This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32009D0477
Konvenzjoni Doganali dwar it-trasport internazzjonali tal-merkanzija li taqa’ taħt il-arnets TIR (Konvenzjoni TIR)
Kull Stat Membru tal-Unjoni Ewropea (UE), u l-UE nnifisha, huwa parti kontraenti għall-Konvenzjoni TIR tal-1975. L-UE hija meqjusa bħala territorju uniku għall-iskopijiet TIR.
It-TIR jista’ jintuża biss fl-UE fejn il-moviment tal-merkanzijajibda jew jispiċċa f’pajjiż mhux tal-UE, jew fejn il-moviment intra-UE ta’ oġġetti jgħaddi minnpajjiż mhux tal-UE, u huwa:
Prinċipji
Merkanzija li tinġarr taħt il-proċedura TIR:
Carnets TIR
L-awtoritajiet doganali jew awtoritajiet kompetenti oħra jawtorizzaw l-assoċjazzjonijiet biex joħorġu carnets TIR u biex jaġixxu bħala garanti. L-assoċjazzjonijiet iridu:
Carnet TIR jista’ jinħareġ biss lil individwi bi:
Trasport ta’ merkanzija taħt carnet TIR
Il-merkanzija trid tkun trasportata biss f’vetturi jew kontejners awtorizzati li huma konformi ma’ rekwiżiti tal-kostruzzjoni u t-tagħmir. Il-partijiet jistgħu jirrifjutaw li jirrikonoxxu l-validità tal-approvazzjoni ta’ vetturi jew kontejners tat-triq li ma jkunux konformi ma’ dawn il-kundizzjonijiet, imma jridu jevitaw li jittardjaw it-traffiku minħabba difetti żgħar li ma jinvolvux riskju ta’ kuntrabandu.
Taħt il-proċedura TIR:
Awtoritajiet doganali ma jistgħux, ħlief f’każijiet speċjali, jitolbu li l-vetturi jkunu:
Il-konvenzjoni tistabbilixxi proċeduri f’każ li s-siġilli tad-dwana jinkisru en route jew jekk il-merkanzija tinqered mingħajr ma jinkisru s-siġilli.
Kundizzjonijiet speċjali japplikaw għat-trasport ta’ merkanzija tqila jew goffa.
Irregolaritajiet
Għal kull ksur tal-konvenzjoni:
Id-Deċiżjoni ilha tapplika mis-26 ta’ Ġunju 2009.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/477/KE tat-28 ta’ Mejju 2009 li tippubblika f’forma konsolidata t-test tal-Konvenzjoni Doganali dwar it-trasport internazzjonali ta’ oġġetti ta’ merkanzija li jaqgħu taħt il-carnets TIR (Konvenzjoni TIR) tal-14 ta’ Novembru 1975 kif emendata minn dik id-data ’l hawn (ĠU L 165, 26.6.2009, pp. 1-94).
Emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2009/477/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/2447 tal-24 ta’ Novembru 2015 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implimentazzjoni ta’ ċerti dispożizzjonijiet tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, pp. 558-893).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/2446 tat-28 ta’ Lulju 2015 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ regoli dettaljati li jikkonċernaw uħud mid-dispożizzjonijiet tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 343, 29.12.2015, pp. 1-557).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (riformulazzjoni) (ĠU L 269, 10.10.2013, pp. 1-101).
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 08.08.2022