Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023R2053

    Pjan ta’ rkupru pluriennali għat-tonn

    Pjan ta’ rkupru pluriennali għat-tonn

     

    SOMMARJU TA’:

    Ir-Regolament (UE) 2023/2053 dwar it-twaqqif ta’ pjan ta’ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran

    X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

    PUNTI EWLENIN

    L-objettiv tar-regolament hu li jżomm bijomassa* tat-tonn fil-livell jew ‘il fuq mil-livelli li huma kapaċi jipproduċu r-rendiment massimu sostenibbli.

    Kull Stat Membru tal-UE għandu:

    • jiżgura li l-isforz tas-sajd għal bastimenti tal-qbid u n-nases tiegħu jkunu proporzjonati għall-opportunitajiet ta’ sajdgħat-tonn (qbid totali permissibbli allokati taħt ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 — il-politika komuni tas-sajd tal-UE) disponibbli għalih fil-lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran;
    • jipprovdi lill-Kummissjoni Ewropea bi pjan ta’ sajd annwali għall-bastimenti tal-qbid u nases tagħhom u kapaċità ta’ sajd pluriennali u pjanijiet ta’ ġestjoni tas-sajd li jiżguraw li l-kapaċità ta’ sajd tiegħu hi konformi mal-kwota allokata tiegħu.

    Ir-Regolament jinkludi regoli dwar:

    • daqsijiet minimi ta’ referenza ta’ konservazzjoni (ġeneralment 30 kg jew 115 cm tul ta’ furketta, għalkemm iktar baxx f’ċertu sajd);
    • qabdiet inċidentali (partijiet ta’ qabdiet li mhumiex fil-mira) — sa massimu ta’ 5% ta’ tonn li jiżen bejn it-8 u t-30 kg jew b’tul ta’ furketta ta’ bejn il-75 u 115 cm;
    • l-użu ta’ mezzi tal-ajru, (ipprojbiti), bħal inġenju tal-ajru, għat-tiftix tat-tonn tal-pinna blu;
    • rekords ta’ bastimenti tal-qbid u mhux tal-qbid u nases — l-Istati Membri jridu jipprovduhom lil Kummissjoni kull sena;
    • rekwiżiti ta’ rekords — il-basimenti jridu jużaw ġurnali ta’ abbord biex jirrekordjaw l-informazzjoni;
    • portijiet maħsuba għall-inżul jew għat-trażbord ta’ tonn — l-Istati Membri jridu jibagħtu lista ta’ dawn il-portijiet lill-Kummissjoni kull sena;
    • operazzjonijiet ta’ għeluq f’gaġeġ, l-awtorizzazzjoni u l-ispezzjoni tagħhom;
    • Imonitoraġġ u sorveljanza — bastiment ta’ monitoraġġ, programmi nazzjonali ta’ osservatur u l-programm ICCAT reġjonali ta’ osservatur;
    • spezzjonijiet u kontroverifiki — l-iskema konġunta ICCAT ta’ spezzjoni internazzjonali u l-pjanijet ta’ spezzjoni annwali tal-Istati Membri;
    • it-trażmissjoni ta’ tonn ħaj li ma jkunx sarlu ħsad mis-snin ta’ qabel — l-Istati Membri responsabbli għar-raba’ jridu jikkonkludu dikjarazzjoni ta’ trażmissjoni annwali u jissottomettuha lill-Kummissjoni;
    • kummerċjalizzazzjoni — il-kummerċ, l-inżul, l-esportazzjoni, it-tqegħid f’gaġeġ għal simna jew raba’, għal esportazzjoni mill-ġdid u t-trażbord ta’ tonn mhux permess fl-UE ħlief jekk ikun akkumpanjat b’dokumentazzjoni korretta, kompluta u validata kif stipulat f’dan ir-regolament, Regolament (UE) Nru 640/2010 u Regolament (KE) Nru 1936/2001 (ara s-sommarju);
    • qabdiet f’każijiet ta’ sajd ta’ sport jew rikreattiv;
    • il-pjan annwali ta’ ġestjoni tal-kapaċità ta’ sajd, fejn l-Istati Membri jaġġustaw in-numru ta’ bastimenti ta’ sajd sabiex juru li l-kapaċità ta’ sajd hi proporzjonali mal-opportunitajiet ta’ sajd allokati lil bastimenti ta’ qbid u nases għal perjodu ta’ kwota rilevanti;
    • Il-pjan annwali ta’ ġestjoni tal-biedja fejn l-Istati Membri jiżguraw li l-kapaċità tal-input totali u l-kapaċità ta’ biedja totali huma proporzjonali mal-ammont stmat ta’ tonn disponibbli għall-biedja u li l-Kummissjoni mbagħad tiġbor u tintegra fil-pjan tal-UE li jrid jintbgħat lis-Segretarjat tal-ICCAT sal-15 ta’ Frar ta’ kull sena għal diskussjoni u approvazzjoni mill-ICCAT;
    • id-dispożizzjonijiet li jridu jsiru mill-Istati Membri għal qabdiet sekondarji ta’ tonn fl-ambitu tal-kwota tagħhom u l-obbligu li jinfurmaw l-Kummissjoni meta jittrażmettu l-pjanijiet annwali tagħhom ta’ sajd;
    • l-istaġuni ta’ sajd għal tipi differenti ta’ bastimenti u l-livell ta’ qbid sekondarju ta’ tonn (li ma jridx jeċedi l-20% tal-qabda totali fit-tmiem kull vjaġġ ta’ sajd) — il-metodoloġija użata biex tikkalkula dawk il-qabdiet sekondarji, fir-rigward tal-qabda totali abbord, trid tkun definita b’mod ċar fil-pjanijiet annwali tal-Istati Membri.

    MINN META BEDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

    Dan ilu japplika mit-17 ta’ Ottubru 2023.

    SFOND

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    TERMINI EWLENIN

    Bijomassa. Il-massa tat-tonn f’korp tal-ilma speċifiku f’ħin partikolari.

    DOKUMENT PRINĊIPALI

    Ir-Regolament (UE) 2023/2053 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Settembru 2023 li jistabbilixxi pjan ta’ ġestjoni pluriennali għat-tonn fil-Lvant tal-Atlantiku u fil-Mediterran, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1936/2001, (UE) 2017/2107, u (UE) 2019/833 u li jħassar ir-Regolament (UE) 2016/1627 (ĠU L 238, 27.9.2023, pp. 1–64).

    DOKUMENTI RELATATI

    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, pp. 22–61).

    Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1380/2013 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

    Ir-Regolament (UE) Nru 640/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Lulju 2010 li jistabbilixxi programm ta’ dokumentazzjoni tal-qbid għat-tonn Thunnus thynnus u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 1984/2003 (ĠU L 194, 24.7.2010, pp. 1–22).

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1936/2001 tas-27 ta’ Settembru 2001 li jistabbilixxi miżuri ta’ kontroll applikabbli għas-sajd għal ċerti stokkijiet ta’ ħut li jpassi ħafna (ĠU L 263, 3.10.2001, pp. 1–8).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    l-aħħar aġġornament 23.10.2023

    Fuq