EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Nagħmlu l-kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol realtà għall-ħaddiema domestiċi

Nagħmlu l-kundizzjonijiet deċenti tax-xogħol realtà għall-ħaddiema domestiċi

Il-Konvenzjoni Nru 189 tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (ILO) dwar xogħol deċenti għal ħaddiema domestiċi tistabbilixxi l-istandards minimi globali sabiex jitrażżan l-abbuż u l-isfruttament ta' ħaddiema domestiċi u teħtieġ firmatarji sabiex jiġi żgurat li dawn il-ħaddiema jkollhom kundizzjonijiet tax-xogħol ġusti u deċenti.

ATT

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/51/UE tat-28 ta' Jannar 2014 li tawtorizza lill-Istati Membri biex jirratifikaw, fl-interess tal-Unjoni Ewropea, il-Konvenzjoni dwar ix-xogħol diċenti għall-ħaddiema domestiċi, 2011, tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (il-Konvenzjoni Nru 189)

SOMMARJU

L-Unjoni Ewropea (UE), kmieni fl-2014, qablet fuq deċiżjoni li tawtorizza lill-pajjiżi tal-UE sabiex jirratifikaw il-Konvenzjoni tal-ILO 2011 dwar xogħol deċenti għal ħaddiema domestiċi (Konvenzjoni Nru. 189). Din id-deċiżjoni hija meħtieġa minħabba li partijiet tal-Konvenzjoni jaqgħu fi ħdan il-kompetenza tal-UE. L-UE stess ma tistax tirratifika kwalunkwe Konvenzjoni tal-ILO, minħabba li Stati biss jistgħu jkunu partijiet għaliha.

Definizzjoni

Ħaddiem domestiku huwa definit bħala kwalunkwe persuna involuta f'xogħol domestiku (xogħol imwettaq fi jew għal dar jew djar) fi ħdan relazzjoni ta' impjieg.

Dispożizzjonijiet prinċipali

Il-Konvenzjoni teħtieġ lill-Istati li jirratifikaw sabiex:

  • jistabbilixxu età minima għal xogħol domestiku u salvagwardji għal ħaddiema li għandhom inqas minn 18-il sena;
  • jimpedixxu l-abbuż u l-vjolenza;
  • jiżguraw termini ġusti u kundizzjonijet deċenti ta' impjieg;
  • jagħmlu ċert li l-ħaddiema jkunu informati bit-termini u d-dettalji tal-impjieg tagħhom;
  • jirregolaw ir-reklutaġġ barrani u jiżguraw il-libertà tal-moviment;
  • jeħtieġu trattament ugwali bejn ħaddiema domestiċi u ħaddiema oħrajn fir-rigward ta' kumpens u benefiċċji, pereżempju fil-każ tal-maternità ; u
  • jiżviluppaw mekkaniżmu ta' ilmenti speċifiku.

Approċċi simili tal-ILO u l-UE

Il-liġi tal-UE diġà tindirizza xi aspetti koperti mill-Konvenzjoni tal-ILO. Id-dispożizzjonijiet tal-Konvenzjoni jikkondividu l-istess approċċ bħal din il-leġiżlazzjoni. Fuq ċerti kwistjonijiet, il-liġi tal-UE hija aktar protettiva mill-Konvenzjoni filwaqt li l-Konvenzjoni hija aktar preċiża mil-liġi tal-UE fir-rigward tal-kopertura tal-ħaddiema domestiċi mil-leġiżlazzjoni u f'aspetti partikolari oħrajn ta' xogħol domestiku.

Sfond

F'Ġunju 2012, fl-Istrateġija tal-UE lejn il-Qerda tat-Traffikar tal-Bnedmin, il-Kummissjoni ħeġġet lill-Istati Membri sabiex jirratifikaw l-istrumenti internazzjonali kollha relevanti, il-ftehimiet u l-obbligi legali li sejrin jikkontribwixxu għall-indirizzar b'mod aktar effettiv, koordinat u koerenti tat-traffikar tal-bnedmin inkluż il-Konvenzjoni dwar il-Ħaddiema Domestiċi.

REFERENZI

Att

Dħul fis-seħħ

Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

Il-Ġurnal Uffiċjali

Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/51/UE

31.1.2014

-

ĠU L 32 tal-1.2.2014.

ATTI RELATATI

C189 - Konvenzjoni dwar il-Ħaddiema Domestiċi, 2011 (Nru 189): Konvenzjoni dwar xogħol deċenti għal ħaddiema domestiċi

L-aħħar aġġornament: 07.07.2014

Top