Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32014D0239

    Ftehimiet ta’ riammissjoni bejn l-UE u ċerti pajjiżi terzi

    Ftehimiet ta’ riammissjoni bejn l-UE u ċerti pajjiżi terzi

     

    SOMMARJU TA’:

    Il-leġiżlazzjoni tal-UE dwar ir-riammissjoni kif ġej:

    X’INHU L-GĦAN TA’ DAWN IL-FTEHIMIET U D-DEĊIŻJONIJIET?

    • Ir-riammissjoni taċ-ċittadini proprji ta’ pajjiż hija obbligu taħt id-dritt konswetudinarju internazzjonali. Biex jirritornaw persuni residenti illegalment fit-territorju tagħhom lill-pajjiżi ta’ oriġini tagħhom, b’mod partikolari meta dawn il-persuni ma jkollhomx dokumenti ta’ identifikazzjoni validi, il-pajjiżi tal-UE jistrieħu fuq il-kooperazzjoni ta’ pajjiżi terzi biex jidentifikawhom, joħorġulhom dokumentazzjoni ġdida u jerġgħu jilqgħuhom lura.
    • Il-ftehimiet ta’ riammissjoni tal-UE jipprovdu qafas strutturat ta’ kooperazzjoni bejn il-pajjiżi tal-UE u pajjiżi terzi billi jistabbilixxu proċeduri rapidi u effettivi għall-identifikazzjoni, għall-ħruġ ta’ dokumentazzjoni ġdida u għar-ritorn ta’ persuni li joriġinaw minn waħda mill-partijiet, li jkunu residenti mingħajr awtorizzazzjoni fit-territorju tal-parti l-oħra.
    • Permezz tad-deċiżjonijiet tiegħu, il-Kunsill jikkonkludi l-ftehimiet f’isem l-UE.

    PUNTI EWLENIN

    Reċiproċità

    • Dawn il-ftehimiet joperaw fuq ir-reċiproċità. L-istess regoli japplikaw għaċ-ċittadini tal-UE, għaċ-ċittadini tal-parti l-oħra għall-ftehim u, taħt ċerti kundizzjonijiet, għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi, jiġifieri persuni b’ċittadinanza differenti minn dik ta’ waħda mill-partijiet firmatarji jew persuni apolidi preżenti illegalment fil-pajjiż terz ikkonċernat.
    • Kif stabbilit fil-Protokoll 21 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), ir-Renju Unit u l-Irlanda jistgħu jagħżlu jekk jipparteċipawx f’dawn il-ftehimiet fuq bażi ta’ każ b’każ. Madankollu, skont il-Protokoll Nru 22 tat-TFUE, id-Danimarka għażlet li ma tipparteċipax fil-kooperazzjoni fil-qasam tal-ġustizzja u l-affarijiet interni (li tagħmel parti minn dawn il-ftehimiet ta’ riammissjoni), bl-eċċezzjoni ta’ miżuri li jirrigwardaw l-acquis ta’ Schengen.

    Ċittadini proprji

    Il-ftehimiet kollha ta’ riammissjoni tal-UE jkopru proċeduri dettaljati għall-identifikazzjoni, għall-ħruġ ta’ dokumentazzjoni ġdida u għar-riammissjoni ta’ ċittadini preżenti illegalment fit-territorju tal-partijiet l-oħra. Ħafna mill-ftehimiet japplikaw ukoll, b’kundizzjonijiet differenti, għal:

    • tfal minorenni mhux miżżewġin ta’ tali persuni irrispettivament mill-post tat-twelid jew tan-nazzjonalità tagħhom;
    • konjuġi ta’ dawn il-persuni, ta’ nazzjonalità oħra;
    • dawk il-persuni residenti fl-UE li ma jkunx għad għandhom iċ-ċittadinanza tal-parti l-oħra kkonċernata.

