L-għoti ta’ setgħa lin-negozji u liċ-ċittadini fis-suq uniku tal-UE
SOMMARJU TAD-DOKUMENT:
Komunikazzjoni (COM(2013) 636 final) — Li tagħti aktar setgħa lin-negozji u liċ-ċittadini fis-suq uniku tal-Ewropa
X’INHU L-GĦAN TA’ DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?
Din tistabbilixxi miżuri prattiċi li għandhom jittieħdu mill-Kummissjoni Ewropea u mill-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) biex il-pubbliku ġenerali jiġi infurmat aktar u aħjar dwar id-drittijiet tal-UE tiegħu, b’mod partikolari dwar kif id-drittijiet tiegħu għandhom jintużaw b’mod effettiv fil-livell nazzjonali u f’pajjiżi tal-UE oħrajn.
PUNTI EWLENIN
Il-Kummissjoni tipproponi 3 settijiet ta’ azzjoni li għandhom jiġu implimentati mill-Kummissjoni u/jew mill-pajjiżi tal-UE:
-
Li jkompli jiġi żviluppat u mtejjeb il-portal L-Ewropa tiegħek, biex iwieġeb aktar għall-bżonnijiet taċ-ċittadini u tan-negozji.
-
Li jiġi żgurat li tkun disponibbli informazzjoni ta’ kwalità tajba dwar ir-regoli u l-proċeduri nazzjonali permezz tal-portal L-Ewropa Tiegħek.
-
Li jiġi żgurat li aktar persuni jkunu jistgħu jaċċessaw l-informazzjoni fuq il-portal L-Ewropa Tiegħek.
-
1.
Il-portal L-Ewropa Tiegħek
Il-Kummissjoni qed tippjana għadd ta’ azzjonijiet biex ittejjeb il-portal, inkluż:
-
l-espansjoni tal-kontenut tiegħu sabiex ikopri għalkollox id-drittijiet, l-obbligi u l-opportunitajiet fis-suq uniku;
-
it-titjib tal-gwida dwar it-tfittxija onlajn u s-sinerġiji ma’ servizzi oħra;
-
it-twettiq ta’ studju dwar l-aċċessibbiltà u l-użu tiegħu, u l-implimentazzjoni tas-sejbiet tagħha sabiex jiġu garantiti l-aħjar aċċess u navigazzjoni għall-utenti kollha u speċjalment għall-persuni bi bżonnijiet speċjali u għall-persuni li jużaw apparat mobbli;
-
li jiġi żgurat li l-konsultazzjonijiet pubbliċi tagħha dwar is-suġġetti koperti mill-portal L-Ewropa Tiegħek ikunu aċċessibbli permezz tal-portal, sabiex l-utenti jingħataw l-opportunità li jħallu rispons dwar l-oqsma li jinteressawhom waqt it-tfassil tal-politiki.
-
2.
Informazzjoni dwar regoli u proċeduri nazzjonali
Il-pajjiżi tal-UE huma mitluba:
-
jagħmlu informazzjoni ta’ użu faċli disponibbli fil-portali nazzjonali tagħhom, biex jippermettu lill-individwi u lin-negozji jużaw id-drittijiet tal-UE tagħhom b’mod effettiv fis-suq uniku;
-
jikkooperaw mal-Kummissjoni biex jiżguraw li l-informazzjoni nazzjonali rilevanti, bħal informazzjoni dwar id-drittijiet ta’ residenza u n-negozjar f’pajjiż ieħor tkun aċċessibbli permezz tal-portal;
-
jiskambjaw prattika tajba fil-portali nazzjonali tagħhom ma’ pajjiżi tal-UE oħrajn.
Il-pjanijiet tal-Kummissjoni jinkludu:
-
l-iżvilupp ta’ għodod differenti għall-kondiviżjoni tal-kontenut;
-
li titlob lill-pajjiżi tal-UE jippubblikaw informazzjoni onlajn fuq il-leġiżlazzjoni kollha relatata mal-UE li tistabbilixxi d-drittijiet għaċ-ċittadini u/jew għan-negozji, biex tkun tista’ tiġi kkollegata jew skambjata mal-Ewropa Tiegħek.
-
3.
Iż-żieda tal-ilħuq tal-Ewropa Tiegħek
Il-Kummissjoni beħsiebha:
-
ittejjeb il-viżibbiltà permezz tal-ottimizzazzjoni għall-magni tat-tiftix, il-promozzjoni onlajn, l-għodod tal-midja soċjali, u kampanji ta’ informazzjoni u sensibilizzazzjoni.
Il-pajjiżi tal-UE huma mitluba:
-
jippromwovu l-portal L-Ewropa Tiegħek fil-livell nazzjonali, b’mod partikolari permezz ta’ ħoloq fuq il-portali nazzjonali tagħhom u kampanji ta’ sensibilizzazzjoni dwar suġġetti koperti mill-portal.
SFOND
DOKUMENT EWLIENI
Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Li tagħti aktar setgħa lin-negozji u liċ-ċittadini fis-suq uniku tal-Ewropa: Pjan ta’ azzjoni, f’kooperazzjoni mal-Istati Membri, li jagħti spinta ’l quddiem lill-Ewropa Tiegħek (COM(2013) 636 final, 17.9.2013)
l-aħħar aġġornament 11.04.2017
Top