Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014R0513

    UE aktar sigura: kooperazzjoni tal-pulizija u l-ġestjoni ta’ kriżi

    UE aktar sigura: kooperazzjoni tal-pulizija u l-ġestjoni ta’ kriżi

    Ir-Regolament (UE) Nru 513/2014 jistipula r-regoli għal strument tal-iffinanzjar tal-Unjoni Ewropea, li bħala parti mill-Fond tas-Sigurtà Interna (ISF), jikkonċerna l-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità u l-ġestjoni tal-kriżi.

    ATT

    Regolament (UE) Nru 513/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi, bħala parti mill-Fond għas-Sigurtà Interna, l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tar-riskji u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/125/ĠAI.

    SOMMARJU

    Magħruf bħala r-regolament ISF-Pulizija, l-istrument għandu l-għan illi jikkontribwixxi għal livell għoli ta’ sigurtà fl-UE. Sabiex jilħaq dan il-għan, se jappoġġja azzjonijiet relatati mal-prevenzjoni tal-kriminalità: il-ġlieda kontra l-kriminalità transkonfinali, serja u organizzata, inkluż it-terroriżmu: u t-tisħiħ tal-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi u l-awtoritajiet oħrajn fil-pajjiżi tal-UE, mal-Europol u korpi tal-UE oħrajn, u ma’ pajjiżi mhux tal-UE relevanti u organizzazzjonijiet internazzjonali.

    Se jappoġġja wkoll azzjonijiet li jtejbu l-kapaċità tal-pajjiżi tal-UE li jiġġestixxu riskji relatati mas-sigurtà u l-kriżijiet b’mod effettiv, u jipprepara għal u jipproteġi lin-nies u infrastruttura kritika (eż. l-elettriku, l-ilma, it-trasport) kontra attakki terroristiċi u inċidenti oħrajn relatati mas-sigurtà.

    Objettivi operazzjonali

    1.

    Isaħħaħ il-kapaċità tal-pajjiżi tal-UE għall-prevenzjoni u l-ġlieda kontra lkriminalità transkonfinali.

    2.

    Jippromovi l-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet tal-infurzar tal-liġi tal-pajjiżi tal-UE (pulizija, dwana, eċċ.) u bejn il-pajjiżi tal-UE u l-Europol.

    3.

    Jiżviluppa skemi ta’ taħriġ, inklużi ħiliet tekniċi u professjonali u għarfien tal-obbligi relatati mar-rispett tad-drittijiet tal-bniedem.

    4.

    Jiżviluppa miżuri, salvagwardji, mekkaniżmi u l-aqwa prattiki għal identifikazzjoni minn kmieni, il-protezzjoni u l-appoġġ ta’ xhieda u vittmi tal-kriminalità.

    5.

    Jiżviluppa miżuri li jsaħħu l-kapaċitajiet amministrattivi u operazzjonali għall-protezzjoni tal-infrastruttura kritika.

    6.

    Jippermetti l-produzzjoni mgħaġġla ta’ ħarsiet ġenerali komprensivi u preċiżi f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi, jikkoordina miżuri ta’ rispons u jaqsam informazzjoni sigireta jew sensittiva.

    7.

    Jiżviluppa aproċċi integrati bbażati fuq apprezzamenti komuni u kondiviżi f’sitwazzjonijiet ta’ kriżi u jtejjeb il-fehim reċiproku tad-diversi livelli ta’ theddid tal-pajjiżi tal-UE u pajjiżi sħab.

    Eżempji ta’ azzjonijiet eliġibbli jinkludu:

    azzjonijiet għat-titjib tal-kooperazzjoni tal-pulizija, inklużi timijiet konġunti ta’ investigazzjoni;

    attivitajiet ta’ komunikazzjoni;

    żamma ta’ sistemi tal-UE u nazzjonali tal-IT,, l-aktar dwar iċ-ċibersigurtà u ċ-ċiberkriminalità;

    proġetti fir-rigward ta’ u ġewwa pajjiżi mhux tal-UE.

    Sejrin jitfasslu programmi nazzjonali mill-pajjiżi parteċipanti sabiex jindirizzaw l-għanijiet tal-fond u jingħataw lill-Kummissjoni Ewropea għall-approvazjoni. Kwalunkwe allokazzjoni ta’ riżorsi fost l-għanijiet għandha tkun proporzjonali għall-isfidi u l-ħtiġijiet li jiffaċċja l-pajjiż.

    Baġit

    Il-baġit tal-programm għall-2014-20 huwa stipulat għal €1.004 biljun, maqsum kif ġej (fi prezzijiet preżenti):

    €662 miljun għall-programmi tal-pajjiżi tal-UE (ir-regolament jagħti dettalji dwar kif dawn għandhom ikunu allokati bejniethom);

    €342 miljun għal azzjonijiet tal-UE, assistenza għall-emerġenza u assistenza teknika fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni Ewropea.

    Implimentazzjoni

    Ir-Regolament (UE) Nru 514/2014 fih ir-regoli u l-proċeduri prinċipali għall-implimentazzjoni ta’ dan il-fond.

    REFERENZI

    Att

    Dħul fis-seħħ

    Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    Regolament (UE) Nru 513/2014

    21.5.2014

    -

    ĠU L 150 tal-20.5.2014

    ATTI RELATATI

    Regolament (UE) Nru 514/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta' April 2014 li jistabbilixxi dispożizzjonijiet ġenerali dwar il-Fond għall-Asil, il-Migrazzjoni u l-Integrazzjoni u dwar l-istrument għal appoġġ finanzjarju għall-kooperazzjoni tal-pulizija, il-prevenzjoni u l-ġlieda kontra l-kriminalità, u l-ġestjoni tal-kriżijiet (Ġurnal Uffiċjali L 150 tal-20 ta' Mejju 2014).

    L-aħħar aġġornament: 10.08.2014

    Fuq