    Ċittadini ta’ pajjiżi terzi u persuni apolidi

    Il-ftehimiet ta’ riammissjoni tal-UE jkopru wkoll impenji u proċeduri għar-riammissjoni ta’ dawk iċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu daħlu illegalment fit-territorju ta’ parti waħda wara li jkunu għaddew mit-territorju tal-parti l-oħra. Pereżempju, parti waħda jkollha terġa’ tilqa’ lura persuna li mhijiex ċittadina tagħha jekk dik il-persuna:

    • tkun daħlet illegalment u direttament fit-territorju ta’ parti waħda mill-parti l-oħra;
    • ikollha, fil-ħin tal-applikazzjoni għar-riammissjoni, permess ta’ residenza jew viża valida għall-pajjiż ikkonċernat.

    Dan l-obbligu ma japplikax jekk il-persuna kkonċernata:

    • kienet biss fi tranżitu bl-ajru minn ajruport internazzjonali tal-parti kkonċernata;
    • tkun ingħatat viża jew permess ta’ residenza minn parti waħda sakemm:
      • ma tkunx ingħatat ukoll viża jew permess ta’ residenza mill-parti l-oħra li jkollu perjodu itwal ta’ validità; jew
      • il-viża jew il-permess ikun inkiseb bl-użu ta’ dokumenti foloz jew falsifikati; jew
      • il-kundizzjonijiet tal-viża ma jkunux ġew rispettati;
    • jkollha d-dritt taċċessa t-territorju tal-parti kkonċernata mingħajr viża.

    Proċeduri

    • Il-parti li tkun tixtieq tirritorna persuna li ma tkunx fil-pussess ta’ dokumenti tal-identità validi tippreżenta talba ta’ riammissjoni lill-parti l-oħra kkonċernata li jkun fiha l-informazzjoni (inkluż l-isem, id-data tat-twelid, evidenza taċ-ċittadinanza) dettaljata fil-ftehim speċifiku.
    • Applikazzjonijiet għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi u għal persuni apolidi għandhom jiġu ppreżentati lill-awtorità kompetenti tal-pajjiż ikkonċernat fi żmien perjodu speċifikat wara li l-parti tkun saret taf bis-sitwazzjoni illegali tal-persuna kkonċernata.
    • Tweġiba għal applikazzjoni ta’ riammissjoni għandha tasal f’perjodu speċifikat normalment fi żmien xahar. Skont il-proċedura aċċellerata, normalment it-tweġibiet iridu jaslu fi żmien ġimgħa. Għandhom jingħataw raġunijiet għal rifjut.
    • Ladarba l-parti tkun qablet dwar ir-riammissjoni, l-awtoritajiet tal-parti kkonċernata għandhom joħorġu dokument tal-ivvjaġġar, irrispettivament mix-xewqa tal-persuna.
    • Uħud mill-ftehimiet ikopru wkoll arranġamenti li għandhom isiru dwar l-operazzjoni ta’ ritorn jew fir-rigward tal-faċilitazzjoni tat-tranżitu għal persuni rimpatrijati f’pajjiżi terzi oħrajn (pereżempju, il-punt tad-dħul, skorti possibbli u informazzjoni oħra rilevanti għat-trasferiment).
    • Il-ftehimiet jelenkaw ukoll diversi mezzi ta’ evidenza biex tiġi stabbilita n-nazzjonalità ta’ persuna u d-dħul illegali tagħha fit-territorju tal-partijiet ikkonċernati.

    MINN META JAPPLIKAW IL-FTEHIMIET U D-DEĊIŻJONIJIET?

