Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Banek — superviżjoni prudenzjali

Banek — superviżjoni prudenzjali

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 2013/36/UE dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tal-kumpanija ta’ investiment (direttiva dwar ir-rekwiżiti ta’ kapital — CRD IV)

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

  • Direttiva 2013/36/UE, id-direttiva dwar ir-rekwiżiti ta’ kapital (CRD) tirregola aċċess għall-attività ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu fl-Unjoni Ewropea (UE).
  • Hija tistabbilixxi wkoll regoli dwar:
    • ir-rekwiżiti ġenerali għal aċċess għall-attività ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu;
    • id-dritt ta’ stabiliment u l-provvediment ta’ servizzi;
    • ir-reġim applikabbli għal fergħat ta’ banek f’pajjiżi mhux tal-UE;
    • is-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu mill-awtoritajiet rilevanti;
    • ir-rekwiżiti għal maniġers ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu biex jikkonformaw ma’ standards għolja professjonali u ta’ integrità (regoli kompetenti u adonei);
    • il-poteri u l-għodod ta’ sorveljanza ta’ dawk l-awtoritajiet għas-sorveljaza prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu; u
    • ir-rekwiżiti tal-pubblikazzjoni li dawk l-awtoritajiet għandhom jikkonformaw magħhom relatati mar-regolament prudenzjali u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ sorveljanza.
  • Hi tissostitwixxi d-direttivi ta’ qabel dwar rekwiżiti dwar kapital (2006/48/KE u 2006/49/KE) u li jkopru aspetti li qabel kienu inklużi f’dawk id-direttivi
  • Id-Direttiva 2013/36/EU hija parti minn pakkett ta’ leġiżlazzjoni bl-għan li jsaħħaħ ir-reżiljenza tas-settur bankarju tal-UE wara l-kriżi finanzjarja fl-2008. Il-pakkett jinkludi wkoll ir-Regolament (UE) Nru 575/2013, ir-regolament dwar rekwiżiti ta’ kapital (CRR) (ara s-sommarju), li jistabbilixxi r-rekwiżiti superviżorji li l-banek jridu jissodisfaw.

PUNTI EWLENIN

Id-direttiva tkopri numru ta’ oqsma importanti, inklużi dawn li ġejjin:

  • Awtorizzazzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu. Dan is-sett ta’ regoli jitlobu lid-ditti biex jwettqu n-negozju li jiġbru depożiti u fondi oħra pagabbli mill-ġdid mill-pubbliku biex jiksbu awtorizzazzjoni mis-superviżur tal-bank (“awtorità kompetenti” taħt it-terminoloġija tad-direttiva).
  • Governanza aħjar u aktar trasparenza. Id-direttiva introduċiet regoli li jiżguraw li r-riskji ġejjin minn attivitajiet tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu huma suġġetti għal maniġment u superviżjoni effettiva mill-korpi tal-maniġment tagħhom. Minn Jannar 2015, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu kellhom jiżvelaw ċerta informazzjoni abbażi ta’ pajjiż b’pajjiż, inklużi l-profitti, it-taxxi tagħhom u s-sussidji pubbliċi li jkunu rċevew. Minn Lulju 2024, id-Direttiva (UE) emendatorja 2024/1619 ddaħħlet standards ta’ governanza aktar stretti u rekwiżiti biex ikun hemm fis-seħħ politika li tippromwovi d-diversità f’termini ta’ sess, età u sfond f’korpi maniġerjali.
  • Il-bonusijiet tal-persunal. Biex timpedixxi li istituzzjonijiet ta’ kreditu jagħtu bonusijiet lil persunal tagħhom, li jħeġġuhom jieħdu riskji eċċessivi, id-direttiva tipprovdi għal proporzjon massimu bejn paga fissa u bonusijiet għall-persunal rilevanti kollu. Il-bonus ma jistax jeċċedi l-paga fissa annwali ta’ membru tal-persunal, għalkemm, taħt ċerti kundizzjonijiet, azzjonisti jistgħu jippermettu l-għoti ta’ bonusijiet ta’ sad-doppju tal-paga fissa. Ir-regoli jinkludu wkoll rekwiżiti oħra dwar bonusijiet li jippromwovu approċċ għat-terminu twil għat-teħid ta’ riskji. Id-Direttiva (UE) Emendatorja 2024/1619 tintroduċi regoli ġodda dwar bonusijiet, u torbothom mal-ġestjoni tar-riskju biex tħeġġeġ kultura ta’ għarfien dwar ir-riskji f’istituzzjonijiet u l-insegwiment ta’ għanijiet.
  • Qafas superviżjonarju. Awtoritajiet kompetenti għandhom poteri sinifikanti biex jimmonitorjaw u jinfurzaw konformità mad-direttiva, inkluż kontrolli aktar stretti fuq governanza ta’ bank, ġestjoni tar-riskju u politiki ta’ paga.
  • Kapital addizzjonali li jinżamm minn istituzzjonijiet ta’ kreditu (Pilastru 2 u kapitali ta’ lqugħ).
    • Id-direttiva tipprovdi għal rekwiżiti aktar dettaljati dwar il-qafas Pilastru 2, fejn awtoritajiet rilevanti nazzjonali jistgħu jitolbu li istituzzjonijiet ta’ kreditu jżommu kapital barra mir-rekwiżiti minimi stipulati fis-CCR.
    • Hi tistabbilixxi qafas dwar kapitali ta’ lqugħ li għandhom l-għan li jipproteġu s-solvenza ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu billi jistabbilixxu salvagwardji u limiti fuq l-ammont ta’ dividend u pagamenti ta’ bonus li istituzzjoni ta’ kreditu tista’ tagħmel. Skont il-limiti li istituzzjoni ta’ kreditu tuża’ mir-riżerva tagħha, il-limiti jsiru aktar stretti, u b’hekk tiġi evitata l-erożjoni tal-kapital tagħha.
    • Hi titlob li istituzzjoni ta’ kreditu tqis kemm riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG) jistgħu jaffettwaw l-istabbiltà finanzjarja u l-adegwatezza ta’ kapital, u potenzjalment jaffettwaw il-valutazzjonijiet ta’ kapital ta’ Pilastru 2 tagħhom.
  • Riskji ta’ ESG. Id-direttiva titlob lil istituzzjonijiet biex jintegraw ir-riskji ESG fl-oqsfa tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom u biex jiżvelaw kemm ir-riskji ESG huma inkorporati fl-istrateġiji tagħhom u fil-prattiċi tal-ġestjoni tar-riskju tagħhom.
  • Fergħat ta’ pajjiżi mhux tal-UE. Id-direttiva tiċċara r-regoli dwar il-provvediment ta’ servizzi bankarji transkonfinali minn barra l-UE u tintroduċi rekwiżiti minimi fuq ir-regolamentazzjoni u superviżjoni ta’ fergħat bankarji minn pajjiżi mhux tal-UE.
  • Indipendenza superviżorja. Id-direttiva tinkludi dispożizzjonijiet relatati ma’ indipendenza superviżorja u governanza korporattiva (pereżempju perjodi ta’ irtirar għal persunal superviżorju qabel ma jkunu jistgħu jibdew jaħdmu għal banek, u ddaħħal regoli ta’ valutazzjoni armonizzati “kompetenti u idonei” għal maniġers ta’ banek).
  • Kapaċità li tiflaħ għal xokkijiet. Id-direttiva għandha regoli fir-rigward ta’ entitajiet eżentati, kumpaniji azzjonarji finanzjarji, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, paga, miżuri u poteri superviżorji, u miżuri għall-konservazzjoni tal-kapital biex issaħħu l-kapaċità tas-settur finanzjarju biex ikun jiflaħ għal xokkijiet potenzjali.
  • Ir-reżiljenza operazzjonali diġitali. Id-direttiva kienet alinjata mar-rekwiżiti dwar riskji tal-ICT għal entitajiet finanzjarji elenkati fir-regolament dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali tas-settur finanzjarju (DORA) (ir-Regolament (UE) 2022/2554, ara s-sommarju).

Trattament ta’ kumpaniji ta’ investiment taħt id-direttiva dwar rekwiżiti tal-kapital.

