This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32006D0467
Ftehimiet dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni kklassifikata
Il-ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u diversi pajjiżi għandhom l-għan li jsaħħu s-sigurtà u s-sikurezza taċ-ċittadini rispettivi tagħhom permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata u l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi biex jiżguraw li l-informazzjoni tibqa’ sigura.
Għal kull ftehim hemm deċiżjoni assoċjata biex tiġi approvata f’isem l-UE.
Il-partijiet jaqblu li jiżviluppaw il-kooperazzjoni dwar is-sigurtà u l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata. Huma jirrikonoxxu li l-kooperazzjoni effettiva teħtieġ aċċess għal din l-informazzjoni, u li dan it-tip ta’ skambju jeħtieġ miżuri ta’ sigurtà xierqa.
Il-ftehim jipprovdi qafas legali fejn parti waħda tipprovdi informazzjoni klassifikata lill-oħra, imma ma jobbligaw lil ebda parti tipprovdi tali informazzjoni.
Informazzjoni klassifikata hija ddefinita bħala:
Il-ftehimiet japplikaw għall-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-UE li ġejjin: il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Kummissjoni Ewropea.
Protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata
Id-Deċiżjoni 2013/488/UE (ara s-sommarju) tkopri r-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.
Karatteristiċi oħrajn
Dawn jinkludu:
Huma jidħlu fis-seħħ kif ġej:
Pajjiż |
Deċiżjoni |
Ftehim |
ir-Renju Unit |
fl-Il-Ħamis, 29 ta’ April 2021 |
fl-1 ta’ Jannar 2021 |
il-Kanada |
29 ta’ Mejju 2017 |
Għadha mhux fis-seħħ |
il-Moldova |
27 ta’ Marzu 2017 |
Għadha mhux fis-seħħ |
il-Georgia |
15 ta’ Marzu 2016 |
Għadha mhux fis-seħħ |
l-Albanija |
15 ta’ Jannar 2016 |
Għadha mhux fis-seħħ |
is-Serbja |
22 ta’ Novembru 2010 |
Għadha mhux fis-seħħ |
l-Awstralja |
30 ta’ Novembru 2009 |
Għadha mhux fis-seħħ |
il-Liechtenstein |
14 ta’ Ġunju 2010 |
Għadha mhux fis-seħħ |
ir-Russja |
17 ta’ Novembru 2009 |
Għadha mhux fis-seħħ |
l-Iżrael |
16 ta’ Marzu 2009 |
Għadha mhux fis-seħħ |
l-Istati Uniti tal-Amerika |
23 ta’ April 2007 |
30 ta’ April 2007 |
L-Iżlanda |
21 ta’ Novembru 2005 |
1 ta’ Marzu 2007 |
l-Iżvizzera |
24 ta’ Ġunju 2005 |
1 ta’ Ġunju 2008 |
l-Ukrajna |
13 ta’ Ġunju 2005 |
1 ta’ Frar 2007 |
il-Maċedonja ta’ Fuq |
24 ta’ Jannar 2005 |
1 ta’ Awissu 2005 |
in-Norveġja |
26 ta’ Lulju 2004 |
1 ta’ Diċembru 2004 |
il-Bożnija-Ħerzegovina |
26 ta’ Lulju 2004 |
1 ta’ Mejju 2006 |
Għal aktar informazzjoni, ara:
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 tad-29 ta’ April 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 149, 30.4.2021, pp. 2-9)
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 149, 30.4.2021, pp. 2540-2548)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2322 tad-29 ta’ Mejju 2017 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 333, 15.12.2017, p. 1)
Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 333, 15.12.2017, pp. 2-7)
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/718 tas-27 ta’ Marzu 2017 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 106, 22.4.2017, pp. 1-2)
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 106, 22.4.2017, pp. 3-7)
Emendi suċċessivi għall-ftehim ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1946 tal-15 ta’ Marzu 2016 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Georgia dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 300, 8.11.2016, pp. 1-2)
Ftehim bejn il-Georgia u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 300, 8.11.2016, pp. 3-7)
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/402 tal-15 ta’ Jannar 2016 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 74, 19.3.2016, pp. 1-2)
Ftehim bejn il-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 74, 19.3.2016, pp. 3-7)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/514/PESK tat-22 ta’ Novembru 2010 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 216, 23.8.2011, p. 1)
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 216, 23.8.2011, pp. 2-4)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/53/PESK tat-30 ta’ Novembru 2009 ldwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Awstralja u l-Unjoni Ewropea dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 26, 30.1.2010, p. 30)
Ftehim bejn l-Awstralja u l-Unjoni Ewropea dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 26, 30.1.2010, pp. 31-35)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/404/PESK tal-14 ta’ Ġunju 2010 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 187, 21.7.2010, p. 1)
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 187, 21.7.2010, pp. 2-4)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/348/KE tas-17 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 155, 22.6.2010, p. 56)
Ftehim bejn il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 155, 22.6.2010, pp. 57-60)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/558/PESK tas-16 ta’ Marzu 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżrael (ĠU L 192, 24.7.2009, p. 63)
Ftehim dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżrael (ĠU L 192, 24.7.2009, pp. 64-67)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/274/ĠAI tat-23 ta’ April 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar is-Sigurtà ta’ Informazzjoni Klassifikata (ĠU L 115, 3.5.2007, p. 29)
Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar is-Sigurtà ta’ Informazzjoni Klassifikata (ĠU L 115, 3.5.2007, pp. 30-34)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/467/PESK tal-21 ta’ Novembru 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 184, 6.7.2006, p. 34)
Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Iżlanda u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 184, 6.7.2006, pp. 35-37)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/568/PESK tal-24 ta’ Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 57)
Ftehim bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 181, 10.7.2008, pp. 58-61)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/481/PESK tat-13 ta’ Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 172, 5.7.2005, p. 83)
Ftehim bejn l-Ukraina u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 172, 5.7.2005, pp. 84-86)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/296/PESK, ĠAI tal-24 ta’ Jannar 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Maċedonja tat-Tramuntana dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 94, 13.4.2005, p. 38)
Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Maċedonja tat-Tramuntana u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 94, 13.4.2005, pp. 39-44)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/843/PESK tas-26 ta’ Lulju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 362, 9.12.2004, p. 28)
Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 362, 9.12.2004, pp. 29-32)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/731/PESK tas-26 ta’ Lulju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnija-Ħerzegovina dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 324, 27.10.2004, p. 15)
Ftehim bejn il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 324, 27.10.2004, pp. 16-19)
Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, pp. 1-50)
Ara l-verżjoni konsolidata.
l-aħħar aġġornament 10.06.2021