EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Qafas ġenerali għas-sanzjonijiet tal-UE

Qafas ġenerali għas-sanzjonijiet tal-UE

 

SOMMARJU TA’:

L-Artikolu 29 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKOLU 29 TAT-TRATTAT DWAR L-UNJONI EWROPEA (TUE) U TAL-ARTIKOLU 215 TAT-TRATTAT DWAR IL-FUNZJONAMENT TAL-UNJONI EWROPEA (TFEU)?

  • L-Artikolu 29 tat-TUE jippermetti lill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea jadotta miżuri restrittivi (sanzjonijiet) kontra l-gvernijiet ta’ pajjiżi li mhumiex parti mill-Unjoni Ewropa (UE), entitajiet mhux statali (pereżempju kumpaniji) u individwi (bħal terroristi) biex jiksbu bidla fil-politika jew fl-attività tagħhom.
  • Skont l-Artikolu 215 tat-TFUE, il-Kunsill jista’ jadotta l-miżuri meħtieġa għad-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 29 tat-TUE biex jiżgura li jiġu applikati b’mod uniformi fl-Istati Membri kollha tal-UE.

PUNTI EWLENIN

  • L-UE tadotta sanzjonijiet, bħala l-miżuri tagħha stess (jiġifieri sanzjonijiet awtonomi) u/jew mod biex timplimenta riżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, f’każijiet fejn pajjiżi mhux tal-UE, persuni fiżiċi jew ġuridiċi, gruppi jew entitajiet mhux statali:
  • Tali sanzjonijiet huma strumenti preventivi u mhux punittivi maħsuba biex jippermettu lill-UE tirrispondi malajr għall-isfidi u l-iżviluppi politiċi f’konformità mal-prinċipji tal-politika komuni tal-affarijiet barranin u tas-sigurtà tagħha.
  • Is-sanzjonijiet tal-UE għandhom jitqiesu fil-kuntest ta’ djalogu politiku usa’. Il-miżuri restrittivi għandhom jitfasslu biex inaqqsu l-konsegwenzi għall-popolazzjoni ċivili. F’dan ir-rigward, l-UE tqis li huwa xieraq li tiġi indirizzata s-sitwazzjoni permezz tal-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet speċifiċi u differenzjati ta’ pajjiż jew parti minnu, membri tal-gvern, individwi, gruppi jew entitajiet fil-mira.

Sanzjonijiet gradwali

Firxa ta’ sanzjonijiet gradwali jistgħu jiġu imposti mill-UE kontra pajjiżi mhux tal-UE, inklużi dawn li ġejjin.

  • Sanzjonijiet diplomatiċi:
    • it-tkeċċija ta’ diplomati, is-sospensjoni ta’ żjarat uffiċjali;
    • is-sospensjoni ta’ kooperazzjoni bilaterali u multilaterali mal-UE; u
    • bojkotts ta’ avvenimenti sportivi jew kulturali.
  • Sanzjonijiet Ekonomiċi u finanzjarji:

Il-miżuri restrittivi jistgħu jinkludu:

  • l-iffriżar tal-fondi u riżorsi ekonomiċi taħt is-sjieda jew il-kontroll ta’ individwi jew organizzazzjonijiet fil-mira (bħal flus kontanti, depożiti fil-bank, stocks, ishma, eċċ.) li ma jistgħux jiġu aċċessati, imċaqilqa jew mibjugħa, u propjetà immobbli li ma tistax tinbiegħ jew tinkera;
  • viża jew projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar li jipprevjenu individwi milli jidħlu fl-UE;
  • projbizzjoni ta’ miżuri settorjali, pereżempju fuq l-importazzjoni jew l-esportazzjoni ta’ ċertu prodotti jew teknoloġiji.

F’ċertu każi, eċċezzjonijiet mill-iffriżar tal-assi jistgħu jingħataw biex jippermettu l-esportazzjoni ta’ prodotti biex jilħqu l-bżonnijiet bażiċi (bħall-ikel jew mediċini).

