EUR-Lex Access to European Union law
This document is an excerpt from the EUR-Lex website
EU trade mark law (national registrations)
Liġi tal-UE dwar it-trade marks (reġistrazzjonijiet nazzjonali)
Liġi tal-UE dwar it-trade marks (reġistrazzjonijiet nazzjonali)
Liġi tal-UE dwar it-trade marks (reġistrazzjonijiet nazzjonali)
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?
PUNTI EWLENIN
Din id-direttiva tistipula l-bażi għall-adozzjoni ta’ liġijiet nazzjonali għat-trade marks fir-rigward ta' oġġetti jew servizzi li huma:
Format
Trade mark tista’ tkun kwalunkwe sinjal li kapaċi jiġi rappreżentat b'mod grafiku (partikolarment kliem, inkluż ismijiet personali, jew disinji, ittri, ċifri, l-għamla ta' oġġetti jew l-imballaġġ tagħhom). Is-sinjal għandu jkun kapaċi jiddistingwi l-oġġetti jew is-servizzi ta' persuna jew kumpanija waħda minn oħra.
Raġunijiet għal rifjut
Trade mark tista’ tiġi rifjutata qabel ir-reġistrazzjoni, jew tista’ sussegwentement tiġi ddikjarata invalida, għal diversi raġunijiet, inkluż li:
Trade mark tiġi rifjutata wkoll, jew tista’ tiġi ddikjarata invalida, jekk hija tkun identika jew simili għal trade mark li kienet reġistrata qabel.
Drittijiet
L-użu
Proċedura tar-reġistrazzjoni
L-applikazzjonijiet għandu jkun fihom:
L-applikazzjoni hija soġġetta għal ħlas ta’ tariffa li għandha tiġi ddeterminata mill-pajjiż tal-UE kkonċernat.
Tul ta' validità u tiġdid
Din id-direttiva tħassar u tissostitwixxi d-Direttiva 2008/95/KE mill-14 ta’ Jannar 2019.
META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?
Hija tapplika mit-12 ta’ Jannar 2016. Il-pajjiżi tal-UE għandhom jinkorporawha fil-liġi nazzjonali sal-14 ta’ Jannar 2019.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara “Il-protezzjoni tat-trade marks fl-UE” fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea.
TERMINI EWLENIN
* Marki kollettivi: Meta ssir applikazzjoni għar-reġistrazzjoni, huwa possibbli tindika trade mark bħala kollettiva. Assoċjazzjonijiet bħal manifatturi, produtturi jew fornituri ta’ servizzi jistgħu japplikaw għal marka bħal din.
ATT
Direttiva (UE) 2015/2436 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2015 biex jiġu approssimati l-liġijiet tal-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU L 336, 23.12.2015, pp. 1-26)
L-emendi suċċessivi għad-Direttiva (UE) 2015/2436 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
l-aħħar aġġornament 16.06.2016