l-pagi u l-finanzi pubbliċi;
  • jikkunsidraw politiki makroekonomiċi sal-punt li dawn jistabbilixxu l-prospetti għat-tkabbir tal-PDG u l-inflazzjoni;
  • jiffokaw fuq medda ta’ żmien ta’ mill-inqas sentejn (2);
  • ikopru madwar 180 fattur;
  • huma ppubblikati erba’ (4) darbiet fis-sena (żewġ (2) previżjonijiet kompluti f’Mejju u f’Novembru u żewġ (2) previżjonijiet interim fi Frar u f’Lulju) skont iċ-ċiklu annwali ta’ koordinazzjoni tal-politika ekonomika tal-UE, magħruf bħala s-Semestru Ewropew.

Id-DĠ ECFIN jippubblika wkoll:

  • rapporti ekonomiċi biex jinfurmaw id-diskussjoni u d-dibattitu dwar il-politika;
  • dokumenti ta’ diskussjoni biex jiżdied l-għarfien dwar ix-xogħol tekniku tad-DĠ;
  • dokumenti tekniċi dwar rapporti u data.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (Verżjoni konsolidata) — It-Tielet Parti — Politika u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu VIII — Politika ekonomika u monetarja — Kapitolu 3 — Dispożizzjonijiet Istituzzjonali — Article 134 (ex Article 114 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 105-106)

l-aħħar aġġornament 18.05.2018

Top