Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32009D0459

Għajnuna finanzjarja lir-Rumanija

Status legali tad-dokument Dan is-sommarju ġie arkivjat u mhux se jiġi aġġornat, għaliex id-dokument imqassar ma għadux fis-seħħ jew ma jirriflettix is-sitwazzjoni attwali.

Għajnuna finanzjarja lir-Rumanija

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Deċiżjoni 2009/459/KE — għajnuna finanzjarja lir-Rumanija fuq medda medja ta’ żmien

Deċiżjoni 2011/288/UE — għajnuna finanzjarja prekawzjonarja lir-Rumanija fuq terminu ta’ żmien medju

Deċiżjoni 2013/531/UE — għajnuna finanzjarja prekawzjonarja lir-Rumanija fuq terminu ta’ żmien medju

X’INHU L-GĦAN TA’ DAWN ID-DEĊIŻJONIJIET?

  • Huma għandhom l-għan li jipprovdu għajnuna finanzjarja lir-Rumanija.
  • L-Unjoni Ewropea (UE) u l-Fond Monetarju Internazzjonali (FMI), bl-appoġġ ta’ organizzazjonijiet internazzjonali oħrajn ipprovdew għajnuna finanzjarja lir-Rumanija bejn l-2009 u l-2015.
  • Il-bażi għall-azzjoni tal-UE huwa r-Regolament (KE) Nru 332/2002 li jippermettilha tipprovdi għajnuna finanzjarja fuq medda medja ta’ żmien lill-pajjiżi tal-UE li mhumiex fiż-żona tal-euro u li jkollhom diffikultajiet fil-bilanċ tal-pagamenti tagħhom.

PUNTI EWLENIN

  • Fl-2009, l-UE qablet li r-Rumanija għandha tirċievi sa EUR 20 biljun f’għajnuna finanzjarja għall-2009-2011. Skont ir-Regolament (KE) Nru 332/2002, l-għajnuna kienet assoċjata mal-adozzjoni mir-Rumanija ta’ miżuri ta' politika ekonomika mfassla biex jistabbilixxu mill-ġdid bilanċ tal-pagamenti sostenibbli.
  • Il-finanzjament ġie pprovdut:
  • Fl-2011, l-UE qablet li tipprovdi lir-Rumanija għajnuna finanzjarja prekawzjonarja sa EUR 1.4 biljun għall-2011-2013. Id-deċiżjoni rrikonoxxiet li:
    • ir-Rumanija ma kinitx se titlob il-ħlas ta’ ebda pagament mill-finanzjament sakemm ma tkunx qed tesperjenza diffikultà fil-bilanċ tal-pagamenti kurrenti jew fil-movimenti tal-kapital;
    • il-Kummissjoni Ewropea tikkunsidra kwalunkwe talba mir-Rumanija biex tirċievi parti mis-self jew kollu kemm hu fid-dawl tal-implimentazzjoni mill-Gvern tal-programm ta’ riforma ekonomika tiegħu;
    • l-għajnuna kienet sforz konġunt mal-FMI, li pprovda madwar EUR 3.6 biljun taħt arranġament ta’ riżerva prekawzjonarju,
    • il-Bank Dinji wiegħed għajnuna finanzjarja ulterjuri.
  • Fl-2013, l-UE qablet dwar programm prekawzjonarju ġdid tal-bilanċ tal-pagamenti għar-Rumanija għall-2013-2015. Hija wiegħdet EUR 2 biljun u l-FMI wiegħed ammont simili. Dan kien maħsub biex jappoġġa l-pajjiż biex:
    • jikkonsolida l-istabilità makroekonomika, fiskali u finanzjarja;
    • iżid ir-reżiljenza ekonomika u t-tkabbir potenzjali;
    • itejjeb il-kapaċità amministrattiva;
    • jirriforma l-amministazzjoni fiskali, itejjeb il-ġestjoni finanzjarja pubblika u jirristruttura kumpaniji tal-istat.
  • L-appoġġ finanzjarju taħt il-programm 2011-2013 u l-programm 2013-2015 qadd ma ttieħed.
  • Billi t-tielet programm ta’ għajnuna finanzjarja ntemm fit-30 ta’ Settembru 2015, l-UE bdiet is-sorveljanza ta' wara l-programm tagħha fl-1 ta’ Ottubru 2015. Din is-sorveljanza:
    • tiffoka fuq il-programm tal-bilanċ tal-pagamenti 2009-2011 li taħtu EUR 3.5 biljun mis-self ta’ EUR 5 biljun imħallsa għad iridu jitħallsu;
    • tinvolvi żjarat regolari fir-Rumanija biex tiġi evalwata s-sitwazzjoni ekonomika, fiskali u finanzjarja tal-pajjiż;
    • x’aktarx iddum sa Mejju 2018 meta 70 % tas-self oriġinali huwa mistenni jitħallas lura.

META JAPPLIKAW DAWN ID-DEĊIŻJONIJIET?

  • Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/459 daħlet fis-seħħ fil-11 ta’ Mejju 2009.
  • Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/288/UE daħlet fis-seħħ fit-13 ta’ Mejju 2011.
  • Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/531/UE daħlet fis-seħħ fil-25 ta’ Ottubru 2013.

SFOND

  • Fi Frar 2002, il-Kunsill tal-UE ta s-setgħa lill-UE biex tagħti self lill-pajjiżi membri li qed jesperjenzaw, jew huma mhedda b’diffikultajiet fil-bilanċi tal-pagamenti jew fil-movimenti tal-kapital tagħhom.
  • Din l-għajnuna finanzjarja hija disponibbli biss għall-pajjiżi li ma jużawx l-euro.
  • Ir-Rumanija applikat għall-ewwel darba għall-għajnuna fl-2009 wara li l-munita tagħha waqgħet bi 30 % kontra l-euro matul il-15-il xahar preċedenti u d-defiċits tal-baġit u tal-kont kurrenti tagħha żdiedu b’mod mgħaġġel minħabba l-kriżi finanzjarja.
  • Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENT EWLIENI

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/459/KE tas-6 ta’ Mejju 2009 li tagħti għajnuna finanzjarja tal-Komunità lir-Rumanija fuq medda medja ta’ żmien (ĠU L 150, 13.6.2009, pp. 8-10)

L-emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2009/459/KE ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/288/UE tat-12 ta’ Mejju 2011 dwar l-għoti ta’ għajnuna finanzjarja prekawzjonarja mill-UE fuq terminu ta’ żmien medju lir-Rumanija (ĠU L 132, 19.5.2011, pp. 15-17)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/531/UE tat-22 ta’ Ottubru 2013 dwar l-għoti ta' għajnuna finanzjarja prekawzjonarja mill-Unjoni fuq terminu ta' żmien medju lir-Rumanija (ĠU L 286, 29.10.2013, pp. 1-3)

DOKUMENTI RELATATI

Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru. 332/2002 tat-18 ta’ Frar 2002 li jistabbilixxi faċilita' li tipprovdi għajnuna finanzjarja għal żmien medju għall-bilanċi ta' pagament tal-Istati Membri (ĠU L 53, 23.2.2002, pp. 1–3)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 30.01.2017

Fuq