EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32013D0040

Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea

Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Korea

 

SOMMARJU TA’:

Ftehim Qafas bejn l-UE u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u l-Korea, min-naħa l-oħra

Id-Deċiżjoni 2013/40/UE — iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Qafas bejn l-UE u l-pajjiżi tal-UE, minn naħa waħda, u l-Korea ta’ Isfel, min-naħa l-oħra, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra

Id-Deċiżjoni  2014/278/UE — konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-UE u l-pajjiżi tal-UE, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta’ kwistjonijiet relatati mar-riammissjoni

Id-Deċiżjoni  2014/279/UE — konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-UE u l-pajjiżi tal-UE, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ kwistjonijiet relatati mar-riammissjoni

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIM U D-DEĊIŻJONIJIET?

  • Il-ftehim jipprovdi bażi għal kooperazzjoni ekonomika u politika msaħħa bejn l-UE u l-Korea t’Isfel b’għadd ta’ għanijiet inklużi:
    • li jaqblu fuq viżjoni futura li ssaħħaħ is-sħubija u proġetti konġunti biex jimplimentaw il-viżjoni;
    • li jrawwmu kooperazzjoni ekonomika f’oqsma ta’ interess reċiproku;
    • li jgħollu r-rwoli u l-profili taż-żewġ partijiet fir-reġjuni ta’ xulxin;
  • Id-Deċiżjoni 2013/40/UE timmarka l-iffirmar tal-ftehim, filqaqt li d-deċiżjonijiet 2014/278/UE u 2014/279/UE jikkonkludu l-ftehim f’isem l-UE.
  • Id-Deċiżjoni 2014/279/UE tirrelata esklussivament għar-riammissjoni jiġifieri l-obbligi u l-proċeduri għall-awtoritajiet tal-Korea t’Isfel u l-pajjiżi tal-UE dwar meta u kif jieħdu lura nies li qed jgħixu b’mod irregolari fil-pajjiżi rispettivi tagħhom.

PUNTI EWLENIN

Il-kooperazzjoni bejn l-UE u l-Korea t’Isfel hija bbażata fuq diversi prinċipji inkluż ir-rabta ma’:

Oqsma ta’ kooperazzjoni

Il-partijiet qablu wkoll li jiżviluppaw kooperazzjoni u djalogu fl-oqsma kollha ta’ interess komuni imma mingħajr konċentrazzjoni partikolari fuq oqsma speċifiċi:

  • 1.

    Djalogu u kooperazzjoni politika dwar kwistjonijiet bħal:

    • id-drittijiet tal-bniedem;
    • in-non-proliferazzjoni ta’ armi tal-qerda tal-massa;
    • il-ġlieda kontra t-terroriżmu; u
    • il-parteċipazzjoni f’organizzazzjoni reġjonali u internazzjonali.
  • 2.

    Żvilupp ekonomiku fuq kwistjonijiet bħal:

    • oqsma relatati mal-kummerċ u l-investiment ta’ interess reċiproku;
    • il-kooperazzjoni ekonomika;
    • it-tassazzjoni;
    • dwana;
    • is-soċjetà tal-informazzjoni;
    • it-trasport; u
    • l-enerġija.
  • 3.

    Żvilupp sostenibbli fuq kwistjonijiet bħal:

    • is-saħħa;
    • l-impjiegi u l-affarijiet soċjali;
    • l-ambjent u l-bidla fil-klima; u
    • l-agrikoltura u s-sajd.
  • 4.

    Kultura u edukazzjoni dwar kwistjonijiet bħal:

    • il-midja awdjoviżiva; u
    • informatika u komunikazzjoni.
  • 5.

    Ġustizzja, libertà u sigurtà dwar kwistjonijiet bħal:

    • il-protezzjoni tad-data personali;
    • il-kooperazzjoni legali;
    • il-kriminalità organizzata u l-korruzzjoni;
    • il-ħasil tal-flus u l-iffinanzjament tat-terroriżmu; u
    • il-ġlieda kontra d-drogi illeċiti;
  • 6.

    Oqsma oħra bħal:

    • it-turiżmu;
    • is-soċjetà ċivili; u
    • l-amministrazzjoni pubblika.

Superviżjoni

Il-ftehim jistabbilixxi Kumitat Konġunt li jinkludi rappreżentanti tal-membri tal-Kunsill tal-UE u tal-Kummissjoni Ewropea flimkien ma’ rappreżentanti tal-Korea t’Isfel. Huwa inkarigat li jiżgura li l-ftehim jiffunzjona b’mod effettiv.

DATA TA’ DĦUL FIS-SEĦĦ

Il-ftehim daħal fis-seħħ fl-1 ta’ Ġunju 2014.

SFOND

DOKUMENTI EWLENIN

Il-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (OJ L 20, 23.1.2013, pp. 2-24)

Deċiżjoni tal-Kunsill2013/40/UE tal-10 ta’ Mejju 2010 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra (ĠU L 20, 23.1.2013, pp. 1-24)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/278/UE tat-12 ta’ Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, bl-eċċezzjoni ta’ kwistjonijiet relatati għar-riammissjoni (ĠU L 145, 16.5.2014, pp. 1-2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/279/UE tat-12 ta’ Mejju 2014 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim Qafas bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Korea, min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ kwistjonijiet ta’ riammissjoni (ĠU L 145, 16.5.2014, pp. 3-4)

l-aħħar aġġornament 15.07.2020

Fuq