EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Privattivi unitarji tal-UE — arranġamenti dwar it-traduzzjoni

Privattivi unitarji tal-UE — arranġamenti dwar it-traduzzjoni

 

SOMMARJU TA’:

ir-Regolament (UE) Nru 1260/2012 — arranġamenti dwar it-traduzzjoni relatati mal-privattiva unitarja

XI JKUN L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Jistabbilixxi l-arranġamenti għat-traduzzjoni għas-26 pajjiż tal-UE li daħlu għall-Privattiva Ewropea b’effett unitarju (magħrufa bħala “privattiva unitarja”).

PUNTI EWLENIN

Privattiva unitarja ppubblikata b’waħda mit-tliet lingwi uffiċjali tal-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi (EPO) — l-Ingliż, il-Franċiż u l-Ġermaniż — u li t-talbiet relatati magħha jkunu ġew tradotti għat-tnejn l-oħrajn, kif stabbilit mill-Artikolu 14(6) tal-Konvenzjoni Ewropea dwar il-Privattivi m’għandhiex għalfejn tiġi tradotta għal lingwi uffiċjali oħra tal-UE.

Detentur ta’ privattiva li jissuspetta ksur tal-privattiva tiegħu jeħtieġlu:

  • jipprovdi, fuq it-talba tal-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur, traduzzjoni sħiħa tal-privattiva għal-lingwa uffiċjali tal-pajjiż tal-UE fejn ikun seħħ l-allegat ksur jew fejn tgħix il-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur;
  • jipprovdi traduzzjoni sħiħa tal-privattiva għal-lingwa uffiċjali tal-qrati ta’ pajjiżi oħrajn li daħlu għall-privattiva unitarja Ewropea u li jistgħu jkunu involuti fil-proċeduri legali;
  • iħallas l-ispejjeż tat-traduzzjonijiet involuti.

Il-qrati li fil-qafas ta’ tilwima jkollhom jivvalutaw il-ħsarat jeħtiġilhom iqisu jekk il-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur hijiex:

Jeħtiġilhom ukoll iqisu jekk il-persuna li allegatament tkun wettqet il-ksur tkunx aġixxiet b’mod mhux intenzjonat.

Skema għal kumpens:

  • tgħin biex jingħata rimborż, sa limitu stabbilit, għall-ispejjeż tat-traduzzjoni ta’ applikazzjonijiet għall-privattiva mressqa b’lingwa uffiċjali tal-UE li mhijiex waħda mit-tliet lingwi uffiċjali tal-EPO;
  • tkun iffinanzjata mit-tariffi għat-tiġdid tal-privattivi u għal ħlas tard;
  • tkun disponibbli biss għal SMEs, persuni fiżiċi, organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligħ, universitajiet, u organizzazzjonijiet pubbliċi ta’ riċerka li għandhom ir-residenza tagħhom jew li-post prinċipali tan-negozju f’pajjiż tal-UE.

Il-miżuri tranżitorji jistipulaw li waqt perjodu ta’ sitt snin mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-regolament:

  • l-applikazzjonijiet għal privattivi unitarji mressqa bil-Franċiż jew bil-Ġermaniż iridu jiġu tradotti għall-Ingliż u dawk imressqa bl-Ingliż għal kwalunkwe lingwa uffiċjali oħra tal-UE;
  • sitt snin wara d-data li fiha jibda japplika r-regolament u sussegwentement kull sentejn, kumitat espert indipendenti jrid jevalwa l-abbiltà ta’ magni ta’ kwalità għolja li jittraduċu applikazzjonijiet u speċifikazzjonijiet ta’ privattivi;
  • il-Kummissjoni Ewropea jeħtiġilha tippreżenta rapport lill-gvernijiet tal-UE abbażi tal-ewwel evalwazzjoni mill-kumitat u ta’ dawk sussegwenti.

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-regolament se japplika erba’ xhur wara li t-13-il strument ta’ ratifika tal-Ftehim dwar il-Qorti Unifikata tal-Privattivi (sakemm dan jinkludi lit-tliet pajjiżi bl-ogħla numri ta’ privattivi Ewropej fis-seħħ — il-Ġermanja, Franza u r-Renju Uni (1)) jiġi ddepożitat għand is-Segretarjat tal-Kunsill tal-UE.

SFOND

Id-Deċiżjoni 2011/167/UE awtorizzat lill-25 pajjiż jużaw il-proċedura ta’ kooperazzjoni msaħħa tal-UE biex jaħdmu flimkien favur il-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja. Spanja u l-Italja ddeċidew li ma jidħlux għall-iskema.

Applikazzjoni waħda biss lill-Uffiċċju Ewropew tal-Privattivi tippermetti li wieħed jiżgura l-protezzjoni tal-privattivi f’sa 26 pajjiż tal-UE. B’hekk jiġu ssimplifikati l-proċeduri u jitnaqqsu l-ispejjeż għall-applikanti li jixtiequ jipproteġu l-invenzjonijiet tagħhom.

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1260/2012 tas-17 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja fir-rigward tal-arranġamenti applikabbli għat-traduzzjoni (ĠU L 361, 31.12.2012, pp. 89-92)

DOKUMENTI RELATATI

Regolament (UE) Nru 1257/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2012 li jimplimenta l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja (ĠU L 361, 31.12.2012, pp. 1-8)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/167/UE tal-10 ta’ Marzu 2011 li tawtorizza l-kooperazzjoni msaħħa fil-qasam tal-ħolqien ta’ protezzjoni tal-privattiva unitarja (ĠU L 76, 22.3.2011, pp. 53-55)

l-aħħar aġġornament 06.12.2017



(1) Ir-Renju Unit joħroġ mill-Unjoni Ewropea u jsir pajjiż terz (pajjiż mhux tal-UE) mill-1 ta’ Frar 2020.

Top