EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32004D0731

Ftehimiet dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni kklassifikata

Ftehimiet dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni kklassifikata

 

SOMMARJU TA’:

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIMIET U D-DEĊIŻJONIJIET?

Il-ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u diversi pajjiżi għandhom l-għan li jsaħħu s-sigurtà u s-sikurezza taċ-ċittadini rispettivi tagħhom permezz tal-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata u l-implimentazzjoni ta’ mekkaniżmi biex jiżguraw li l-informazzjoni tibqa’ sigura.

Għal kull ftehim hemm deċiżjoni assoċjata biex tiġi approvata f’isem l-UE.

PUNTI EWLENIN

Il-partijiet jaqblu li jiżviluppaw il-kooperazzjoni dwar is-sigurtà u l-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata. Huma jirrikonoxxu li l-kooperazzjoni effettiva teħtieġ aċċess għal din l-informazzjoni, u li dan it-tip ta’ skambju jeħtieġ miżuri ta’ sigurtà xierqa.

Il-ftehim jipprovdi qafas legali fejn parti waħda tipprovdi informazzjoni klassifikata lill-oħra, imma ma jobbligaw lil ebda parti tipprovdi tali informazzjoni.

Informazzjoni klassifikata hija ddefinita bħala:

  • kwalunkwe informazzjoni jew materjal li t-telf jew l-iżvelar mhux awtorizzat tiegħu jista’ jagħmel ħsara u danni lill-interessi ta’ kull parti jew ta’ pajjiż wieħed jew aktar tal-UE; u
  • jiġi mmarkat bi klassifikazzjoni ta’ sigurtà kif stabbilit fil-ftehim.

Il-ftehimiet japplikaw għall-istituzzjonijiet u l-entitajiet tal-UE li ġejjin: il-Kunsill Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, is-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) u l-Kummissjoni Ewropea.

Protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata

  • Kull wieħed mill-partijiet għandu jipproteġi l-informazzjoni klassifikata pprovduta minn jew skambjata mill-parti l-oħra sa livell għallinqas ekwivalenti għal dak mogħti mill-parti li qed tipprovdiha.
  • Il-persuni kollha li għandhom aċċess għal informazzjoni klassifikata għandu jkollhom l-approvazzjoni tas-sigurtà, ibbażata fuq il-lealtà u l-affidabilità.
  • Hemm restrizzjonijiet dwar kif informazzjoni klassifikata tintuża, tiġi aċċessata u żvelata.

Id-Deċiżjoni 2013/488/UE (ara s-sommarju) tkopri r-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE.

Karatteristiċi oħrajn

Dawn jinkludu:

  • impenn biex tipprovdi għanjuna reċiproka fir-rigward li l-informazzjoni klassifikata tinżamm sigura;
  • proċeduri dwar kif informazzjoni klassifikata tiġi skambjata:
  • deżinjazzjoni tal-persuna responsabbli f’kull parti mis-sorveljanza tal-implimentazzjoni tal-ftehim;
  • ir-responsabbiltà ta’ kull parti fil-każ ta’ telf jew żvelar mhux awtorizzata ta’ informazzjoni klassifikata;
  • soluzzjoni tat-tilwim;
  • kif il-ftehim se jidħol fis-seħħ, inkluż dwar kif jista’ jiġi emendat jew mitmum.

MINN META JIDĦLU FIS-SEĦĦ IL-FTEHIMIET U D-DEĊIŻJONIJIET?

Huma jidħlu fis-seħħ kif ġej:

Pajjiż

Deċiżjoni

Ftehim

ir-Renju Unit

fl-Il-Ħamis, 29 ta’ April 2021

fl-1 ta’ Jannar 2021

il-Kanada

29 ta’ Mejju 2017

Għadha mhux fis-seħħ

il-Moldova

27 ta’ Marzu 2017

Għadha mhux fis-seħħ

il-Georgia

15 ta’ Marzu 2016

Għadha mhux fis-seħħ

l-Albanija

15 ta’ Jannar 2016

Għadha mhux fis-seħħ

is-Serbja

22 ta’ Novembru 2010

Għadha mhux fis-seħħ

l-Awstralja

30 ta’ Novembru 2009

Għadha mhux fis-seħħ

il-Liechtenstein

14 ta’ Ġunju 2010

Għadha mhux fis-seħħ

ir-Russja

17 ta’ Novembru 2009

Għadha mhux fis-seħħ

l-Iżrael

16 ta’ Marzu 2009

Għadha mhux fis-seħħ

l-Istati Uniti tal-Amerika

23 ta’ April 2007

30 ta’ April 2007

L-Iżlanda

21 ta’ Novembru 2005

1 ta’ Marzu 2007

l-Iżvizzera

24 ta’ Ġunju 2005

1 ta’ Ġunju 2008

l-Ukrajna

13 ta’ Ġunju 2005

1 ta’ Frar 2007

il-Maċedonja ta’ Fuq

24 ta’ Jannar 2005

1 ta’ Awissu 2005

in-Norveġja

26 ta’ Lulju 2004

1 ta’ Diċembru 2004

il-Bożnija-Ħerzegovina

26 ta’ Lulju 2004

1 ta’ Mejju 2006

SFOND

Għal aktar informazzjoni, ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2021/689 tad-29 ta’ April 2021 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim dwar il-Kummerċ u l-Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika, minn naħa waħda, u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq, min-naħa l-oħra, u tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 149, 30.4.2021, pp. 2-9)

