EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32007D0090

Apparati ta’ medda qasira, RLAN (WiFi), Internet tal-Oġġetti, tagħmir ultra-wide band (UWB) u Sistemi Intelliġenti tat-Trasport (ITS)

Apparati ta’ medda qasira, RLAN (WiFi), Internet tal-Oġġetti, tagħmir ultra-wide band (UWB) u Sistemi Intelliġenti tat-Trasport (ITS)

 

SOMMARJU TA’:

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1426 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenzi 5875-5935 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/785 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1538 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju li għandu jintuża mit-tagħmir għal meded qosra fil-baned tal-frekwenzi ta’ 874-876 MHz u 915-921 MHz

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/637 li temenda d-Deċiżjoni 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità fir-rigward ta’ kundizzjonijiet tekniċi rilevanti għall-internet tal-oġġetti

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2077 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni  (UE) 2017/1483 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/339 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda tal-frekwenzi 2010-2025 MHz għal kollegamenti bil-vidjow mingħajr fili portabbli jew mobbli u għal kameras mingħajr fili li jintużaw għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/641/Uedwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu tal-ispettru tar-radju minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali fl-Unjoni

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/752/UE li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/829/UE li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/485/UE li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi

Id-Deċiżjoni 2010/368/UE li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra

Id-Deċiżjoni 2009/381/KE li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra

Id-Deċiżjoni 2007/90/KE li temenda d-Deċiżjoni 2005/513/KE dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-medda ta’ frekwenza tal-5 GHz għall-implimentazzjoni tas-Sistemi ta’ Aċċess Bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs)

Id-Deċiżjoni 2008/411/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3400 u t-3800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika

Id-Deċiżjoni 2005/513/KE dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenza ta’ 5 GHz għall-implimentazzjoni ta’ sistemi ta’ aċċess bla wajers inklużi n-netwerks tar-radju għaż-żona lokali (WAS/RLANs)

Id-Direttiva 91/287/KEE dwar il-firxa ta’ frekwenza li għandha tkun allokata għall-introduzzjoni kkordinata ta’ telekomunikazzjonijiet diġitali Ewropej mingħajr fili (DECT) fil-Komunità

X’INHUMA L-GĦANIJIET TAD-DIRETTIVA U TAD-DEĊIŻJONIJIET?

  • Id-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni jikkonċernaw l-aktar l-armonizzazzjoni, filwaqt li oħra jindirizzaw meded ta’ frekwenza speċifiċi għal skopijiet speċifiċi, minbarra l-limiti fuq il-qawwa tas-sinjali u l-interferenza li tikkawża ħsara fejn applikabbli. Il-pajjiżi tal-UE huma responsabbli għall-ġestjoni tal-ispettru tar-radju, u l-emendi jirriflettu kif evolvew il-ftehimiet Ewropej u internazzjonali dwar l-armonizzazzjoni u dawk tekniċi.
  • Id-direttiva “DECT” għażlet il-banda ta’ frekwenza 1880-1900 MHz għal komunikazzjonijiet diġitali bla fili sal-1 ta’ Jannar 1992 u tobbliga lill-pajjiżi tal-UE jimplimentaw il-liġijiet, ir-regolamenti u r-regoli amministrattivi nazzjonali meħtieġa.

PUNTI EWLENIN

Id-deċiżjonijiet

Id-deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni jkopru apparati ta’ tagħmir bir-radju li jiġu operati permezz ta’ awtorizzazzjoni ġenerali jew fuq bażi mhux liċenzjata jew kondiviża mill-utenti aħħarin. Dan jinkludi apparati ta’ netwerk għall-aċċess bir-radju lokali (wi-fi) li wrew tkabbir kbir fid-domanda għall-ispettru tar-radju, kif ġie rikonoxxut fil-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi tal-2018.

Il-maġġoranza ta’ dawn l-atti huma deċiżjonijiet ta’ armonizzazzjoni. Oħrajn jindirizzaw il-meded ta’ frekwenza għal skopijiet differenti, bħal varjetà kbira ta’ apparati għal meded qosra, it-tagħmir tal-Internet tal-Oġġetti (IoT), tagħmir ultra-wide band, allarmi, apparati li jiftħu l-bibien, impjanti mediċi, sistemi tat-trasport intelliġenti, apparati ta’ identifikazzjoni permezz ta’ frekwenza tar-radju (RFID), lokalizzazzjoni bir-radju, probing tal-art, u tipi ġodda ta’ apparati bejn il-magni, kif ukoll tagħmir għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali (PMSE) bħal kollegamenti bil-vidjow mingħajr fili jew mikrofoni u telefons diġitali mingħajr fili.