Qafas regolatorju ġdid għal kumpaniji ta’ investiment. Fis-, qafas dedikat prudenzjali daħal fis-seħħ għal kumpaniji ta’ investiment. Ir-Regolament (UE) 2019/2033 (ara s-sommarju) u d-Direttiva (UE) 2019/2034 (ara s-sommarju). Qabel dak, kumpaniji ta’ investiment kienu suġġetti għall-istess regoli prudenzjali bħal banek. Skont xi kriterja ta’ proporzjonalità, ċerti kumpaniji ta’ investiment — meqjusa bħala sistematiċi u interkonnessi — jibqgħu suġġetti għal xi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/36/UE.

Atti ta’ implimentazzjoni u delegati

Il-pakkett CDR/CRR jitlob l-adozzjoni ta’ atti delegati u atti ta’ implimentazzjoni. Dawn joffru gwida dwar konformità mal-pakkett għall-awtoritajiet rilevanti nazzjonali, banek u kumpaniji ta’ investiment. Ir-regolamenti delegati li ġejjin jissupplimentaw id-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta’ standards tekniċi regolatorji.

  • Ir-Regolament delegat (UE) Nru 524/2014 dwar l-informazzjoni li awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti jagħtu lil xulxin.
  • Ir-Regolament delegat (UE) Nru 527/2014 dwar il-klassijiet ta’ strumenti li jirriflettu b’mod adegwat il-kwalità kredizja ta’ istituzzjoni bħala negozju avvjat u li huma xierqa biex jintużaw għall-iskopijiet ta’ paga varjabbli;
  • Ir-Regolament delegat (UE) Nru 530/2014 dwar aktar definizzjoni ta’ esponiment materjali u limiti għal approċċi interni għal riskju speċifiku fil-portafoll tan-negozjar;
  • Ir-Regolament delegat (UE) Nru 1151/2014 dwar l-informazzjoni li trid tiġi nnotifikat meta teżerċita d-dritt ta’ twaqqif u l-libertà li tipprovdi servizzi, sussegwentement emendat mir-Regolamenti (UE) 2022/192 u 2022/2403;
  • Ir-Regolament delegat (UE) Nru 1152/2014 dwar l-identifikazzjoni tal-pożizzjoni ġeografika tal-iskoperturii ta’ kreditu rilevanti għall-kalkolu għall-istituzzjonijiet ta’ rati speċifiċi tal-lqugħ tal-kapital kontroċikliku;
  • Ir-Regolament delegat (UE) Nru 1222/2014 dwar il-metodoloġija għall-identifikazzjoni ta’ istituzzjonijiet globali sistematikament importanti u għad-definizzjoni ta’ sottokategoriji ta’ istituzzjonijiet globali sistematikament importanti, sussegwentement emendat mir-Regolamenti (UE) 2016/1608 u 2021/539;
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/98 dwar standards regolatorji teknikċi għall-ispeċifikazzjoni ta’ kundizzjonijiet ġenerali għall-funzjonament ta’ kulleġġi ta’ superviżuri;
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2016/861 dwar kriterji xierqa kwalitattivi u kwantitattivi biex jiġu identifikati kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju ta’ istituzzjoni;
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2017/180 dwar standards ta’ valutazzjoni ta’ parametraġġ referenzjarju ta’ portafoll u proċeduri għall-kondiviżjoni ta’ valutazzjonijiet;
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2021/923 dwar kriterji li jiddefinixxu responsabbiltà maniġerjali, funzjonijiet ta’ kontroll, unitajiet ta’ negozji materjali u impatt sinifikanti fuq il-profil ta’ riskju ta’ unità ta’ negozju materjali, u dwar il-kriterjia biex ikun identifikati l-membri ta’ persunal jew kategoriji ta’ persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom ikollhom impatt fuq il-profil ta’ riskju ta’ istituzzjoni li hu komparabbli bħala daqstant materjali bħal dak ta’ membri tal-persunal jew kategoriji ta’ persunal;
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2022/2579 dwar standards regolatorji tekniċi li jispeċifikaw l-informazzjoni li trid tkun ipprovduta minn impriża fl-applikazzjoni ta’ awtorizzazzjoni konformi ma’ Artikolu 8(a) tad-Direttiva 2013/36/UE;
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2022/2580 dwar standards regolatorji tekniċi li jispeċifikaw l-informazzjoni li trid tkun ipprovduta fl-applikazzjoni tal-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu, u li tispeċifika l-ostakli li jistgħu jżommu l-eżerċizju effettiv ta’ funzjonijiet superviżorji ta’ awtoritajiet kompetenti;
  • Ir-Regolament Delegat (UE) 2024/856 dwar standards regolatorji tekniċi li jispeċifikaw ix-xenarji superviżorji ta’ xokk, is-suppożizzjonijiet komuni tal-immudellar u parametriċi u x’jikkostitwixxi tnaqqsi kbir;
  • Regolament Delegat (UE) 2024/857 rigward metodoloġija standardizzata u metodoloġija standardizzata ssimplifikata biex jiġu evalwati r-riskji li jirriżultaw minn bidliet potenzjali fir-rati tal-imgħax li jaffettwaw kemm il-valur ekonomiku ta’ ekwità kif ukoll l-introjtu mill-imgħax nett ta’ attivitajiet tal-portafoll mhux tan-negozjar ta’ istituzzjoni.

