EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Azzjoni globali għall-qerda tal-faqar u l-iżvilupp b'mod sostenibbli wara l-2015

Legal status of the document This summary has been archived and will not be updated, because the summarised document is no longer in force or does not reflect the current situation.

Azzjoni globali għall-qerda tal-faqar u l-iżvilupp b'mod sostenibbli wara l-2015

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Komunikazzjoni (COM(2015) 44 final) — Sħubija Globali għall-Qerda tal-Faqar u l-Iżvilupp Sostenibbli wara l-2015

X’INHU L-GĦAN TA’ DIN IL-KOMUNIKAZZJONI?

PUNTI EWLENIN

Il-Kummissjoni tiddeskrivi l-prinċipji ġenerali u l-komponenti neċessarji għas-sħubija globali meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-Aġenda tal-2030 għall-Iżvilupp Sostenibbli (qabel l-adozzjoni tagħha fis-Summit tan-NU f’Settembru 2015).

Prinċipji

Il-Kummissjoni talbet li s-sħubija globali tkun ibbażata fuq valuri universali bħal ma huma:

Komponenti

Is-sħubija għandha wkoll:

  • 1.

    tippromwovi ambjent ta’ politika li jiffavorixxi l-implimentazzjoni tal-Aġenda tal-2030 permezz ta’ prattiki, azzjonijiet u riżorsi kemm fil-livell internazzjonali kif ukoll f’dak nazzjonali;

  • 2.

    tiżviluppa kapaċitajiet addizzjonali u ġodda f’pajjiżi sħab u ttejjeb il-ħiliet billi tiffoka fuq l-iżvilupp tar-riżorsi umani u l-proċessi għall-ippjanar, il-ġestjoni u l-monitoraġġ;

  • 3.

    tiżgura li r-riżorsi pubbliċi nazzjonali huma mobilizzati b’mod effettiv u sostenibbli;

  • 4.

    tikkontribwixxi biex tinżamm il-mira tan-NU ta’ 0.7 % tad-Dħul Nazzjonali Gross għall-finanzjament talGħajnuna Uffiċjali għall-Iżvilupp (ODA) u tiffoka fuq li tirċievi kontribuzzjonijiet minn pajjiżi b'introjtu bejn medju u għoli u minn ekonomiji emerġenti (bħaċ-Ċina jew il-Brażil);

  • 5.

    iżżid il-kummerċ bħala fattur ewlieni għat-tkabbir inklużiv u sostenibbli u l-iżvilupp sostenibbli permezz ta’ Ftehimiet għall-Faċilitazzjoni tal-Kummerċ;

  • 6.

    tagħmel użu mil-potenzjal offrut mix-xjenza, it-teknoloġija u l-innovazzjoni, pereżempju, biex tgħin lin-nies jaħarbu mill-faqar, tippromwovi l-konsum sostenibbli jew tnaqqas il-vulnerabilità għad-diżastri;

  • 7.

    tinkoraġġixxi lis-settur privat domestiku u internazzjonali biex jinvesti f’sistemi tat-trasport u tal-enerġija effiċjenti u sostenibbli, u fl-infrastrutturi diġitali;

  • 8.

    tisfrutta l-effetti pożittivi tal-migrazzjoni u tippermetti lill-migranti legali biex iżommu iktar minn dak li jaqilgħu u tirrikonoxxi l-ħiliet u l-kwalifiki tagħhom;

  • 9.

    timmonitorja u tevalwa aħjar l-implimentazzjoni tal-SDGs biex tiżgura li tkun ibbażata fuq prinċipji ta' trasparenza, inklużività, il-kapaċità ta’ reazzjoni, effettività u effiċjenza, inkluż fl-aspetti finanzjarji tagħha.

Dawn il-proposti fformaw parti mill-pożizzjoni ta’ negozjar tal-UE għall-Konferenza għall-Finanzjament għall-Iżvilupp li saret f’Addis Ababa f’Lulju tal-2015 u s-Summit tan-NU fi New York f’Settembru tal-2015 li wasslu għall-adozzjoni tal-Aġenda tal-2030. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni wasslet għall-Konklużjonijiet tal-Kunsill f’Mejju tal-2015.

SFOND

DOKUMENT EWLIENI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni Sħubija Globali għall-Qerda tal-Faqar u l-Iżvilupp Sostenibbli wara l-2015 (COM(2015) 44 final, 5.2.2015)

DOKUMENTI RELATATI

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Ħajja diċenti għal kulħadd: Neqirdu l-faqar u nagħtu lid-dinja futur sostenibbli (COM(2013) 92 final, 27.2.2013)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Ħajja diċenti għal kulħadd: minn viżjoni għal azzjoni kollettiva (COM(2014) 335 final, 2.6.2014)

l-aħħar aġġornament 08.12.2016

Top