Επιλέξτε τις πειραματικές λειτουργίες που θέλετε να δοκιμάσετε

Το έγγραφο αυτό έχει ληφθεί από τον ιστότοπο EUR-Lex

Έγγραφο 32012R0258

    Armi tan-nar — il-ġlieda kontra l-iffabrikar illeċitu u l-ittraffikar

    Armi tan-nar — il-ġlieda kontra l-iffabrikar illeċitu u l-ittraffikar

    SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

    Regolament (UE) Nru 258/2012: l-implimentazzjoni tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabrikar illeċitu ta’ u l-ittraffikar fl-armi tan-nar

    SOMMARJU

    X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

    PUNTI EWLENIN

    • Anness I tar-Regolament fih lista tal-armi tan-nar, il-partijiet u l-munizzjon tagħhom li jeħtieġu l-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea għandha l-poter li temenda din il-lista.
    • L-awtorità rilevanti tal-pajjiż tal-UE fejn huwa bbażat esportatur prospettiv tista’ tagħti awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni wara li tirċievi formola tal-awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni mill-esportatur.
    • Meta jesporta armi tan-nar, il-partijiet u l-munizzjon tagħhom barra l-UE, esportatur għandu jipprovdi lill-awtorità rilevanti fil-pajjiż tiegħu bl-awtorizzazzjoni mill-pajjiż mhux tal-UE li jkun qed jirċievi l-ispedizzjoni, u minn kull pajjiż barra l-UE li minnu tgħaddi l-kunsinna. L-awtorità mbagħad għandha tipproċessa l-applikazzjoni tal-esportazzjoni fi żmien 60 ġurnata.
    • Għal skopijiet ta’ traċċabilità, awtorizzazzjonijiet tal-esportazzjoni u l-importazzjoni u d-dokumentazzjoni mehmuża tagħhom għandu jkun fihom informazzjoni inkluż, pereżempju:
      • il-post u d-data tal-ħruġ,
      • id-dati ta’ skadenza,
      • il-pajjiż esportatur u l-pajjiż importatur,
      • il-pajjiżi ta’ transitu,
      • id-destinatarju finali, u
      • id-deskrizzjoni u l-kwantità tal-armi tan-nar, il-partijiet u l-munizzjon tagħhom.
    • Jeżistu proċeduri ssimplifikati għal armi tan-nar, il-partijiet u l-ammunizzjoni tagħhom użati għall-kaċċa u l-isparar sportiv.
    • Meta jiddeċiedu jekk jagħtux awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, pajjiżi tal-UE għandhom jagħtu kas tal-konsiderazzjonijiet bħal:
      • trattati internazzjonali u
      • politika barranija u ta’ sigurtà nazzjonali.
    • Il-pajjiżi tal-UE jeħtieġ iqisu konsiderazzjonijiet koperti mill-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/994/PESK li tiddefinixxi r-regoli tal-UE dwar il-kontroll tal-esportazzjoni ta’ teknoloġija u tagħmir militari. Dawn jinkludu aspetti bħal:
      • riskju li l-utent intenzjonat juża t-teknoloġija jew it-tagħmir militari biex jiġi esportat b’mod aggressiv kontra pajjiż ieħor jew biex jafferma dritt territorjali bil-forza, jew
      • riskju li t-teknoloġija jew tagħmir militari jiġi devjat fi ħdan il-pajjiż xerrej jew riesportat taħt kundizzjonijiet mhux mixtieqa.
    • Pajjiżi tal-UE għandhom jirrifjutaw li joħorġu awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni jekk l-applikant ikollu rekords kriminali. Barra minn hekk, għandhom iħassru, jissospendu, jimmodifikaw jew jirrevokaw l-awtorizzazzjoni tal-esportazzjoni jekk il-kundizzjonijiet ma jibqgħux issodisfati.
    • Ir-regolament ma japplikax għal armi tan-nar antiki jew diżattivati, jew għal armi tan-nar maħsuba għall-użu militari jew mill-pulizija.

    META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

    Ilu japplika mit-30 ta’ Settembru 2013.

    SFOND

    Il-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Iffabrikar illeċitu ta’ u t-Traffikar fl-Armi tan-Nar, il-Partijiet, Komponenti u Munizzjon tagħhom huwa l-uniku strument legalment vinkolanti fuq armi żgħar f’livell globali. Dan jistabbilixxi sett ta’ regoli biex il-pajjiżi jikkontrollaw u jirregolaw l-armi tan-nar u armi illeċiti, jipprevjenu d-devjazzjoni tagħhom fil-kriminalità, u jiffaċilitaw l-investigazzjoni u l-prosekuzzjoni ta’ reati relatati mingħajr ma jfixklu l-kummerċ leġittimu.

    Il-Protokoll jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali.

    Għal aktar informazzjoni, ara “t-Traffikar fl-armi tan-nar” fuq il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea

    ATT

    Regolament (UE) Nru 258/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Marzu 2012 li jimplimenta l-Artikolu 10 tal-Protokoll tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-iffabrikar illeċitu ta’ u l-ittraffikar fl-Armi tan-Nar, il-Partijiet u l-Komponenti u l-Ammunizzjoni tagħhom, u jissupplimenta l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra l-Kriminalità Organizzata Transnazzjonali (il-Protokoll tan-NU dwar l-Armi tan-Nar), u li jistabbilixxi awtorizzazzjoni għall-esportazzjoni, u miżuri rigward l-importazzjoni u t-transitu għall-armi tan-nar, il-partijiet u l-komponenti tagħhom u l-ammunizzjoni (ĠU L 94, 30.3.2012, p. 1–15)

    ATTI RELATATI

    Il-Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2008/944/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 li tiddefinixxi regoli komuni li jirregolaw il-kontroll ta’ esportazzjonijiet ta’ teknoloġija u tagħmir militari (ĠU L 335, 13.12.2008, p. 99–103)

    l-aħħar aġġornament 21.04.2016

    Fuq