Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2435

    Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport ta’ merkanzija bit-triq

    Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport ta’ merkanzija bit-triq

     

    SOMMARJU TA’:

    Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport ta’ merkanzija bit-triq

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1158 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea (UE), u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq

    Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2435 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-UE u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq

    X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONIJIET?

    • Il-ftehim għandu l-għan li jiffaċilita temporanjament it-trasport tal-merkanzija bit-triq bejn u minn ġot-terrirorju tal-Unjoni Ewropea (UE) u tal-Ukrajna fid-dawl tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja fuq l-Ukrajna.
    • Id-Deċiżjoni (UE) 2022/1158 tapprova l-iffirmar tal-ftehim f’isem l-UE.
    • Id-Deċiżjoni (UE) 2022/2435 tapprova l-ftehim innifsu.

    PUNTI EWLENIN

    Ir-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Ukrajna

    Korsiji ta’ solidarjetà

    L-UE adottat pjan ta’ azzjoni għall-korsiji ta’ solidarjetà għal-UE-Ukrajna biex tgħin l-esportazzjoni agrikola u l-kummerċ bilaterali tal-Ukrajna mal-UE. L-għanijiet ewlenija tiegħu huma li:

    • jgħin l-ekonomija u l-irkupru ekonomiku tal-Ukrajna; u
    • jikkontribwixxi għall-istabilizzazzjoni tas-swieq alimentari fid-dinja u jtejjeb is-sigurtà alimentari globali.

    Il-pjan ta’ azzjoni jinkludi l-għan li l-ftehim dwar dan it-trasport bit-triq jiġi konkluż malajr.

    Kamp ta’ applikazzjoni

    • Il-ftehim jagħti drittijiet addizzjonali ta’ tranżitu u ta’ trasport ta’ merkanzija lil operaturi bbażati fl-UE jew fl-Ukrajna.
    • Huwa japplika għat-tranżitu u għat-trasport ta’ merkanzija bit-triq bi ħlas.
    • It-trasport ta’ merkanzija bit-triq fi ħdan Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew bejn Stati Membri mhuwiex kopert minn dan il-ftehim.

    Operazzjonijiet tat-trasport tal-merkanzija bit-triq

    L-operaturi tat-trasport tal-merkanzija bit-triq jistgħu jwettqu dan li ġej mingħajr il-ħtieġa ta’ permessi:

    • vjaġġi b’merkanzija fejn il-punt tat-tluq u l-punt tal-wasla huma fit-territorju ta’ żewġ partijiet differenti, bi jew mingħajr tranżitu mit-terrritorju ta’ pajjiż terz;
    • vjaġġi b’merkanzija mit-territorju ta’ parti waħda għat-territorju tal-istess parti, bi tranżitu mit-territorju tal-parti l-oħra;
    • vjaġġi b’merkanzija għal jew mit-territorju ta’ parti waħda għal-pajjiż terz, u bi tranżitu mit-territorju tal-parti l-oħra;
    • vjaġġi mingħajr merkanzija mwettqa flimkien mal-vjaġġi msemmija hawn fuq.

    Dokumenti tax-xufiera

    Fl-ambitu u għall-firxa tal-ftehim, il-liċenzji tas-sewqan u ċ-ċertifikati tal-kompetenza professjonalimaħruġa jew mill-UE jew mill-Ukrajna ser jiġu rikonoxxuti bħala validi mill-ieħor.

    Sorveljanza

    • Il-ftehim ser jistabbilixxi kumitat konġunt magħmul minn membri taż-żewġ partijiet.
    • Il-kumitat jissorvelja u jimmonitorja l-applikazzjoni u l-implimentazzjoni tal-Ftehim u jirrieżamina perjodikament jekk il-ftehim ikunx qed jissodisfa l-objettivi tiegħu.

    DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

    Il-ftehim daħal fis-seħħ fil-5 ta’ Diċembru 2022.

    SFOND

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    DOKUMENTI EWLENIN

    Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport ta’ merkanzija bit-triq (ĠU L 179, 6.7.2022, pp. 4–10).

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1158 tas-27 ta’ Ġunju 2022 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (ĠU L 179, 6.7.2022, pp. 1-3).

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2435 tal-5 ta’ Diċembru 2022 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni Ewropea, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (ĠU L 319, 13.12.2022, pp. 5-7).

    L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni (UE) 2022/2435 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

    DOKUMENTI RELATATI

    Informazzjoni marbuta mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukrajna dwar it-trasport tal-merkanzija bit-triq (ĠU L 226, 14.9.2023, p. 2).

    Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Pjan ta’ Azzjoni għal Korsiji ta’ Solidarjetà bejn l-UE u l-Ukrajna għall-faċilitazzjoni tal-esportazzjoni agrikola tal-Ukrajna u l-kummerċ bilaterali mal-UE (COM(2022) 217 final, 12.5.2022).

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/486/PESK tat-22 ta’ Lulju 2014 dwar il-Missjoni ta’ Konsulenza tal-Unjoni Ewropea għar-Riforma tas-Settur tas-Sigurtà Ċivili fl-Ukrajna (EUAM Ukraine) (ĠU L 217, 23.7.2014, pp. 42-47).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (ĠU L 161, 29.5.2014, pp. 3-2137).

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    l-aħħar aġġornament 29.09.2023

    Fuq