Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Noqorbu lejn enerġija sostenibbli u sikura kompetittiva għall-Ewropa

Noqorbu lejn enerġija sostenibbli u sikura kompetittiva għall-Ewropa

L-Unjoni Ewropea (UE) hija impenjata sabiex tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’bejn 80 sa 95 % inqas mil-livelli tal-1990 sal-2050. Hija għandha aġenda ċara sal-2020. Issa qed tistabbilixxi direzzjoni ġdida għall-ambizzjonijiet tagħha ta’ dekarbonizzazzjoni għat-tliet deċennji sussegwenti sabiex tipprovdi ċ-ċertezza għall-investituri, il-gvernijiet u ċ-ċittadini.

ATT

Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Pjan Direzzjonali għall-Enerġija 2050 (COM(2011) 885 finali tal-15.12.2011).

SOMMARJU

L-Unjoni Ewropea (UE) hija impenjata sabiex tnaqqas l-emissjonijiet tagħha ta’ gassijiet b’effett ta’ serra b’bejn 80 sa 95 % inqas mil-livelli tal-1990 sal-2050. Hija għandha aġenda ċara sal-2020. Issa qed tistabbilixxi direzzjoni ġdida għall-ambizzjonijiet tagħha ta’ dekarbonizzazzjoni għat-tliet deċennji sussegwenti sabiex tipprovdi ċ-ċertezza għall-investituri, il-gvernijiet u ċ-ċittadini.

X’TAGĦMEL IL-KOMUNIKAZZJONI?

Il-Pjan Direzzjonali għall-Enerġija jeżamina diversi xenarji sabiex tinkiseb ekonomija kompetittiva b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju sal-2050 filwaqt li tiġi żgurata s-sigurtà tal-provvista tal-enerġija. Dan juri li irrispettivament mix-xenarju li jintgħażel, l-għanijiet ta’ dekarbonizzazzjoni huma fattibbli.

PUNTI EWLENIN

Sabiex tinkiseb is-sistema tal-enerġija l-ġdida, il-Pjan Direzzjonali jidentifika l-fatturi segwenti:

  • L-istrateġija Enerġija 2020 eżistenti, bil-kapaċità tagħha li tgħin biex tnaqqas l-emissjonijiet b’40 % sal-2050, għandha tiġi implimentata bis-sħiħ.
  • L-enfasi ewlenija għandha tkun fuq l-effiċjenza fl-enerġija, speċjalment f’bini ġdid u qadim, it-trasport, prodotti u appliances.
  • L-enerġija rinnovabbli għandha l-potenzjal li tipprovdi madwar 30 % tal-konsum tal-enerġija totali tal-UE sal-2030.
  • Iktar investiment pubbliku u privat huwa meħtieġ fir-R & Ż u l-innovazzjoni teknoloġika sabiex l-enerġija b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju ssir kummerċjalment vijabbli.
  • Is-sostituzzjoni tal-gass mal-faħam u ż-żejt tista’ tnaqqas l-emissjonijiet ta’ teknoloġiji eżistenti mill-inqas sal-2030 jew anki sal-2035.
  • Il-prezzijiet tal-enerġija jeħtieġ li jirriflettu aħjar l-ispejjeż attwali, speċjalment meta jsiru investimenti ġodda. Iktar ma dan isir kmieni, iktar tkun faċli l-bidla għal sistema b’emissjonijiet baxxi tal-karbonju.
  • Infrastruttura ġdida tal-enerġija, pereżempju għall-vetturi elettriċi, u faċilitajiet tal-ħżin huma meħtieġa fl-UE u f’pajjiżi tal-viċin.
  • Is-sikurezza u s-sigurtà ta’ sorsi tal-enerġija tradizzjonali u ġodda iridu jibqgħu tal-akbar importanza.
  • L-UE għandha tieħu approċċ iktar wiesa’ u iktar ikkoordinat lejn ir-relazzjonijiet internazzjonali tagħha relatati mal-enerġija u azzjonijiet biex tindirizza t-tibdil fil-klima.
  • Iridu jiġu stabbiliti passi konkreti għall-għanijiet li jistgħu jinkisbu u biex l-investituri jiġu ggwidati hekk kif l-UE tieħu l-pass li jmiss billi tiddefinixxi l-qafas ta’ politika għall-2030.

SFOND

Is-sistema tal-enerġija tal-Ewropa jeħtieġ li tinbidel minħabba raġunijiet ta’ klima, sigurtà u l-ekonomija. L-investiment fl-enerġija jieħu ż-żmien biex jipproduċi riżultati. Id-deċiżjonijiet li jittieħdu llum diġà qed isawwru s-sistema tal-enerġija tal-2050 hekk kif l-infrastruttura li qed teqdiem qed tiġi ssostitwita u qed jiġu żviluppati forom ġodda ta’ enerġija. Matul din it-trasformazzjoni, l-investituri, kemm pubbliċi kif ukoll dawk privati, jeħtieġu idea ċara tad-direzzjoni li qed taqbad l-UE.

Ara wkoll il-paġni web l-Istrateġija tal-Enerġija u l-Pjan Direzzjonali għall-2050 tal-Kummissjoni Ewropea.

ATTI RELATATI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni - Enerġija 2020 Strateġija għal enerġija kompetittiva, sostenibbli u b’sigurtà (COM(2010) 639 finali tal-10.11.2010)

l-aħħar aġġornament 30.07.2015

Top