Medda oħra ġenerali ta’ awtorizzazzjoni hija relatata mas-sigurtà tal-vetturi, b’mod partikolari għall-operazzjoni tas-Sistemi tat-Trasport Intelliġenti (ITS).

Id-diversi deċiżjonijiet ta’ implimentazzjoni jkopru l-ispettru tar-radju li ġej, minħabba l-limiti fuq il-qawwa tas-sinjali u l-interferenza li tikkawża ħsara fejn applikabbli

  • il-medda ta’ frekwenza ta’ 5 GHz (5150-5350 MHz u 5470-5725 MHz) għas-sistemi ta’ aċċess bla fili, inklużi n-netwerks tar-radju għaż-żona lokali (WAS/RLANs — wi-fi broadband);
  • il-medda ta’ frekwenza 3400-3800 MHz għal sistemi terrestri għal “netwerks ta’ komunikazzjonijiet elettroniċi fissi, nomadiċi u mobbli”;
  • il-medda ta’ frekwenza 5875-5935 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ Sistemi Intelliġenti tat-Trasport;
  • l-ispettru tar-radju għall-użu minn apparati għal meded qosra;
  • il-medda tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi;
  • użu tal-ispettru tar-radju minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali;
  • il-banda tal-frekwenzi 2010-2025 MHz għal kollegamenti bil-vidjow mingħajr fili portabbli jew mobbli u għal kameras mingħajr fili li jintużaw għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali;
  • il-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fir-rigward tal-Internet tal-Oġġetti;
  • spettru tar-radju għall-użu minn tagħmir għal meded qosra fil-meded ta’ frekwenzi 874-876 u 915-921;
  • spettru tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband, bħal intraċċar tal-post tal-vettura u tal-inġenju tal-ajru.

Id-Direttiva 91/287/KEE

Id-direttiva tobbliga lill-pajjiżi tal-UE jagħżlu l-medda ta’ frekwenza 1880-1900 MHz għal komunikazzjonijiet diġitali mingħajr fili sal-1 ta’ Jannar 1992.

MINN META JIBDEW JAPPLIKAW ID-DIRETTIVA U D-DEĊIŻJONIJIET?

