EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32003R1829

Ikel u għalf ġenetikament modifikat

Ikel u għalf ġenetikament modifikat

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Regolament (KE) Nru 1829/2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament

SOMMARJU

X'JAGĦMEL IR-REGOLAMENT?

  • Jistabbilixxi regoli dwar kif l-organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) jiġu awtorizzati u sorveljati u kif l-ikel u l-għalf ġenetikament modifikat jiġi ttikkettjat.
  • Jimmira li jipproteġi:
    • il-ħajjiet u s-saħħa tan-nies
    • is-saħħa u l-benesseri tal-annimali
    • l-interessi ambjentali u tal-konsumaturi.

PUNTI EWLENIN

Dan ir-Regolament japplika:

  • għall-OĠM użati fl-ikel jew fl-għalf tal-annimali
  • ikel jew għalf tal-annimali li fih l-OĠM
  • ikel jew għalf magħmul minn jew li fihingredjenti li jużaw ĠMO.

L-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni

  • 1.

    Il-produtturi jissottomettu applikazzjoni waħda li tkopri l-użi kollha: l-ikel, l-għalf tal-annimali u l-kultivazzjoni.

  • 2.

    Fi żmien ġimagħtejn l-awtorità kompetenti fil-pajjiż rilevanti tal-UE tirrikonoxxi r-riċeviment u tinforma lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA).

  • 3.

    L-EFSA jkollha 6 xhurbiex tivvaluta l-applikazzjoni.

Il-ġestjoni tar-riskju

  • Il-Kummissjoni Ewropea hija responsabbli mill-ġestjoni tar-riskju.
  • Fuq il-bażi tal-valutazzjoni tal-EFSA, il-Kummissjoni tabbozza rakkomandazzjoni biex taċċetta jew tirrifjuta l-applikazzjoni.
  • Il-proposta tintbagħat lill-Kumitat Permanenti għall-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali.
  • Jekk il-kumitat jaċċetta l-proposta, il-Kummissjoni tadottaha. Jekk le, il-Kunsill jivvaluta l-abbozz tad-deċiżjoni u jiddeċiedi jekk il-Kummissjoni għandhiex tadottaha jew le.

Tikkettar

  • L-ikel u l-għalf li fih l-OĠM għandu jkun ittikkettjat b'mod ċar.
  • Iżda jekk l-ikel jew l-għalf ikun fih inqas minn 0.9 % OĠM, m'hemmx bżonn li jiġi ttikkettjat – sakemm il-kontenut tal-OĠM ikun teknikament inevitabbli.

SFOND

TERMINU EWLIENI

* Organiżmu ġenetikament modifikat: organiżmu li l-materjal ġenetiku tiegħu nbidel permezz ta' inġinerija ġenetika biex jinkludi ġeni li normalment ma jkunx jinkludi.

ATT

Ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta' Settembru 2003 dwar ikel u għalf modifikat ġenetikament (ĠU L 268, 18.10.2003, p. 1–23)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1829/2003 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni kkonsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

ATTI RELATATI

Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 503/2013 tat-3 ta' April 2013 dwar applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni ta’ ikel u għalf ġenetikament modifikat skont ir-Regolament (KE) Nru 1829/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jemendaw ir-Regolamenti (KE) Nru 641/2004 u (KE) Nru 1981/2006 (ĠU L 157, 8.6.2013, p. 1–48)

Id-Direttiva (UE) 2015/412 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta' Marzu 2015 li temenda d-Direttiva 2001/18/KE fir-rigward tal-possibbiltà għall-Istati Membri li jirrestrinġu jew jipprojbixxu l-kultivazzjoni ta' organiżmi ġenetikament modifikati (OĠM) fit-territorju tagħhom (ĠU L 68, 13.3.2015, p. 1–8)

l-aħħar aġġornament 24.11.2015

Fuq