EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32019R1241

Il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar

Il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar

 

SOMMARJU TA’:

Ir-Regolament (UE) 2019/1241 — il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

  • Dan jistabbilixxi regoli dwar kif, fejn, meta, liema u kemm jistgħu jinqabdu ħut fl-ilmijiet tal-UE biex jiġu kkonservati l-ispeċijiet u jiġu protetti l-ekosistemi tal-baħar.
  • Dan iħassar ir-Regolament (KE) Nru 812/2004, 894/97, 850/98, 2549/2000, 254/2002 u 2187/2005.

PUNTI EWLENIN

Objettivi

F’konformità mal-Politika Komuni tas-Sajd tal-UE li ġiet riformata, ir-regoli huma maħsuba biex:

  • jiġi żgurat li l-livelli tas-sajd jikkorrispondu mal-livell ta’ rendiment massimu sostenibbli*, jitnaqqsu qabdiet mhux mixtieqa u jiġi eliminat il-qbid skartat, u biex jikkontribwixxu wkoll għall-kisba ta’ status ambjentali tajjeb;
  • jikkontribwixxu għall-protezzjoni ta’ ħut li għadu qed jikber u għall-ġlejjeb ta’ speċijiet tal-baħar permezz tal-użu ta’ rkaptu tas-sajd selettiv u ta’ miżuri biex jiġu evitati l-qabdiet mhux mixtieqa;
  • jitnaqqsu l-impatti tal-irkaptu tas-sajd fuq l-ekosistemi tal-baħar u b’mod partikolari fuq speċijiet u ħabitats sensittivi, inkluż fejn adatt bl-użu ta’ inċentivi u ta’ miżuri oħra.

Karatteristiċi ewlenin

Ir-Regolament jinkludi numri ta’ karatteristiċi importanti bħal:

  • is-simplifikazzjoni tal-proċedura għal kooperazzjoni reġjonali bil-għan li jinħolqu regoli reġjonalizzati għaż-żoni tas-sajd differenti;
  • il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni ta’ ċerti tipi ta’ metodi tas-sajd inkluża t-tneħħija b’mod gradwali ta’ sajd bl-impulsi elettriċi;
  • il-projbizzjoni jew ir-restrizzjoni ta’ ċerti tipi ta’ rkaptu tas-sajd, inkluż fid-daqsijiet tal-malja;
  • it-twaqqif ta’ lista ta’ speċijiet ipprojbiti;
  • it-twaqqif ta’ approċċ ibbażat fuq ir-riżultati. Bl-introduzzjoni tal-indikaturi tal-prestazzjoni ta’ selettività*, l-għan huwa li jiġi pprovdut punt ta’ riferiment kwantifikat biex tkun tista’ titkejjel l-effettività tal-miżuri tekniċi;
  • jiġu introdotti żoni magħluqa u staġuni magħluqa għas-sajd.

Riċerka xjentifika

Sabiex ma jkunx hemm tfixkil għar-riċerka xjentifika jew ir-ripopolazzjoni jew it-trapjantar diretti, ir-regoli ma japplikawx għal operazzjonijiet li jkunu saru għal dawn l-għanijiet.

MINN META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mill-14 ta’ Awwissu 2019.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Livell ta’ rendiment massimu sostenibbli: il-livell massimu li fih l-istokkijiet tal-ħut jistgħu jiġu sfruttati b’mod regolari mingħajr tnaqqis fit-tul.
Indikatur tal-prestazzjoni ta’ selettività: għodda ta’ referenza biex jiġi mmonitorjat il-progress maż-żmien lejn il-kisba tal-objettivi tal-Politika Komuni tas-Sajd ta’ minimizzazzjoni tal-qabdiet mhux mixtieqa.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (UE) 2019/1241 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 dwar il-konservazzjoni ta’ riżorsi tas-sajd u l-protezzjoni ta’ ekosistemi tal-baħar permezz ta’ miżuri tekniċi, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006, (KE) Nru 1224/2009 u r-Regolamenti (UE) Nru 1380/2013, (UE) 2016/1139, (UE) 2018/973, (UE) 2019/472 u (UE) Nru 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 894/97, (KE) Nru 850/98, (KE) Nru 2549/2000, (KE) Nru 254/2002, (KE) Nru 812/2004 u (KE) Nru 2187/2005 (ĠU L 198, 25.7.2019, pp. 105-201)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) 2019/1241 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament (UE) 2019/1022 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għas-sajd li jisfrutta l-istokkijiet tal-ħut tal-qiegħ fil-Punent tal-Mediterran u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 508/2014 (ĠU L 172, 26.6.2019, pp. 1-17)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) 2019/472 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Marzu 2019 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet mistada fl-Ilmijiet tal-Punent u fl-ilmijiet tal-madwar, u għas-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, u li jemenda r-Regolamenti (UE) 2016/1139 u (UE) 2018/973, u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007 u (KE) Nru 1300/2008 (ĠU L 83, 25.3.2019, pp. 1-17)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (EU) 2018/973 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet demersali fil-Baħar tat-Tramuntana u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jispeċifika d-dettalji tal-implimentazzjoni tal-obbligu ta’ ħatt l-art fil-Baħar tat-Tramuntana u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 676/2007 u (KE) Nru 1342/2008 (ĠU L 179, 16.7.2018, pp. 1-13)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (EU) 2016/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Lulju 2016 li jistabbilixxi pjan pluriennali għall-istokkijiet tal-merluzz, l-aringi u l-laċċ ikħal fil-Baħar Baltiku u s-sajd li jisfrutta dawk l-istokkijiet, li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2187/2005 u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1098/2007 (ĠU L 191, 15.7.2018, pp. 1-15)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, pp. 22-61)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-politika komuni tas-sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, pp. 1-50)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Direttiva 2008/56/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Ġunju 2008 li tistabbilixxi Qafas għal Azzjoni Komunitarja fil-qasam tal-Politika ta’ l-Ambjent Marin (Direttiva Kwadru dwar l-Istrateġija Marina) (ĠU L 164, 25.6.2008, pp. 19-40)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1967/2006 tal-21 ta’ Diċembru 2006 dwar miżuri ta’ ġestjoni għall-isfruttament sostenibbli ta’ riżorsi tas-sajd fil-Baħar Mediterran u li jemenda r-Regolament (KEE) Nru 2847/93 u jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1626/94 (ĠU L 409, 30.12.2006, pp. 11-85). Test ippubblikat mill-ġdid fil-corrigendum (ĠU L 36, 8.2.2007, pp. 6-30)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 19.10.2022

Fuq