L-Istati Membri jistgħu wkoll jagħtu eżenzjonijiet għall-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar (pereżempju, sabiex jippermettu membru sanzjonat ta’ gvern ta’ pajjiż mhux tal-UE jipparteċipa f’konferenza tan-Nazzjonijiet Uniti li tinżamm fit-territorju tagħhom).

Impattiu effetti

Is-sanzjonijiet huma maħsuba biex ikollhom effetti politiċi u ekonomiċi. Dawn japplikaw għal:

  • kwalunkwe persuna ġewwa jew barra t-territorju tal-UE, kemm jekk huma persuna mill-UE kif ukoll jekk le;
  • kumpaniji u organizzazzjonijiet inkorporati taħt il-liġi ta’ Stat Membru (inklużi fergħat ta’ kumpaniji tal-UE f’pajjiżi mhux tal-UE);
  • gvernijiet, organizzazzjonijiet u entitajiet mhux statali ta’ pajjiżi mhux tal-UE;
  • kwalunkwe negozju li jsir f’parti mill-UE jew fl-UE kollha kemm hi.

L-introduzzjoni ta’ reġimi ta’ miżuri restrittivi

L-2018 u l-2019 raw l-introduzzjoni ta’ tliet reġimi ta’ miżuri restrittivi:

Ksur ta’ miżuri restrittivi miżjuda mal-lista ta’ delitti tal-UE

F’Novembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2022/2332, li tidentifika l-ksur tal-miżuri restrittivi tal-UE bħala reat li jissodisfa l-kriterji speċifikati fl-Artikolu 83(1) TFUE.

SFOND

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu V — Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-Azzjoni Esterna tal-Unjoni u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Kapitolu 2 — Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Taqsima 1 — Dispożizzjonijiet komuni — Artikolu 29 (ex Artikolu 15 TUE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 33).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Parti 5 — L-azzjoni esterna tal-Unjoni — Titolu IV — Miżuri restrittivi — l-Artikolu 215 (ex Artikolu 301 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 144).

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2332 tat-28 ta’ Novembru 2022 dwar l-identifikazzjoni tal-ksur tal-miżuri restrittivi tal-Unjoni bħala qasam ta’ kriminalità li jissodisfa l-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 83(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 308, 29.11.2022, pp. 18–21).

Lista Militari Komuni tal-Unjoni Ewropea adottata mill-Kunsill fil-21 ta’ Frar 2022 (tagħmir kopert mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari) (ĠU C 100, 1.3.2022, pp. 3–35).

Ir-Regolament (KE) 2021/821 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2021 li jistabbilixxi reġim tal-Unjoni għall-kontroll tal-esportazzjonijiet, is-senserija, l-assistenza teknika, it-transitu u t-trasferiment ta’ oġġetti b’użu doppju (riformulazzjoni) (ĠU L 206, 11.6.2021, p. 1–461).

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2021/821 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1890 ta’ 11 Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran (ĠU L 291, 12.11.2019, pp. 3–12).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1894 tal-11 ta’ Novembru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tal-attivitajiet ta’ tħaffir mhux awtorizzat tat-Turkija fil-Lvant tal-Mediterran (ĠU L 291, 12.11.2019, pp. 47–53).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/796 tas-17 ta’ Mejju 2019 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu l-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha (ĠU L 129 I, 17.5.2019, pp. 1–12).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/797 tas-17 ta’ Mejju 2019 dwar miżuri restrittivi kontra attakki ċibernetiċi li jheddu lill-Unjoni jew l-Istati Membri tagħha (ĠU L 129 I, 17.5.2019, pp. 13–19).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542 tal-15 ta’ Ottubru 2018 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi (ĠU L 259, 16.10.2018, pp. 12–21).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2018/1544 tal-15 ta’ Ottubru 2018 li tikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi (ĠU L 259, 16.10.2018, pp. 25–30).

Ara l-verżjoni konsolidata.

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-Tielet Parti — Politiki u azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu V — Żona ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja — Kapitolu 4 — Kooperazzjoni ġudizzjarja f’materji kriminali — l-Artikolu 83 (ex Artikolu 31 TUE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 80–81).

l-aħħar aġġornament 05.05.2023

Top