EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2444

Il-Missjoni ta’ Sħubija Militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niġer)

Il-Missjoni ta’ Sħubija Militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niġer)

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2444 dwar il-Missjoni ta’ Sħubija Militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niġer)

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI?

Id-deċiżjoni tvara il-Missjoni ta’ Sħubija Militari tal-Unjoni Ewropea (UE) fin-Niġer (EUMPM Niġer) bil-għan li tappoġġja l-Forzi armati fin-Niġer f’:

  • bini tal-kapaċità;
  • tisħiħ tal-abiltà tagħhom biex jikkontrollaw it-theddid li jiġi minn gruppi armati;
  • protezzjoni tal-popolazzjoni Niġerjana; u
  • żgurar ta’ ambjent bla riskji u sikur.

PUNTI EWLENIN

Il-missjoni

Id-deċiżjoni li tvara l-EUMPM Niġer hi adottata mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea wara li tapprova l-pjan u regoli tal-impenn tal-missjoni. Il-missjoni tinvolvi:

  • l-issettjar ta’ ċentru għat-taħriġ ta’ professjoni teknika għall-Forzi Armati tan-Niġer, b’parir u taħriġ inkluż għal ħarrieġa;
  • appoġġ għall-Forzi Armati tan-Niġer biex jiżviluppaw kapaċitajiet speċjalizzati billi jipprovdu taħriġ fuq talba;
  • għajnuna biex jistabbilixxu u jiżviluppaw brigata ta’ appoġġ għal komunikazzjoni u kmand, billi jħarrġu u jissurveljaw l-unitajiet tiegħu, speċjalisti u katina tal-kmand għal skjerament sussegwenti b’appoġġ għal operazzjonijiet Niġerjani.

F’ippjanar strateġiku u operazzjonali, attivitajiet u rapportar, il-missjoni tintegra b’mod sħiħ:

Kmandant tal-Missjoni tal-UE u kwartieri tal-missjoni

  • Id-Direttur tal-Ippjanar Militari u t-Tmexxija (MPCC) hu appuntat Kmandant tal-Missjoni EUMPM fin-Niġer.
  • L-MPCC hu l-kmand statiku u struttura ta’ kontroll fil-livell strateġiku u hu responsabbli għall-ippjanar u kondotta operattivi.
  • Il-kwartieri tal-missjoni huma fin-Niper taħt il-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE.
  • Ċellula tal-appoġġ fi Brussell hi inkluża sakemm l-MPCC tilħaq il-kapaċità operattiva sħiħa.

Kontroll politiku u direzzjoni strateġika

Il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà tal-UE jeżerċita l-kontroll politiku u direzzjoni strateġika tal-missjoni u hu responsabbli lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà. il-Kunsill jissettja objettivi u jista’ jiddeċiedi li jtemm i-missjoni. Il-kumitat:

  • għandu l-poter li jemenda dokumenti ta’ ppjanar, il-pjan tal-missjoni u l-katina tal-kmand, u jirrapporta regolarment lill-Kunsill;
  • jista’ japponta Kmandanti Futuri tal-Forza tal-Missjoni tal-UE;
  • jirċievi rapporti regolari mill-kattedra tal-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea dwar kif il-missjoni titmexxa.
  • jista’ jistieden il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE u l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għal-laqgħat tagħhom.

Direzzjoni militari

Il-Kumitat Militari tal-UE:

  • jimmonitorja l-missjoni taħt ir-responsabbiltà tal-Kmandant tal-Missjoni tal-UE;
  • jirċievi rapporti regolari mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE;
  • jista’ jistieden il-Kmandant tal-Missjoni tal-UE u l-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE għal-laqgħat tagħhom.

Konsistenza u koordinazzjoni

  • Ir-Rappreżentant Għoli jiżgura li l-missjoni hi konsistenti mal-azzjoni esterna tal-UE, inkluż programmi ta’ żvilupp u assistenza umanitarja.
  • il-Kmandant tal-Forza tal-Missjoni tal-UE jirievi gwida politika lokali mill-Kap tad-Delegazzjonijiet tal-UE għan-Niġer.
  • EUMPM Niġer jikkoordina ma’:
  • EUMPM Niġer jista’ jkollu ċellula tal-proġett biex jidentifika u jimplimenta proġett, jikkoordina ma’ Stati Membri kif ikun xieraq.
  • Pajjiżi mhux tal-UE jista’ jkunu mistiedna biex jipparteċipaw fil-missjoni.

Arranġamenti finanzjarji

L-ispejjeż huma amministrati konformi ma’ Deċiżjoni (PESK) 2021/509 dwar il-Faċilità Ewropea għall-Paċi (ara sommarju).

MINN META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

Id-deċiżjoni ilha fis-seħħ mit-12 ta’ Diċembru 2022. Il-missjoni tispiċċa fit-12 ta’ Diċembru 2025.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2444 tat-12 ta’ Diċembru 2022 dwar missjoni ta’ sħubija militari tal-Unjoni Ewropea fin-Niġer (EUMPM Niġer) (ĠU L 319, 13.12.2022, pp. 86–90).

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, pp. 14–62).

Emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 ġew inkorporati fit-test bażiku. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

L-istrateġija integrata tal-Unjoni Ewropea fis-Sahel — konklużjonijiet tal-Kunsill (16 ta’ April 2021).

Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu V — Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Kapitolu 2 — Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Taqsima 1 — Dispożizzjonijiet komuni — Artikolu 41 (eks Artikolu 28 TUE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 37–38).

l-aħħar aġġornament 15.09.2023

Fuq