    Att

    Data ta’ applikazzjoni

    Data tad-dħul fis-seħħ

    Ftehim mat-Turkija

     

    1.10.2014

    Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim

    14.4.2014

     

    Ftehim mal-Ażerbajġan

     

    1.9.2014

    Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim

    14.4.2014

     

    Ftehim mal-Armenja

     

    1.1.2014

    Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim

    22.10.2013

     

    Ftehim ma’ Cape Verde

     

    1.12.2014

    Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim

    7.10.2013

     

    Ftehim mal-Georgia

     

    1.3.2011

    Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim

    18.1.2011

     

    Ftehim mal-Pakistan

     

    1.12.2010

    Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim

    7.10.2010

     

    Ftehim mal-Ukrajna

     

    1.1.2008

    Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim

    29.11.2007

     

    Ftehim mal-Moldova

     

    1.1.2008

    Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim

    22.11.2007

     

    Ftehim mal-Maċedonja ta’ Fuq

     

    1.1.2008

    Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim

    8.11.2007

     

    Ftehim mal-Montenegro

     

    1.1.2008

    Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim

    8.11.2007

     

    Ftehim mas-Serbja

     

    1.1.2008

    Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim

    8.11.2007

     

    Ftehim mal-Bożnja-Ħerzegovina

     

    1.1.2008

    Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim

    8.11.2007

     

    Ftehim mar-Russja

     

    1.6.2007

    Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim

    19.4.2007

     

    Ftehim mal-Albanija

     

    1.1.2008

    Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim

    7.11.2005

     

    Ftehim mas-Sri Lanka

     

    1.1.2005

    Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim

    3.3.2005

     

    Ftehim mal-Macao

     

    1.6.2004

    Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim

    21.4.2004

     

    Ftehim ma’ Hong Kong

     

    1.3.2004

    Deċiżjoni li tikkonkludi l-ftehim

    17.12.2003

     

    SFOND

    DOKUMENTI EWLENIN

    L-Albanija

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija dwar ir-riammissjoni ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni — Dikjarazzjonijiet (ĠU L 124, 17.5.2005, pp. 22-40)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/809/KE tas-7 ta’ Novembru 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika tal-Albanija dwar ir-riammissjoni ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 304, 23.11.2005, pp. 14-15)

    L-Armenja

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 289, 31.10.2013, pp. 13-29)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/629/UE tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 289, 31.10.2013, p. 12)

    L-Ażerbajġan

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 128, 30.4.2014, pp. 17-42)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/239/UE tal-14 ta’ April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Ażerbajġan dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 128, 30.4.2014, pp. 15-16)

    Il-Bożnija-Ħerzegovina

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bożnja u Ħerzegovina dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni - Kopīgas deklarācijas (ĠU L 334, 19.12.2007, pp. 66-83)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/820/KE tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bożnja u Ħerzegovina dwar ir-re-ammissjoni ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 334, 19.12.2007, p. 65)

    Cape Verde

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar r-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 282, 24.10.2013, pp. 15-34)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/522/UE tas-7 ta’ Ottubru 2013 dwar l-iffirmar tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 282, 24.10.2013, pp. 13-14)

    Il-Georgia

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 52, 25.2.2011, pp. 47-65)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/118/UE tat-18 ta’ Jannar 2011 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 52, 25.2.2011, pp. 45-46)

    Hong Kong

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tar-Reġjun Amministrat b’mod Speċjali tal-Hong Kong tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina fuq l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni li jabitaw mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 17, 24.1.2004, pp. 25-39)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/80/KE tas-17 ta’ Diċembru 2003 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Gvern tal-Amministrazzjoni Speċjali tar-Reġjun ta’ Hong Kong fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 17, 24.1.2004, pp. 23-24)

    Il-Macao

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Makaw tal-Poplu tar-Repubblika taċ-Ċina fuq ir-riammissjoni tal-persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 143, 30.4.2004, pp. 99-115)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/424/KE tal-21 ta’ April 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Amministrazzjoni Speċjali tar-Reġjun tal-Makaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 143, 30.4.2004, pp. 97-98)

    Il-Moldova

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni - Deklarācijas (ĠU L 334, 19.12.2007, pp. 149-167)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/826/KE tat-22 ta’ Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 334, 19.12.2007, p. 148)

    Il-Montenegro

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Montenegro dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni - Kopīgas deklarācijas (ĠU L 334, 19.12.2007, pp. 26-44)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/818/KE tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubbika tal-Montenegro dwar ir-re-ammissjoni ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 334, 19.12.2007, p. 25)