L-atti ta’ implimentazzjoni li ġejjin ġew adottati:

  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 620/2014 dwar standards rigward it-trasferiment tal-informazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tad-domiċilju u dawk ospitanti;
  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 650/2014, sussegwentement emendat mir-Regolament (UE) 2019/912, dwar standards fir-rigward tal-format, struttura, lista tal-kontenut u data tal-pubblikazzjoni annwali tal-informazzjoni li trid tkun żvelata mill-awtoritajiet kompetenti;
  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 710/2014 dwar standards fir-rigward tal-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-proċess tad-deċiżjoni konġunta għal rekwiżiti prudenzjali speċifiċi għal istituzzjoni;
  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 926/2014, sussegwentement emendat mir-Regolamenti (UE) 2022/193 u 2024/796, dwar forom standard, mudelli u proċeduri standard għal notifika relatata mal-eżerċizju tad-dritt tat-twaqqif u l-libertà li tipprovdi servizzi;
  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/99 dwar id-determinazzjoni tal-funzjonament operazzjonali tal-kulleġġi ta’ superviżuri;
  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/2070, l-iktar riċenti li kien emendata mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/379 dwar mudelli, definizzjonijiet u soluzzjonijiet tal-IT li għandhom jintużaw minn istituzzjonijiet meta jirrapportaw lill-Awtorità Bankarja Ewropea u lil awtoritajiet kompetenti;
  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/461 dwar proċeduri komuni, forom u mudelli għall-proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti għall-akkwisti proposti ta’ parteċipazzjoni kwalifikantii f’istituzzjonijiet ta’ kreditu;
  • Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2022/2581 dwar l-implimentazzjoni ta’ standards tekniċi għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE għall-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu.

MINN META JAPPLIKAW IR-REGOLI?

  • Direttiva 2013/36/UE kellha tkun trasposta f’liġi nazzjonali sal-. Ir-regoli li jinsabu fid-direttiva għandhom japplikaw mill-.
  • Direttiva Emendatorja (UE) 2019/878 kellha tkun trasposta sat-. Ir-regoli li hemm fid-direttiva jridu japplikaw mill-istess data.
  • Direttiva Emendatorja (UE)2019/2034 kellha tkun trasposta sas-. Ir-regoli li jinsabu fid-direttiva għandhom japplikaw mill-istess data, ħlief għal dawk li jirrigwardaw il-forniment ta’ servizzi fuq l-inizjattiva tal-klijent, li għandhom japplikaw mis-.
  • Direttiva Emendatorja (UE) 2022/2556 kellha tkun trasposta sas-. Ir-regoli li hemm fid-direttiva jridu japplikaw mill-istess data.
  • Direttiva Emendatorja (UE)2024/1619 kellha tkun trasposta sal-. Ħafna mir-regoli l-ġodda li jinsabu fid-direttiva għandhom japplikaw mill-istess data.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas- dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L, 176, , pp. 338–436).

L-emendi u l-korrezzjonijiet suċċessivi għad-Direttiva 2013/36/UE ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata hija biss bħala referenza.

l-aħħar aġġornament .

Top