Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32024D0244

    Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE-New Zealand

    Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-UE-New Zealand

     

    SOMMARJU TA’:

    Il-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand

    Id-Deċiżjoni (UE) 2023/1323 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand

    Id-Deċiżjoni (UE) 2024/244 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand

    X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONIJIET?

    • Il-ftehim ta’ kummerċ ħieles (FTA) bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u New Zealand għandu l-għan li jilliberalizza u jħeġġeġ il-kummerċ u l-investiment bejn iż-żewġ sieħba.
    • Il-ftehim ser joħloq opportunitajiet sinifikanti ekonomiċi għal kumpaniji, bdiewa u konsumaturi, u jipproteġi l-ħadiema u l-ambjent permezz ta’ dispożizzjonijiet estensivi eżegwibbli fuq żvilupp sostenibbli.
    • Deċiżjoni (UE) 2023/1323 timmarka l-iffirmar tal-ftehim ta’ kummerċ ħieles mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea f’isem l-UE.
    • Id-Deċiżjoni (UE) 2024/244 tikkonkludi l-ftehim f’isem l-UE.

    PUNTI EWLENIN

    • Il-ftehim ser joħloq opportunitajiet sinifikanti ekonomiċi għal kumpaniji, bdiewa, konsumaturi, u jipproteġi l-ħadiema u l-ambjent permezz ta’ dispożizzjonijiet estensivi eżegwibbli fuq żvilupp sostenibbli. Dan jibni fuq ftehim ta’ sħubija bejn il-partijiet, li daħal fis-seħħ fl-2022.
    • Dan jinkludi 27 kapitolu li jkopru firxa wiesgħa ta’ kwistjonijiet u jipprovdi opportunitajiet ġodda u mtejba għal esportazzjoni għal operaturi ekonomiċi tal-oġġetti u servizzi tal-UE u ta’ New Zealand. Dawn jinkludu:
      • it-tneħħija ta’ tariffi għal-esportazzjoni prinċipali tal-UE għal New Zealand bħal inbid u inbid spumanti, ċikkulata, prodotti taz-zokkor u gallettini;
      • Il-ftuħ tas-suq tas-servizzi ta’ New Zealand f’setturi prinċipali bħas-servizzi finanzjarji, telekomunikazzjonijiet, trasport marittimu u s-servizzi tal-konsenja;
      • l-iżgurar tal-miżura antidiskriminatorja reċiproka ta’ investituri tal-UE f’New Zealand;
      • il-protezzjoni ta’ qrib 2,000 inbid u spirti tal-UE, bħal Rioja, Xampanja u Tokaji, u 163 mill-prodotti tradizzjonali tal-UE l-iktar magħrufa (indikazzjonijiet ġeografiċi), bħal ġobon Feta u żebbuġ Elia Kalamatas;
      • il-faċilitar ta’ trażmissjoni ta’ data, regoli mistennija u trasparenti għal kummerċ diġitali u ambjent sikur online għal konsumaturi;
      • l-evitar ta’ rekwiżiti tal-lokalizzazzjoni tad-data mhux ġustifikati u ż-żamma ta’ standards għolja ta’ protezzjoni tad-data personali;
      • Il-forniment ta’ iktar għajnuna għall-esportazzjoni ta’ negozju żgħar b’kapitolu dedikat fuq intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju
      • il-minimizzazzjoni ta’ rekwiżiti u proċeduri ta’ konformità biex ikun hemm fluss aktar mgħaġġel ta’ oġġetti;
      • il-protezzjoni u l-infurzar ta’ drittijiet ta’ proprjetà intellettwali, alinjati ma’ standards tal-UE.
    • Il-ftehim hu l-ewwel wieħed li jintegra kompletament l-approċċ il-ġdid tal-UE għal negozju u żvilupp sostenibbli u jinkludi:
      • kapitolu ambizzjuż fuq in-negozju u żvilupp sostenibbli li jkopri x-xogħol, it-tisħiħ tan-nisa u affarijiet ambjentali u tal-klima;
      • kapitolu dedikat għal sistemi sostenibbli tal-ikel;
      • it-tneħħija ta’ tariffi fuq oġġetti u servizzi ekoloġiċi mill-mument li l-ftehim jidħol fis-seħħ.

    DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

    Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Mejju 2024.

    SFOND

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    DOKUMENTI PRINĊIPALI

    Il-Ftehim ta’ kummerċ ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (ĠU L, 2024/866, 25.3.2024).

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1323 tas-27 ta’ Ġunju 2023 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (ĠU L 166, 30.6.2023, pp. 48-49).

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2024/244 tas-27 ta’ Novembru 2023 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (ĠU L 2024/244, 28.2.2024).

    L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni (UE) 2024/244 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

    DOKUMENTI RELATATI

    Avviż dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Kummerċ Ħieles bejn l-Unjoni Ewropea u New Zealand (ĠU L. 2024/1062, 9.4.2024).

    l-aħħar aġġornament 29.04.2024

    Fuq