Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro (Pericles 2020)

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Il-ġlieda kontra l-iffalsifikar tal-euro (Pericles IV)' for an updated information about the subject.

Il-ġlieda kontra l-falsifikazzjoni tal-euro (Pericles 2020)

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 331/2014 - programm ta’ skambju, għajnuna u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Pericles 2020 jappoġġja proġetti li għandhom l-għan ta’ skambju ta’ informazzjoni u kompetenza dwar it-trażżin tal-falsifikazzjoni tal-karti tal-flus u l-muniti tal-euro u frodi relatati, mira kostanti għall-kriminalità organizzata internazzjonali.

Filwaqt li jikkumplimenta l-isforzi nazzjonali billi joffri dimensjoni transnazzjonali u multidixxiplinarja, huwa jinkoraġġixxi l-kooperazzjoni bejn il-pajjiżi permezz ta’ proġetti transnazzjonali, u b’hekk jappoġġja l-iżvilupp ta’ kooperazzjoni mill-qrib u regolari u skambju tal-aqwa prattiċi.

PUNTI EWLENIN

Kif jaħdem Pericles?

Huwa miftiehem programm ta’ ħidma annwali u l-fondi huma allokati għall-prijoritajiet identifikati. Imbagħad jinħarġu sejħiet għal proposti. L-appoġġ finanzjarju huwa fil-forma ta’ għotjiet jew akkwist pubbliku għal 3 tipi ta’ azzjonijiet.

  • 1.

    Skambju ta’ informazzjoni: workshops ta’ taħriġ u laqgħat li prinċipalment jinvolvu persunal f’amministrazzjonijiet nazzjonali responsabbli għall-identifikazzjoni ta’ munita falza, banek ċentrali u kummerċjali, pulizija, zekek u l-ġudikatura. Speċjalisti fl-oqsma tal-istampar, l-inċiżjoni u s-sejbien ta’ karti ta’ flus u muniti foloz, kif ukoll fl-intelliġenza u kwalunkwe grupp ieħor ta’ speċjalisti kkonċernati jistgħu jipparteċipaw ukoll.

  • 2.

    Żvilupp ta’ appoġġ tekniku, xjentifiku u operattiv bħar-riżorsi tat-tagħlim (eż. manwali, bażi tad-dejta), applikazzjonijiet tal-kompjuter, studji transnazzjonali u l-iżvilupp ta’ proċeduri tekniċi (eż. metodi ta’ skoperta).

  • 3.

    Xiri ta’ tagħmir: għall-użu minn awtoritajiet kontra l-iffalsifikar iżda biss bħala parti minn strateġija usa’, eż. inkluż it-taħriġ.

Pericles 2020 jibda mill-2014 sal-2020, u għandu baġit ta’ €7,344,000 għal dan il-perjodu. Il-programm Pericles beda fl-2002 u ffinanzja kważi 200 proġett u ġew imħarrġa madwar 6,000 espert minn kważi 100 pajjiż

Dawn il-proġetti ffaċilitaw:

  • l-iskoperta ta’ iktar falsifikazzjonijiet;
  • iż-żarmar ta’ workshops illegali;
  • l-applikazzjoni ta’ sanzjonijiet u l-arrest ta’ iktar falsifikaturi madwar l-UE.

Estensjoni ta’ Pericles għal pajjiżi barra ż-żona tal-euro

Inizjalment, il-pajjiżi involuti fil-programm Pericles 2020 kienu dawk il-pajjiżi tal-UE li adottaw il-euro bħala l-munita unika tagħhom (il-pajjiżi taż-żona tal-euro).

Mill-1 ta’ Jannar 2014, bid-dħul fis-seħħ tar-Regolament (UE) 2015/768, il-miżuri kollha implimentati skont il-programm Pericles japplikaw għall-pajjiżi tal-UE kemm fiż-żona tal-euro kif ukoll barra ż-żona tal-euro. Dan biex jiġi żgurat li l-programm ikun implimentat b’mod uniformi mal-UE u li jkun hemm l-istess livell ta’ protezzjoni għall-euro fl-UE kollha kemm hi.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Ir-Regolament ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2014.

SFOND

Għal aktar informazzjoni:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Ir-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 2014 li jistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles 2020”) u li jħassar id-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2001/923/KE, 2001/924/KE, 2006/75/KE, 2006/76/KE, 2006/849/KE u 2006/850/KE (ĠU L 103, 5.4.2014, p. 1-9)

DOKUMENTI RELATATI

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew dwar l-evalwazzjoni ta’ nofs it-terminu tal-Programm għal skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (Programm “Pericles 2020”) (COM(2017) 0741 finali, 6.12.2017)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/768 tal-11 ta’ Mejju 2015 li jestendi għall-Istati Membri mhux parteċipanti l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 331/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi programm ta’ skambju, assistenza u taħriġ għall-protezzjoni tal-euro kontra l-iffalsifikar (il-programm “Pericles 2020”) (ĠU L 121, 14.5.2015, pp. 1-2)

l-aħħar aġġornament 23.07.2018

Top