Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32008D0918

Operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea (UE) biex tikkontribwixxi għas-sigurtà marittima fl-Oċean Indjan tal-punent u fil-Baħar Aħmar (Eunavfor Atalanta)

Operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea (UE) biex tikkontribwixxi għas-sigurtà marittima fl-Oċean Indjan tal-punent u fil-Baħar Aħmar (Eunavfor Atalanta)

 

SOMMARJU TA’:

Id-Deċiżjoni 2008/918/PESK dwar it-tnedija ta’ operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għad-deterrenza, il-prevenzjoni u r-repressjoni ta’ atti ta’ piraterija u serq bl-użu ta’ armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta)

Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea biex tikkontribwixxi għad-deterrenza, il-prevenzjoni u r-repressjoni ta’ atti ta’ piraterija u serq bl-użu ta’ armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja

X’INHU L-GĦAN TAD-DEĊIŻJONI U TAL-AZZJONI KONĠUNTA?

  • Id-deċiżjoni tapprova l-pjan tat-tħaddim u r-regoli tal-ingaġġ għall-operazzjoni militari oriġinali tal-Unjoni Ewropea (UE) biex jiġu miġġielda atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu ta’ armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja.
  • L-azzjoni konġunta tistabbilixxi l-missjoni, l-objettivi, l-istruttura u l-finanzjament tal-operazzjoni militari estiża tal-UE fl-Oċean Indjan tal-Punent u l-Baħar l-Aħmar.

PUNTI EWLENIN

Operazzjoni Atalanta

Missjoni

Eunavfor Atalanta tgħin:

  • biex tipproteġi l-bastimenti tal-Programm Dinji tal-Ike li jagħtu għajnuna alimentari lil persuni spostati fis-Somalja;
  • biex tipproteġi bastimenti vulnerabbli li jkunu għaddejin barra mix-xtut tas-Somalj, u jiskoraġġixxi, jimpedixxi u joppressa atti ta’ piraterija u serq bl-użu ta’ armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja;
  • biex timplimenta l-embargo tal-armi tan-NU dwar is-Somalja u tiġġielet it-traffikar tad-drogi narkotiċi, it-traffikar tal-armi, is-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat u l-kummerċ illeċitu ta’ traffikar ta’ faħam tal-injam ’il barra mix-xtut tas-Somalja.

Il-Persunal Militari tal-Unjoni Ewropea jappoġġja l-Eunavfor Atalanta billi jidentifika theddid u jwettaq ppjanar bil-quddiem, bil-ħsieb li jżomm il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) infurmat.

Kontroll u strateġija politika

  • Il-KPS għandu kontroll politiku u direzzjoni strateġika tal-operazzjoni militari tal-UE taħt ir-responsabbiltà tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (HR).
  • Il-KPS huwa awtorizzat mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea biex jieħu ċerti deċiżjonijiet, inklużi:
    • li jemenda d-dokumenti tal-ippjanar, inkluż il-pjan operattiv, il-linja ta’ kmand u r-regoli tal-ingaġġ;
    • is-setgħat li jieħdu deċiżjonijiet dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u/jew il-Kmandant tal-Forza tal-UE.
  • Il-Kunsill, megħjun mill-HR, iżomm is-setgħa li jiddeċiedi dwar l-għanijiet u t-terminazzjoni tal-operazzjoni militarin.

Direzzjoni militari

  • Il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE huwa responsabbli għall-operazzjoni militari.
  • L-operazzjoni hija ssorveljata mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, li jirċievi rapporti regolari mill-Kmandant tal-Operazzjoni.

Koordinazzjoni

Ir-Rappreżentant Għoli, il-Kmandant tal-Operazzjoni tal-UE u l-Kmandant tal-Forza tal-UE jikkoordinaw mill-qrib l-attivitajiet rispettivi tagħhom rigward l-operazzjoni.

L-Eunavfor Atalanta tikkoordina mill-qrib ma’:

MINN META JAPPLIKAW ID-DEĊIŻJONI U L-AZZJONI KONĠUNTAY?

  • Id-deċiżjoni ilha tapplika mit-8 ta’ Diċembru 2008.
  • L-azzjoni konġunta ilha tapplika mill-10 ta’ Novembru 2008. Il-mandat tiegħu ġie estiż diversi drabi, l-aktar reċenti sal-31 ta’ Diċembru 2024.

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI PRINĊIPALI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/918/PESK tat-8 ta’ Diċembru 2008 dwar it-tnedija tal-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ‘l barra mix-xtut tas-Somalja (Atalanta) (ĠU L 330, 9.12.2008, pp. 19–20).

Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 301, 12.11.2008, pp. 33–37).

Emendi suċċessivi għall-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.

DOKUMENTI RELATATI

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2021/509 tat-22 ta’ Marzu 2021 li tistabbilixxi Faċilità Ewropea għall-Paċi, u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2015/528 (ĠU L 102, 24.3.2021, pp. 14–62).

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 04.09.2023

Fuq