Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32020D2255

    Il-ftehim Euratom-Renju Unit dwar il-kooperazzjoni dwar l-użu sigur u paċifiku tal-enerġija nukleari

    Il-ftehim Euratom-Renju Unit dwar il-kooperazzjoni dwar l-użu sigur u paċifiku tal-enerġija nukleari

     

    SOMMARJU TA’:

    Ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-kooperazzjoni dwar l-użu sigur u paċifiku tal-enerġija nukleari

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (Euratom) 2020/2255 dwar il-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim bejn ir-Renju Unit u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika għall-kooperazzjoni dwar l-użu sigur u paċifiku tal-enerġija nukleari u dwar il-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f’isem il-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, u l-applikazzjoni proviżorja tal-ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit, min-naħa l-oħra

    X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U TAD-DEĊIŻJONI?

    • Dan il-Ftehim ta’ Kooperazzjoni Nukleari bejn ir-Renju Unit u l-Euratom jipprovdi għal kooperazzjoni wiesgħa ħafna dwar l-użi siguri u paċifiċi tal-enerġija nukleari, sostnut minn impenji miż-żewġ naħat biex jikkonformaw mal-obbligi internazzjonali ta’ nonproliferazzjoni u biex iżomm standards ta’ sikurezza nukleari ta’ livell għoli. Il-kooperazzjoni tinkludi:
      • il-faċilitazzjoni tan-negozju u l-kooperazzjoni kummerċjali;
      • il-forniment u t-trasferiment ta’ oġġetti nukleari (inklużi teknoloġiji nukleari);
      • is-salvagwardji nukleari;
      • is-sikurezza nukleari u r-radjuprotezzjoni, inkluż it-tħejjija għall-emerġenzi, il-maniġment sigur ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv, l-użu ta’ radjuisotopi u r-radjazzjoni fl-agrikoltura, l-industrija, il-mediċina u r-riċerka u l-iżvilupp.
    • Huwa jenfaziżża li kwalunkwe oġġett jew materjal suġġett għall-ftehim għandu jintuża biss għal skopijiet paċifiċi.
    • id-deċiżjoni tapprova l-konlużjoni tal-Ftehim ta’ Kooperazzjoni Nukleari u l-Ftehim tan-Negozju u l-Kooperazzjoni, rigward materji li jaqgħu taħt it-Trattat tal-Euratom, f’isem l-Euratom, u tipprovdi biex dawn il-ftehimiet jiġu applikati b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2021, sakemm jintemmu l-proċeduri meħtieġa biex jidħlu fis-seħħ.

    PUNTI EWLENIN

    Kooperazzjoni fuq l-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari (oqsma oħra jistgħu jiġu ddeterminati reċiprokament) tista’ tinkludi:

    • in-negozju u l-kooperazzjoni kummerċjali;
    • il-forniment ta’ materjal nukleari, materjal u tagħmir mhux nukleari;
    • it-trasferiment tat-teknoloġija, inkluż il-forniment ta’ informazzjoni rilevanti għall-ambitu tal-kooperazzjoni nukleari;
    • l-akkwist ta’ tagħmir u apparati;
    • il-maniġment sigur ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv, inkluż skart ġeoloġiku;
    • is-sikurezza nukleari u r-radjuprotezzjoni, inkluż it-tħejjija għall-emerġenzi u l-monitoraġġ tal-livelli tar-radjuattività fl-ambjent;
    • is-salvagwardji nukleari u l-protezzjoni fiżika;
    • l-użu ta’ radjuisotopi u r-radjazzjoni fl-agrikoltura, l-industrija, il-mediċina u r-riċerka fl-interess tas-saħħa pubblika;
    • l-esplorazzjoni ġeoloġika u ġeofiżika, l-iżvilupp, il-produzzjoni, l-ipproċessar u l-użu ulterjuri ta’ riżorzi tal-uranju;
    • l-aspetti regolatorji tal-użi paċifiċi tal-enerġija nukleari;
    • ir-riċerka u l-iżvilupp.

    Il-kooperazzjoni għandha tinkludi dispożizzjonijiet għall-protezzjoni tad-drittijiet tal-proprjetà intellettwali fejn dawn jeżistu.

    Forom ta’ kooperazzjoni nukleari

    Il-kooperazzjoni tista’ tieħu l-forom li ġejjin (forom oħra jistgħu jkunu reċiprokament determinati):

    • it-trasferiment ta’ materjal, tagħmir u teknoloġija;
    • il-qsim ta’ informazzjoni fl-oqsma ta’ interess reċiproku, bħas-salvagwardji nukleari, is-sikurezza nukleari, il-livelli tar-radjuattività fl-ambjent u l-forniment ta’ radjuisotopi;
    • skambji, żjarat u taħriġ ta’ persunal u esperti amministrattivi, xjentifiċi u tekniċi;
    • simpożji u seminars;
    • qsim ta’ informazzjoni xjentifika u teknika, assistenza u servizzi inkluż dwar ir-riċerka u l-iżvilupp;
    • proġetti konġunti, impriżi konġunti u gruppi jew studji ta’ ħidma bilaterali;
    • kooperazzjoni kummerċjali relatata maċ-ċiklu tal-fjuwil nukleari, bħall-konverżjoni u l-arrikkiment tal-uranju.

    Is-salvagwardji nukleari

    Il-materjal nukleari suġġett għal dan il-ftehim huwa suġġett ukoll għas-salvagwardji li ġejjin.

