This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32010R1236
Kooperazzjoni internazzjonali fil-ġejjieni dwar is-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal
Kooperazzjoni internazzjonali fil-ġejjieni dwar is-sajd fl-Atlantiku tal-Grigal
SOMMARJU TA’:
Konvenzjoni dwar il-kooperazzjoni fis-sajd tal-Atlantiku tal-Grigal
X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?
Huwa għandu l-għan li jippromwovi l-kooperazzjoni internazzjonali dwar il-konservazzjoni, il-kontroll u l-ġestjoni tajba tas-sajd fiż-żona tal-Atlantiku tal-Grigal.
Huwa jippromulga l-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal li tistabbilixxi regoli għall-kooperazzjoni dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni tas-sajd.
B’mod partikolari, ir-Regolament jimplimenta l-Iskema ta’ Kontroll u Infurzar tan-NEAFC, li tipprevedi
PUNTI EWLENIN
L-iskema toħloq sistema ġdida għall-kontroll mill-istat tal-port, li effettivament se tagħlaq il-portijiet Ewropej għall-ħatt l-art u għat-trażbord* ta’ ħut iffriżat li ma jkunx ġie vverifikat li huwa legali.
Il-pajjiżi tal-UE jeħtiġilhom:
Il-kaptani tal-bastimenti jeħtiġilhom:
Il-kaptani tal-bastimenti li jipproċessaw u/jew jiffriżaw il-qabda tagħhom jeħtiġilhom jirreġistraw l-ispeċijiet u t-tip ta’ prodott u jaħżnu l-prodotti tal-ħut fl-istiva b’mod li jippermetti li minn pjan tal-istiva miżmum abbord, tkun tista’ tiġi identifikata kull speċi. Meta jiġi ffriżat, il-ħut kollu jeħtieġlu jiġi identifikat b’tikketta jew timbru li jistgħu jinqraw b’mod ċar.
Meta aktar minn 10 bastiment tas-sajd tal-UE jkunu involuti f’attivitajiet tas-sajd* li jsiru fiż-żona regolatorja, għandu jkun hemm bastiment ta’ spezzjoni preżenti.
Kull pajjiż tal-UE jeħtieġlu jispezzjona mill-inqas 5 % tal-kwantitajiet ta’ ħut frisk li jinħatt jew li jiġi ttrażbordat u mill-inqas 7.5 % tal-ħut iffriżat fil-portijiet tiegħu matul kull sena ta’ rapportar.
Meta l-ispetturi jaqbdu bastiment tas-sajd involut f’attività kontrarja għall-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ mmaniġġar tan-NEAFC, huma għandhom jirreġistraw u jirrapportaw il-ksur.
Ksur serju jinkludi:
L-ispetturi tal-pajjiżi tal-UE jeħtiġilhom jirrapportaw kull bastiment mhux awtorizzat li jirreġistraw lill-Kummissjoni.
MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?
Dan beda japplika mill-1 ta’ Jannar 2011.
SFOND
L-Atlantiku tal-Grigal huwa waħda mill-aktar żoni tas-sajd abbundanti fid-dinja. Il-Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal daħlet fis-seħħ f’Novembru 1982. Il-partijiet kontraenti għall-Konvenzjoni huma l-UE, il-Gżejjer Faroe, Greenland, l-Iżlanda, in-Norveġja u l-Federazzjoni Russa, u ż-żona koperta tinfirex mill-ponta tan-Nofsinhar ta’ Greenland, lejn l-Lvant tal-Baħar ta’ Barents u lejn in-Nofsinhar tal-Portugall.
Fl-2006, il-Kummissjoni tas-Sajd tal-Atlantiku tal-Grigal (NEAFC) adottat rakkomandazzjoni li tistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar fuq il-bastimenti tas-sajd li joperaw fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni.
Hija inkludiet ukoll regoli għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ parti mhux kontraenti biex tiżgura rispett sħiħ tal-miżuri ta’ konservazzjoni u ta’ mmaniġġjar adottati min-NEAFC.
In-NEAFC irrakkomandat it-tneħħija ta’ numru ta’ bastimenti li kienu involuti f’sajd illegali, mhux irrapportat u mhux irregolat.
Regoli simili jinsabu fis-seħħ fl-ilmijiet tal-UE taħt il-politika komuni tas-sajd.
TERMINI EWLENIN
DOKUMENTI EWLENIN
Regolament (UE) Nru 1236/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Diċembru 2010 li jistabbilixxi skema ta’ kontroll u infurzar applikabbli fiż-żona koperta mill-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2791/1999 (ĠU L 348, 31.12.2010, pp. 17-33)
Emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1236/2010 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Konvenzjoni dwar il-Kooperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (ĠU L 227, 12.8.1981, pp. 22-35)
DOKUMENTI RELATATI
Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 2018/120 tat-23 ta’ Jannar 2018 li jistabbilixxi l-opportunitajiet tas-sajd għall-2018 għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni, u li jemenda r-Regolament (UE) 2017/127 (ĠU L 27, 31.1.2018, pp. 1-168)
Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, il-Kunsill, il-Kumitat Soċjali u Ekonomiku Ewropew u l-Kumitat tar-Reġjuni dwar id-Dimensjoni Esterna tal-Politika Komuni tas-Sajd (COM(2011) 424 final, 13.7.2011)
Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema Komunitarja ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 847/96, (KE) Nru 2371/2002, (KE) Nru 811/2004, (KE) Nru 768/2005, (KE) Nru 2115/2005, (KE) Nru 2166/2005, (KE) Nru 388/2006, (KE) Nru 509/2007, (KE) Nru 676/2007, (KE) Nru 1098/2007, (KE) Nru 1300/2008, (KE) Nru 1342/2008 u li jħassar ir-Regolamenti (KEE) Nru 2847/93, (KE) Nru 1627/94 u (KE) Nru 1966/2006 (ĠU L 343, 22.12.2009, pp. 1-50)
Ara l-verżjoni konsolidata.
Deċiżjoni tal-Kunsill 81/608/KEE tat-13 ta’ Lulju 1981 li tirrigwarda l-konklużjoni tal-Konvenzjoni dwar il-Koperazzjoni Multilaterali fil-Ġejjieni dwar is-Sajd fl-Atlantiku tal-Grigal (ĠU L 227, 12.8.1981, p. 21)
l-aħħar aġġornament 13.03.2018