EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Miżuri speċifiċi biex jiġi promoss l-irkupru tal-Greċja

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.

Miżuri speċifiċi biex jiġi promoss l-irkupru tal-Greċja

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (UE) 2015/1839 — miżuri speċifiċi għall-Greċja taħt il-Fondi Strutturali u ta’ Investiment tal-UE

SOMMARJU

X’JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi miżuri li jżidu l-prefinanzjament inizjali* u r-rati ta’ kofinanzjament* għal ċerti programmi fil-Greċja appoġġati mill-Fondi Strutturali u ta’ Investiment Ewropej — jiġifieri l-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali (FEŻR), il-Fond Soċjali Ewropew (FSE), il-Fond ta’ Koeżjoni (FK) u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd (FEMS) għall-perjodu 2014-2020.

PUNTI EWLENIN

  • Fl-2015 kif ukoll fl-2016, ser titħallas rata ta’ prefinanzjament addizzjonali (għal dik ta’ 1 %) ta’ 3.5 % tal-ammont totali tal-appoġġ mill-fondi għall-perjodu 2014-2020 lil programmi taħt il-mira tal-Investiment għat-tkabbir u l-impjiegi, iffinanzjati mill-FEŻR, mill-FSE u l-FK, kif ukoll lil programmi ffinanzjati mill-FEMS.
  • Ir-rati ta’ kofinanzjament għal programmi Griegi għall-2007-2013 għall-objettiv ta’ konverġenza (għal reġjuni fejn il-prodotti domestiku gross għal kull ras huwa taħt il-75 % tal-medja tal-UE) u l-objettiv ta’ kompetittività reġjonali u impjiegi huma miżjuda għal 100 %.
  • Il-limitu massimu għal pagamenti lil dawn il-programmi qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ pprogrammar ukoll ġie miżjud għal 100 %.
  • Il-Greċja se tistabbilixxi mekkaniżmu ta’ rappurtar biex tiżgura li r-riżorsi finanzjarji jintnefqu b’mod effettiv.

SFOND

Il-kriżi finanzjarja wasslet għal rati negattivi persistenti ta’ tkabbir fil- Greċja kif ukoll għal problemi serji ta’ likwidità u nuqqas ta’ fondi pubbliċi disponibbli għall-investimenti li tant hemm bżonnhom sabiex tingħata spinta lit-tkabbir u l-ħolqien tal-impjiegi. Ir-regolament jintroduċi miżuri speċifiċi biex jiżgura li l-finanzjament Ewropew jintuża b’mod effettiv għal investimenti fuq il-post u jilħaq lill-benefiċjarji malajr kemm jista’ jkun.

TERMINI EWLENIN

* Prefinanzjament huwa pagament maħsub biex jipprovdi lill-awtoritajiet tal-programmi bil-likwidità sabiex jibdew jimplimentaw il-programmi.

* Kofinanzjament huwa r-rekwiżit sabiex il-finanzjamnet tal-UE jitqabbel ma’ finanzjament minn livelli nazzjonali u/jew reġjonali sabiex jiżdied l-effett ta’ lieva u s-sjieda tal-investimenti.

ATT

Regolament (KE) Nru 2015/1839 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ottubru 2015 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1303/2013 fir-rigward ta’ miżuri speċifiċi għall-Greċja (ĠU L 270, 15.10.2015, p. 1-3)

ATTI RELATATI

Regolament (UE) Nru 1303/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet komuni dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni, il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali u l-Fond Marittimu u tas-Sajd Ewropew u li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali, il-Fond Soċjali Ewropew, il-Fond ta’ Koeżjoni u l-Fond Ewropew għall-Affarijiet Marittimi u s-Sajd u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1083/2006 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 320-469)

l-aħħar aġġornament 08.03.2016

Top