This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Economic Partnership Agreement between the EU and the Southern African Development Community countries
Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika
Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-UE u l-pajjiżi tal-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika
Dawn għandhom l-għan li jinkoraġġixxu l-iżvilupp billi jistabbilixxu relazzjonijiet ta’ kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u s-sitt pajjiżi kkonċernati.
Il-Komunità għall-Iżvilupp tan-Nofsinhar tal-Afrika (SADC) tikkonsisti fi:
Orjentazzjoni favur l-żvilupp
Indikazzjonijiet ġeografiċi
Żvilupp sostenibbli
Eċċezzjonijiet (derogi) għar-regoli tal-oriġini
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/882 dwar id-deroga mir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokoll 1 tal-EPA bejn is-SADC u l-UE dwar l-alonga ppreparata jew ippreservata tal-intestatura HS 1604, immanifatturata minn alonga mhux oriġinarja tal-Intestaturi HS 0302 jew 0303, mogħtija lin-Namibja bi kwota annwali ta’ 800 tunnellata metrika.
Sakemm jidħol fis-seħħ il-ftehim bejn l-UE u l-SADC kollha, il-ftehim japplika b’mod provviżorju mill-10 ta’ Ottubru 2016 bejn l-UE u l-Botswana, il-Lesoto, in-Namibja, l-Afrika t’Isfel u l-Eswatini kif indikat fl-avviż (ara d-dokumenti relatati hawn taħt) u mill-4 ta’ Frar 2018 bejn l-UE u l-Mozambique (ara l-avviżi rilevanti taħt id-“dokumenti relatati” hawn taħt).
L-applikazzjoni provviżorja teskludi l-Artikolu 12(4), li jittratta l-appoġġ tal-Istati Membri tal-UE għall-kooperazzjoni għall-iżvilupp fl-EPA SADC li kien diġà applikabbli.
Id-Deċiżjoni (UE) 2016/1623 ilha tapplika mill-1 ta’ Ġunju 2016.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1623 tal-1 ta’ Ġunju 2016 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja ta’ Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (ĠU L 250, 16.9.2016, pp. 1–2).
Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (ĠU L 250, 16.9.2016, pp. 3–2120).
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/882 tat-23 ta’ Mejju 2017 dwar id-derogi mir-regoli tal-oriġini stabbiliti fil-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha minn naħa, u l-Istati EPA SADC min-naħa l-oħra, li japplikaw fi kwota għal ċerti prodotti min-Namibja (ĠU L 135, 24.5.2017, pp. 15–17).
Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (ĠU L 38, 10.2.2018, p. 1).
Avviż dwar l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Istati EPA SADC, min-naħa l-oħra (ĠU L 274, 11.10.2016, p. 1).
Avviż dwar l-applikazzjoni fl-UE tal-kumulazzjoni prevista skont il-paragrafi 3 u 7 tal-Artikolu 7 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn is-SADC u l-UE, mal-Istati EPA ACP l-oħra u mal-pajjiżi u t-territorji barranin tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 407, 12.11.2018, p. 8).
Avviż dwar il-lista ta’ materjali li joriġinaw mill-Afrika t’Isfel u li ma jistgħux jiġu importati fl-UE mingħajr dazju u mingħajr kwoti, li l-kumulazzjoni prevista skont il-paragrafu 2 tal-Artikolu 4 tal-Protokoll 1 tal-Ftehim ta’ Sħubija Ekonomika bejn is-SADC u l-UE m’għandux japplika (ĠU C 407 , 12.11.2018, pp. 5–7).
l-aħħar aġġornament 09.09.2021