Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32021R0697

Fond Ewropew għad-Difiża (2021-2027)

Fond Ewropew għad-Difiża (2021-2027)

 

SOMMARJU TA’:

Regolament (UE) 2021/697 li jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jistabbilixxi l-Fond Ewropew għad-Difiża 2021-2027. Il-fond għandu l-għan li jrawwem il-kompetittività, l-effiċjenza u l-kapaċità ta’ innovazzjoni tal-bażi teknoloġika u industrijali tad-difiża Ewropea madwar l-Unjoni Ewropea (UE).

PUNTI EWLENIN

  • Fil-komunikazzjoni tagħha tal-pjan ta’ azzjoni Ewropew għad-difiża, il-Kummissjoni Ewropea impenjat ruħha li tissuplimenta, tħeġġeġ u tikkonsolida l-isforzi kollaborattivi mill-Istati Membri tal-UE fl-iżvilupp ta’ kapaċitajiet teknoloġiċi u industrijali tad-difiża biex tirrispondi għall-isfidi tas-sigurtà u biex trawwem industrija tad-difiża Ewropea kompetittiva, innovattiva u effiċjenti madwar l-UE u lil hinn minnha.
  • Ir-regolament jissuplimenta l-inizjattivi eżistenti tal-UE lejn suq Ewropew tat-tagħmir għad-difiża iktar integrat, u b’mod partikolari d-Direttivi2009/43/KE (ara s-sommarju) u 2009/81/KE (ara s-sommarju) dwar it-trasferimenti u l-akkwist pubbliku tal-UE fis-settur tad-difiża.

Għanijiet

Il-fond għandu jappoġġja sforzi kollaborattivi u kooperazzjoni transkonfinali bejn entitajiet pubbliċi u privati tal-UE bħal kumpaniji (inklużi intrapriżi żgħar u ta’ daqs medju), universitajiet u organizzazzjonijiet ta’ riċerka u teknoloġija. Il-programm għandu żewġ għanijiet speċifiċi:

  • li jappoġġja riċerka kollaborattiva li timmassimizza l-innovazzjoni u tintroduċi prodotti u teknoloġiji ġodda tad-difiża, inklużi teknoloġiji ta’ tfixkil għad-difiża, u li tagħmel l-iktar użu effiċjenti tan-nefqa fir-riċerka tad-difiża fl-UE;
  • li jappoġġja l-iżvilupp kollaborattiv ta’ prodotti u teknoloġiji tad-difiża, u b’hekk jikkontribwixxi għal effiċjenza ikbar tan-nefqa għad-difiża fi ħdan l-UE, li fl-aħħar mill-aħħar twassal għal żieda fl-istandardizzazzjoni tas-sistemi ta’ difiża u, għalhekk, għal interoperabilità akbar.

Baġit

  • Il-fond se jibqa’ għaddej għall-perjodu tal-qafas finanzjarju pluriennali, mill-1 ta’ Jannar 2021 sal-31 ta’ Diċembru 2027.
  • Huwa għandu baġit ġenerali ta’ €7,953 biljun għall-perjodu 2021-2027.

Eliġibbiltà u premjijiet

Ir-regolament jistabbilixxi għadd ta’ regoli għall-għoti ta’ fondi, inklużi:

  • l-eliġibilità ta’ entitajiet
  • l-eliġibilità ta’ azzjonijiet
  • il-proċedura tal-għażla u l-għoti
  • il-kriterji tal-għoti.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-1 ta’ Jannar 2021.

SFOND

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2021/697 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2021 li jistabbilixxi l-Fond Ewropea għad-Difiża u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 2018/1092 (ĠU L 170, 12.5.2021, pp. 149-177)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2021/695 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ April 2021 jistabbilixxi l-Orizzont Ewropa — il-Programm Qafas għar-Riċerka u l-Innovazzjoni, li jistabbilixxi r-regoli tiegħu għall-parteċipazzjoni u d-disseminazzjoni, u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1290/2013 u (UE) Nru 1291/2013 (ĠU L 170, 12.5.2021, pp. 1-68)

Ir-Regolament (UE) 2021/523 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-Programm InvestEU u li jemenda r-Regolament (UE) 2015/1017 (ĠU L 107, 26.3.2021, pp. 30-89)

Komunikazzjoni konġunta lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill — Reżiljenza, deterrenza u difiża: Il-bini ta’ ċibersigurtà b’saħħitha għall-UE (JOIN(2017) 450 final, 13.9.2017)

Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Pjan ta’ Azzjoni Ewropew għad-Difiża (COM(2016) 950 final, 30.11.2016)

Id-Direttiva 2009/81/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Lulju 2009 dwar il-koordinazzjoni tal-proċeduri għall-għoti ta’ ċerti kuntratti ta’ xogħlijiet, provvisti u servizzi minn awtoritajiet jew entitajiet kontraenti fl-oqsma tad-difiża u s-sigurtà, u li temenda d-Direttiva 2004/17/KE u d-Direttiva 2004/18/KE (ĠU L 216, 20.8.2009, pp. 76-136)

L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2009/81/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Id-Direttiva 2009/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Mejju 2009 dwar l-issimplifikar tat-termini u l-kundizzjonijiet tat-trasferimenti ta’ prodotti relatati mad-difiża fil-Komunità (ĠU L 146, 10.6.2009, pp. 1-36)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 29.06.2021

Fuq