Leġiżlazzjoni

Data ta’ applikazzjoni

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1426

8 ta’ Ottubru 2020

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/785

16 ta’ Mejju 2019

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1538

12 ta’ Ottubru 2018

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/637

23 ta’ April 2018

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2077

13 ta’ Novembru 2017

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/1483

10 ta’ Awwissu 2017

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2016/339

9 ta’ Marzu 2016

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2014/641/UE

2 ta’ Settembru 2014

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2013/752/UE

12 ta’ Diċembru 2013

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/829/UE

9 ta’ Diċembru 2011

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni 2011/485/UE

1 ta’ Awwissu 2011

Deċiżjoni 2010/368/UE

1 ta’ Lulju 2010

Deċiżjoni 2009/381/KE

14 ta’ Mejju 2009

Deċiżjoni 2007/90/KE

12 ta’ Frar 2007

Deċiżjoni 2008/411/KE

21 ta’ Mejju 2008

Deċiżjoni 2005/513/KE

11 ta’ Lulju 2005

Direttiva 91/287/KEE

5 ta’ Ġunju 1991

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1426 tas-7 ta’ Ottubru 2020 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenzi 5875-5935 MHz għal applikazzjonijiet relatati mas-sigurtà ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti (ITS) u li tħassar id-Deċiżjoni 2008/671/KE (ĠU L 328, 9.10.2020, pp. 19-23)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/785 tal-14 ta’ Mejju 2019 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal apparat li juża teknoloġija ultra-wideband fl-Unjoni u li tħassar id-Deċiżjoni 2007/131/KE (ĠU L 127, 16.5.2019, pp. 23-33)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1538 tal-11 ta’ Ottubru 2018 dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju li għandu jintuża mit-tagħmir għal meded qosra fil-baned tal-frekwenzi ta’ 874-876 MHz u 915-921 MHz (ĠU L 257, 15.10.2018, pp. 57-63)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/637 tal-20 ta’ April 2018 li temenda d-Deċiżjoni 2009/766/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-meded ta’ frekwenza 900 MHz u 1800 MHz għal sistemi terrestri li kapaċi jipprovdu servizzi elettroniċi pan-Ewropej ta’ komunikazzjoni fil-Komunità fir-rigward ta’ kundizzjonijiet tekniċi rilevanti għall-internet tal-oġġetti (ĠU L 105, 25.4.2018, pp. 27-30)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2077 tal-10 ta’ Novembru 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (ĠU L 295, 14.11.2017, pp. 75-76)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni Tal-Kummissjoni (UE) 2017/1483 tat-8 ta’ Awwissu 2017 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra u li tħassar id-Deċiżjoni 2006/804/KE (ĠU L 214, 18.8.2017, pp. 3-27)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/339 tat-8 ta’ Marzu 2016 dwar l-armonizzazzjoni tal-banda tal-frekwenzi 2010-2025 MHz għal kollegamenti bil-vidjow mingħajr fili portabbli jew mobbli u għal kameras mingħajr fili li jintużaw għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali (ĠU L 63, 10.3.2016, pp. 5-8)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/641/UE tal-1 ta’ Settembru 2014 dwar il-kundizzjonijiet tekniċi armonizzati għall-użu tal-ispettru tar-radju minn tagħmir tal-awdjo mingħajr fili għall-ħolqien ta’ programmi u avvenimenti speċjali fl-Unjoni (ĠU L 263, 3.9.2014, pp. 29-34)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2013/752/EU tal-11 ta’ Diċembru 2013 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għal użu ma’ tagħmir għal meded qosra u li tħassar id-Deċiżjoni 2005/928/KE (ĠU L 334, 13.12.2013, pp. 17-36)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/829/UE tat-8 ta’ Diċembru 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra (ĠU L 329, 13.12.2011, pp. 10-18)

Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2011/485/UE tad-29 ta’ Lulju 2011 li temenda d-Deċiżjoni 2005/50/KE dwar l-użu armonizzat tal-faxxa tal-ispettru tar-radju ta’ 24 GHz għall-użu limitat biż-żmien ta’ tagħmir bir-radar ta’ medda qasira għall-vetturi fil-Komunità (ĠU L 198, 30.7.2011, pp. 71-72)

2010/368/KE Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat- L-Erbgħa, 30 ta’ Ġunju 2010 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra (ĠU L 166, 1.7.2010, pp. 33-41)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/381/KE tat-13 ta’ Mejju 2009 li temenda d-Deċiżjoni 2006/771/KE dwar l-armonizzazzjoni tal-ispettru tar-radju għall-użu ma’ tagħmir għal meded qosra (ĠU L 119, 14.5.2009, pp. 32-39)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/90/KE tat-12 ta’ Frar 2007 li temenda d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-medda ta’ frekwenza tal-5 GHz għallimplimentazzjoni tas-Sistemi ta’ Aċċess Bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs) (ĠU L 41, 13.2.2007, p. 10)

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/411/KE tal-21 ta’ Mejju 2008 dwar l-armonizzazzjoni tal-medda ta’ frekwenzi bejn it-3400 u t-3800 MHz għas-sistemi terrestri li huma kapaċi jipprovdu servizzi ta’ komunikazzjoni elettronika fil-Komunità (ĠU L 144, 4.6.2008, pp. 77-81)

Emendi suċċessivi għad-Deċiżjoni 2008/411/KE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/513/KE tal-11 ta’ Lulju 2005 dwar l-użu armonizzat tal-ispettru tar-radju fil-faxxa tal-frekwenza ta’ 5 GHz għall-implimentazzjoni ta’ Sistemi ta’ Aċċess bla Wajers inklużi n-Netwerks tar-Radju għaż-Żona Lokali (WAS/RLANs) (ĠU L 187, 19.7.2005, pp. 22-24)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Id-Direttiva tal-Kunsill 91/287/KEE tat-3 ta’ Ġunju 1991 dwar il-firxa ta’ frekwenza li għandha tkun allokata għall-introduzzjoni kkordinata ta’ telekomunikazzjonijiet diġitali Ewropej mingħajr fili (DECT) fil-Komunità (ĠU L 144, 8.6.1991, pp. 45-46)

DOKUMENTI RELATATI

Id-Direttiva (UE) 2018/1972 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2018 li tistabbilixxi l-Kodiċi Ewropew għall-Komunikazzjonijiet Elettroniċi (riformulazzjoni) (ĠU L 321, 17.12.2018, pp. 36-214)

Ara l-verżjoni kkonsolidata.

Id-Deċiżjoni Nru 676/2002/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Marzu 2002 dwar qafas regolatorju għall-politika dwar l-ispettru tar-radju fil-Komunità Ewropea (Deċiżjoni dwar l-Ispettri tar-radju) (ĠU L 108, 24.4.2002, pp. 1-6)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 12.11.2020

Fuq