Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32006R1921

    Statistika dwar l-iżbark tas-sajd

    Statistika dwar l-iżbark tas-sajd

     

    SOMMARJU TA’:

    Ir-Regolament (KE) Nru 1921/2006 — regoli għall-produzzjoni sistematika ta’ data statistika tal-UE dwar l-iżbark ta’ prodotti tas-sajd

    X’INHU L-GĦAN TA’ DAN IR-REGOLAMENT?

    Huwa għandu l-għan li jiżgura metodu uniformi mifrux mal-UE kollha għall-ġbir u l-kumpilazzjoni ta’ data statistika dwar il-prodotti tas-sajd li jinħattu fit-territorji nazzjonali. Din l-istatistika hija għodda importanti tal-politika komuni dwar is-sajd li stabbilixxiet limiti ta’ qbid bil-ħsieb li jkunu sostenibbli u li jgħinu jiżguraw iż-żamma fit-tul tal-istokks tal-ħut.

    Huwa jirrevoka r-Regolament (KEE) Nru 1382/91.

    PUNTI EWLENIN

    • Kull sena, kull pajjiż tal-UE għandu jissottometti data lill-Kummissjoni Ewropea (il-Eurostat) dwar il-prodotti tas-sajd li jinħattu fit-territorju tiegħu minn bastimenti rreġistrati (jew li jtajru l-bandiera f’pajjiż tal-UE jew tal-EFTA.
    • Id-data għandha tkopri l-iżbarki kollha fuq it-territorju nazzjonali fi ħdan l-UE.
    • Id-data għandha tkun relatata mal-kwantitajiet totali u mal-valuri tal-unità* tal-prodotti tas-sajd li nħattu fis-sena tal-kalendarju.
    • Il-format, il-varjabbli u l-kodiċijiet għas-sottomissjoni tad-data huma stabbiliti fl-annessi tar-Regolament.

    MINN META JIBDA JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

    Huwa beda japplika mid-19 ta’ Jannar 2007.

    SFOND

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    TERMINI EWLENIN

    Valur tal-unità: il-valur tal-bejgħ tal-prodotti tas-sajd diviż bil-kwantità jew, għall-prodotti tas-sajd li ma jinbigħux mill-ewwel, il-prezz medju għal kull tunnellata, stmat permezz ta’ metodu adatt.

    DOKUMENT EWLIENI

    Ir-Regolament (KE) Nru 1921/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Diċembru 2006 dwar il-preżentazzjoni ta’ data tal-istatistika dwar l-iżbark ta’ prodotti tas-sajd fl-Istati Membri u li tħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1382/91 (ĠU L 403, 30.12.2006, pp. 1-8)

    L-emendi suċċessivi għar-Regolament (UE) Nru 1921/2006 ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija ta’ valur dokumentarju biss.

    DOKUMENTI RELATATI

    Ir-Regolament (UE) Nru 1380/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Diċembru 2013 dwar il-Politika Komuni tas-Sajd, li jemenda r-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1954/2003 u (KE) Nru 1224/2009 u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 2371/2002 u (KE) Nru 639/2004 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/585/KE (ĠU L 354, 28.12.2013, pp. 22-61)

    Ara l-verżjoni konsolidata

    Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 72/279/KEE tal-31 ta’ Lulju 1972 li twaqqaf Kumitat Permanenti għall-Istatistika Agrikola (ĠU L 179, 7.8.1972, p. 1)

    l-aħħar aġġornament 15.05.2018

    Fuq