    Il-Maċedonja ta’ Fuq

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Eks-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni - Kopīgas deklarācijas (ĠU L 334, 19.12.2007, pp. 7-24)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/817/KE tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u dik li qabel kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar ir-reammissjoni ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 334, 19.12.2007, pp. 1-2)

    Il-Pakistan

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 287, 4.11.2010, pp. 52-67)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/649/UE tas-7 ta’ Ottubru 2010 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Iżlamika tal-Pakistan dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirresjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 287, 4.11.2010, pp. 50-51)

    Ir-Russja

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-ammissjoni mill-ġdid - Kopīgas deklarācijas (ĠU L 129, 17.5.2007, pp. 40-60)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/341/KE tad-19 ta’ April 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar l-ammissjoni mill-ġdid (ĠU L 129, 17.5.2007, pp. 38-39)

    Is-Serbja

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 334, 19.12.2007, pp. 46-64)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/819/KE tat-8 ta’ Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar ir-re-ammissjoni ta’ persuni residenti mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 334, 19.12.2007, p. 45)

    Is-Sri Lanka

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Sri Lanka dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni — Dikjarazzjonijiet (ĠU L 124, 17.5.2005, pp. 43-60)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/372/KEtat-3 ta’ Marzu 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 124, 17.5.2005, pp. 41-42)

    It-Turkija

    Il-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 134, 7.5.2014, pp. 3-27)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/252/UE tal-14 ta’ April 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 134, 7.5.2014, pp. 1-2)

    L-Ukrajna

    Il-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar ir-riammissjoni ta’ persuni - Pielikumi - Deklarācija - Kopīgas deklarācijas (ĠU L 332, 18.12.2007, pp. 48-65)

    Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/839/KE tad-29 ta’ Novembru 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar ir-riammissjoni tal-persuni (ĠU L 332, 18.12.2007, pp. 46-47)

    DOKUMENTI RELATATI

    Il-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Protokoll (Nru 21) dwar il-pożizzjoni tar-Renju Unit u l-Irlanda fir-rigward tal-ispazju talibertà, sigurtà u ġustizzja (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 295-297)

    Il-verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Protokoll (Nru 22) dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 298-302)

    Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tat-Turkija dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 267, 6.9.2014, p. 1)

    Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Kap Verde dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 321, 7.11.2014, p. 1)

    Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Azerbajġan dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 215, 21.7.2014, p. 1)

    Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Armenja dwar ir-riammissjoni ta’ nies li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 334, 13.12.2013, p. 1)

    Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Pakistan dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 124, 13.5.2011, p. 1)

    Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġeorġja dwar ir-riammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 44, 18.2.2011, p. 1)

    Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar ir-rijammissjoni ta’ nies li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 51)

    Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Montenegro dwar ir-rijammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 51)

    Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja dwar ir-rijammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 51)

    Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar ir-rijammissjoni ta’ nies li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 51)

    Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Ukraina dwar ir-rijammissjoni ta’ persuni (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 52)

    Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Bosnja u Ħerzegovina dwar ir-rijammissjoni ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 52)

    Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tal-Albanija dwar il-faċilitazzjoni tal-ħruġ ta’ viżi (ĠU L 24, 29.1.2008, p. 52)

    Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u l-Federazzjoni Russa dwar ir-riammissjoni ta’ nies li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 156, 16.6.2007, p. 37)

    Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika Soċjalista Demokratika tas-Sri Lanka dwar l-ammissjoni mill-ġdid ta’ persuni li jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 138, 1.6.2005, p. 17)

    Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunitá Ewropea u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal-Macao tar- Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ir-riammissjoni ta’ persuni jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 258, 5.8.2004, p. 17)

    Informazzjoni relatata mad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim bejn il-Komunitá Ewropea u r-Reġjun Amministrattiv Speċjali tal- Hong Kong tar- Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina dwar ir-riammissjoni dwar persuni jirrisjedu mingħajr awtorizzazzjoni (ĠU L 64, 2.3.2004, p. 38)

    l-aħħar aġġornament 12.07.2019

    Fuq