Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Sħubija pubblika-privata għaċ-ċelluli tal-idroġenu u tal-fjuwil

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated. See 'Sħubiji pubbliċi-privati taħt Orizzont Ewropa' for an updated information about the subject.

Sħubija pubblika-privata għaċ-ċelluli tal-idroġenu u tal-fjuwil

L-Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2 (FCH 2 JU) timplimenta sħubija pubblika-privata (PPP) li tinvolvi lill-Kummissjoni Ewropea, lill-industrija taċ-ċellola tal-fjuwil u l-idroġenu (irrappreżentata mir-Raggruppament tal-Industrija ĠDID) u l-komunità tar-riċerka (irrappreżentata mir-Raggruppament tar-Riċerka N.ERGHY). L-għan tagħha huwa li tħaffef l-iżvilupp u l-użu tat-teknoloġiji taċ-ċelloli tal-fjuwil u tal-idroġenu.

ATT

Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 559/2014 tas-6 ta' Mejju 2014 li jistabbilixxi Impriża Konġunta taċ-Ċelloli tal-Fjuwil u l-Idroġenu 2.

SOMMARJU

Il-FCH 2 JU tfittex li tisfrutta l-benefiċċji ta' ċelloli tal-fjuwil, teknoloġija ta' konverżjoni effiċjenti (jiġifieri, taqleb sors ta' fjuwil f'elettriku), u ta' idroġenu, ġarrier nadif tal-enerġija, sabiex tgħin fl-indirizzar tal-isfidi tal-enerġija ffaċċjati fl-Ewropa. Potenzjalment, iċ-ċelloli tal-fjuwil u tal-idroġenu jistgħu joffru għadd ta' vantaġġi bħal:

li jippermettu li teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli tiġi applikata għat-trasport,

li jiffaċilitaw il-ġenerazzjoni tal-elettriku distribwit (jiġifieri fuq skala żgħira), u

li jindirizzaw in-natura intermittenti ta' sorsi ta' enerġija rinnovabbli, bħall-elettriku mir-riħ.

L-użu tagħhom għandu jgħin fil-ġlieda kontra l-emissjonijiet ta' karbonju, it-tnaqqis tad-dipendenza fuq prinċipalment idrokarburi importati u jikkontribwixxi għat-tkabbir u għax-xogħlijiet.

Wara l-ewwel ġenerazzjoni ta' suċċess li rat xi applikazzjonijiet bikrija jinġiebu fis-suq, issa FCH 2 JU qiegħda tara kif tħaffef l-użu kummerċjali ta' soluzzjonijiet ta' enerġija u trasport ibbażati fuq l-idroġenu madwar l-Ewropa kollha. FCH 2 JU hija stabbilita għal perjodu li ma jaqbiżx il-31 ta' Diċembru 2024.

Din il-fażi sejra tinvolvi t-titjib tal-prestazzjoni u t-tnaqqis tal-ispejjeż tal-prodotti, kif ukoll it-turija fuq skala usa' ta' kemm hija lesta t-teknoloġija għat-trasport (karozzi, karozzi tal-linja u infrastruttura ta' teħid ta' fjuwil) u enerġija (produzzjoni u distribuzzjoni tal-idroġenu, ħżin tal-enerġija u ġenerazzjoni stazzjonarja tal-elettriku).

Ġestjoni

L-FCH 2 JU hija entità legali stabbilita skont l-Artikolu 187 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (li jippermetti li jkun hemm sħubiji pubbliċi-privati fuq livell tal-UE fil-qasam tar-riċerka industrijali). Il-JU tistabbilixxi l-aġenda ta' riċerka strateġika tagħha stess u tiffinanzja proġetti magħżulin skont sejħiet għal proposti ppubblikati fuq is-sit elettroniku tal-FCH 2 JU. Il-JU tapplika r-Regoli ta' Orizzont 2020 għall-parteċipazzjoni.

Il-JU hija ġestita minn Direttur Eżekuttiv li huwa appoġġat mill-persunal tal-Uffiċċju tal-Programm. Il-JU għandha Bord Governattiv li jinkludi rappreżentanti tal-industrija u tal-Kummissjoni Ewropea. Għandu responsabilita ġenerali għall-operazzjonijiet tal-JU u jimmonitorja l-implimentazzjoni tal-attivitajiet tagħha. Tingħata parir mill-Kumitati Xjentifiċi fuq prijoritajiet xjentifiċi. Hemm ukoll Grupp ta' Rappreżentanti tal-Istati li jirrappreżenta lill-pajjiżi involuti u Forum ta' Dawk b'Interess. Id-deċiżjonijiet jittieħdu skont ir-regoli tal-votazzjoni stabbiliti mill-Impriża Konġunta.

L-Artikolu 209 tar-Regolament Finanzjarju tal-UE (Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012) jipprovdi għal regoli ġodda inqas stretti mfasslin apposta għall-korpi PPP tal-UE.

Baġit

Il-kontribut finanzjarju tal-UE (inkluż tal-EFTA) lill-Impriża Konġunta Fch 2 sabiex jiġu koperti l-ispejjeż amministrattivi u l-ispejjeż operazzjonali tela' għal EUR 665 miljun imqabbel b'ammont simili mill-parteċipanti. L-Impriża Konġunta tfittex ukoll li tiżviluppa sinerġiji mal-Fondi Strutturali u ta' Investiment Ewropej (ESIF).

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Regolament Nru (UE) 559/2014

27.6.2014

-

ĠU L 169 tas-7.6.2014, p. 108-129.

ATTI RELATATI

Regolament (UE) Nru 1291/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi Orizzont 2020 - il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni (2014-2020) u li jħassar id-Deċiżjoni Nru 1982/2006/KE (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 104-173).

L-aħħar aġġornament: 10.08.2014

Top