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 149, 30.4.2021, pp. 2540-2548)

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/2322 tad-29 ta’ Mejju 2017 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 333, 15.12.2017, p. 1)

Ftehim bejn il-Kanada u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 333, 15.12.2017, pp. 2-7)

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2017/718 tas-27 ta’ Marzu 2017 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 106, 22.4.2017, pp. 1-2)

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 106, 22.4.2017, pp. 3-7)

Emendi suċċessivi għall-ftehim ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata għandha valur dokumentarju biss.

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1946 tal-15 ta’ Marzu 2016 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Georgia dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 300, 8.11.2016, pp. 1-2)

Ftehim bejn il-Georgia u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 300, 8.11.2016, pp. 3-7)

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/402 tal-15 ta’ Jannar 2016 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Moldova dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 74, 19.3.2016, pp. 1-2)

Ftehim bejn il-Kunsill tal-Ministri tar-Repubblika tal-Albanija u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 74, 19.3.2016, pp. 3-7)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2011/514/PESK tat-22 ta’ Novembru 2010 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 216, 23.8.2011, p. 1)

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tas-Serbja dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 216, 23.8.2011, pp. 2-4)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/53/PESK tat-30 ta’ Novembru 2009 ldwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Awstralja u l-Unjoni Ewropea dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 26, 30.1.2010, p. 30)

Ftehim bejn l-Awstralja u l-Unjoni Ewropea dwar is-sigurtà ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 26, 30.1.2010, pp. 31-35)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/404/PESK tal-14 ta’ Ġunju 2010 dwar l-iffirmar u l-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 187, 21.7.2010, p. 1)

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Prinċipalità tal-Liechtenstein dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 187, 21.7.2010, pp. 2-4)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/348/KE tas-17 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 155, 22.6.2010, p. 56)

Ftehim bejn il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-Unjoni Ewropea dwar il-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 155, 22.6.2010, pp. 57-60)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2009/558/PESK tas-16 ta’ Marzu 2009 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżrael (ĠU L 192, 24.7.2009, p. 63)

Ftehim dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata bejn l-Unjoni Ewropea u l-Iżrael (ĠU L 192, 24.7.2009, pp. 64-67)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2007/274/ĠAI tat-23 ta’ April 2007 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar is-Sigurtà ta’ Informazzjoni Klassifikata (ĠU L 115, 3.5.2007, p. 29)

Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Gvern tal-Istati Uniti tal-Amerika dwar is-Sigurtà ta’ Informazzjoni Klassifikata (ĠU L 115, 3.5.2007, pp. 30-34)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2006/467/PESK tal-21 ta’ Novembru 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Iżlanda dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 184, 6.7.2006, p. 34)

Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Iżlanda u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 184, 6.7.2006, pp. 35-37)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2008/568/PESK tal-24 ta’ Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Konfederazzjoni Żvizzera dwar proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 181, 10.7.2008, p. 57)

Ftehim bejn il-Konfederazzjoni Żvizzera u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 181, 10.7.2008, pp. 58-61)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/481/PESK tat-13 ta’ Ġunju 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ukraina dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 172, 5.7.2005, p. 83)

Ftehim bejn l-Ukraina u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju u l-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 172, 5.7.2005, pp. 84-86)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/296/PESK, ĠAI tal-24 ta’ Jannar 2005 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika tal-Maċedonja tat-Tramuntana dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 94, 13.4.2005, p. 38)

Ftehim bejn ir-Repubblika tal-Maċedonja tat-Tramuntana u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 94, 13.4.2005, pp. 39-44)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/843/PESK tas-26 ta’ Lulju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Renju tan-Norveġja dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 362, 9.12.2004, p. 28)

Ftehim bejn ir-Renju tan-Norveġja u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 362, 9.12.2004, pp. 29-32)

Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/731/PESK tas-26 ta’ Lulju 2004 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Bożnija-Ħerzegovina dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 324, 27.10.2004, p. 15)

Ftehim bejn il-Bożnija-Ħerzegovina u l-Unjoni Ewropea dwar il-proċeduri ta’ sigurtà għall-iskambju ta’ informazzjoni klassifikata (ĠU L 324, 27.10.2004, pp. 16-19)

DOKUMENTI RELATATI

Deċiżjoni tal-Kunsill 2013/488/UE tat-23 ta’ Settembru 2013 dwar ir-regoli tas-sigurtà għall-protezzjoni ta’ informazzjoni klassifikata tal-UE (ĠU L 274, 15.10.2013, pp. 1-50)

Ara l-verżjoni konsolidata.

l-aħħar aġġornament 10.06.2021

Fuq