    Fl-UE:

    Fir-Renju Unit;

    Iż-żewġ partijiet jaqblu li jimplimentaw sistema robusta u effettiva ta’ kontabilità u kontroll għall-materjal nuklear, bil-għan li jiżguraw li materjal nukleari suġġett għal dan il-ftehim ma jitteħidx mill-użu paċifiku tiegħu.

    Sikurezza nukleari

    Il-partijiet irrikonoxxew l-impenji tagħhom għall-konvenzjonijiet dwar is-sikurezza nukleari li ġejjin:

    Il-partijiet qablu li jkomplu jikkooperaw, iżommu kuntatt regolari u jaqsmu informazzjoni dwar is-sikurezza nukleari, ir-radjuprotezzjoni, it-tħejjija għal emerġenzi u r-rispons u l-maniġment ta’ fjuwil użat u skart radjuattiv, inklużi r-riżultati tar-reviżjonijiet minn pari internazzjonali, fejn xieraq. Dan ikopri:

    L-UE tista’ tistieden lir-Renju Unit biex tipparteċipa bħala “pajjiż terz” (pajjiż mhux tal-UE) f’dawk is-sistemi u gruppi.

    Protezzjoni fiżika

    Il-partijiet impenjaw li japplikaw il-miżuri ta’ protezzjoni fiżika, b’referenza għall-obbligi taħt il-Konvenzjoni dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari emendata, fejn xieraq, u r-Rakkomandazzjonijiet għas-Sikurezza Nukleari dwar il-Protezzjoni Fiżika tal-Materjal Nukleari u tal-Faċilitajiet Nukleari, li, flimkien mar-Regolamenti tal-IAEA għat-Trasport Sigur ta’ Materjali Radjuattivi, ikopru wkoll it-trasport ta’ materjal nukleari.

    Arrikkiment u riproċessar

    Il-kunsens bil-miktub tal-parti l-oħra hija meħtieġa qabel l-arrikkiment ta’ kwalunkwe materjal nukleari sa 20 % jew aktar fl-isotopi tal-uranju-235. Kull parti tagħti l-kunsens tagħha lill-parti l-oħra li qed tiriproċessa l-fjuwil nukleari li fih materjal nukleari skont il-kundizzjonijiet stipulati fl-anness.

    Riċerka u żvilupp nukleari

    Il-partijiet jaqblu li jiffaċilitaw il-kooperazzjoni dwar ir-riċerka u l-iżvilupp tal-enerġija nukleari għall-użu paċifiku bil-parteċipazzjoni tar-riċerkaturi u l-organizzazzjoniet mis-setturi kollha tar-riċerka, inkluż universitjiet, laboratorji u s-settur privat. Il-kooperazzjini tista’ tinkludi:

    Skambju ta’ informazzjoni u għarfien tekniku

    Il-partijiet jaqblu li jippromwovu u jiffaċilitaw l-iskambju proporzjonat ta’ informazzjoni u għarfien tekniku fl-ambitu tal-ftehim. Informazzjoni ristretta minn terzi partijiet hija eskluża.

    Informazzjoni li titqies mill-parti tal-fornitur bħala ta’ valur kummerċjali għandha tkun fornuta biss skont it-termini u l-kundizzjonijiet speċifikati minn dik il-parti.

    Il-partijiet ulterjorment jinkoraġġixxu u jiffaċilitaw l-iskambju ta’ informazzjoni bejn persuni taħt il-ġuriżdizzjoni tal-partijiet rispettivi dwar materji fl-ambitu ta’ dan il-ftehim. Informazzjoni li tappartjeni lil tali persuni għandha tiġi fornuta biss bil-kunsens ta’ u skont it-termini u l-kundizzjonijiet li għandhom jiġu speċifikati minn dawk il-persuni.

    Il-partijiet għandhom jieħdu l-prekawzjonijiet kollha xierqa biex jippreservaw il-kunfidenzjalità tal-informazzjoni riċevuta bħala riżultat tal-operat ta’ dan il-ftehim.

    DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

    Il-Ftehim ilu japplika b’mod proviżorju mill-1 ta’ Jannar 2021.

    SFOND

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    DOKUMENTI EWLENIN

    Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għall-Kooperazzjon dwar l-użi siguri u paċifiċi tal-enerġija nukleari (ĠU L 445, 31.12.2020, pp. 5-22)

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni (Euratom) 2020/2255 tad-29 ta’ Diċembru 2020 dwar il-konklużoni, mill-Kummissjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim bejn il-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika għall-Kooperazzjon dwar l-użi Siguri u Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari u dwar il-konklużjoni, mill-Kummissjoni Ewropea, f’isem il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn parti waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, mill-parti l-oħra (ĠU L 445, 31.12.2020, pp. 2-4)

    DOKUMENTI RELATATI

    Skambju ta’ ittri dwar l-applikazzjoni proviżorja dwar il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika u l-Gvern tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq għall-kooperazzjoni fl-Użi Siguri u Paċifiċi tal-Enerġija Nukleari (ĠU L 445, 31.12.2020, pp. 23-24)

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat li jistabbilixxi Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (ĠU C 203, 7.6.2016, pp. 1-112)

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    Ftehim ta’ Kummerċ u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea għall-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra (ĠU L 444, 31.12.2020, pp. 14-1462)

    Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/198/Euratom tas-27 ta’ Marzu 2007 li tistabbilixxi l-Impriża Konġunta Ewropea għall-ITER u l-Iżvilupp tal-Enerġija mill-Fużjoni u li tagħtiha vantaġġi (ĠUL 90, 30.3.2007, pp. 58-72)

    L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2007/198//Euratom ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

    l-aħħar aġġornament 25.02.2021

    Fuq