This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32003E0495
Restrizzjonijiet speċifiċi dwar relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq
Pożizzjoni komuni 2003/495/PESK fuq l-Iraq
Il-pożizzjoni komuni u r-regolament jissettjaw miżuri restrittivi konformi mar-Riżoluzzjoni1483 (2003) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) u d-deċiżjonijiet kollha sussegwenti tan-Nazzjonijiet Uniti (NU) b’rispons għas-sitwazzjoni fl-Iraq.
Il-qligħ kollu mill-bejgħ tal-esportazzjoni tal-petroleum, prodotti tal-petroleum u gass naturali mill-Iraq irid ikun depożitat fil-Fond għall-Iżvilupp għall-Iraq taħt kundizzjonijiet mniżżla fir-Riżoluzzjoni 1483 (2003) KSNU
Artifatti kulturali Iraqini
L-importazzjoni, esportazzjoni u negozjar fil-propjetà kulturali tal-Iraq u oġġetti oħra ta’ importanza arkeoloġika, storika, kulturali, xjentifika u ta’ importanza reliġjuża rari huma pprojbiti jekk l-oġġetti tneħħew illegalment (inklużi oġġetti elenkati fl-Anness II tar-regolament). B’mod partikolari, jekk:
Dawn il-projbizzjonijiet ma japplikawx jekk l-oġġetti kienu esportati qabel is-6 ta’ Awwissu 1990 jew jekk qed ikunu mogħtija lura lil istituzzjonijiet Iraqqin konformi mal-objettivi ta’ ritorn sikur f’Riżoluzzjoni 1483 (2003) KSNU.
Il-passi xierqa kollha ser jittieħdu għar-ritorn sikur ta’ tali oġġetti għal istituzzjonijiet Iraqqin.
Riżorsi ekonomiċi ffriżati
Eżenzjonijiet
L-Stati Membri tal-Unjoni Ewropea (UE) jistgħu jawtorizzaw li ċerti fondi jkunu rilaxxati, inklużi għal:
Prodotti tal-petroleum
Il-petroleum, prodott tal-petroleum u gass naturali li joriġinaw fl-Iraq mhux ser ikunu suġġetti għal proċedimenti ġudizzjarji, u lanqas għal kwalunkwe forma ta’ sekwestru ta’ beni*, sekwestru* jew eżekuzzjoni*, sakemm is-sjieda tgħaddi għand xerrejj.
Privileġġi u immunitajiet ekwivalenti għal dawk tan-Nazzjonijiet Uniti ser japplikaw għal:
Embargo fuq l-armi
Il-bejgħ, il-provvista, trasferiment jew esportazzjoni ta’ armi u materjal relatat (inklużi armi u munizzjon, vetturi u tagħmir militari, tagħmir u partijiet paramilitari) lil Iraq minn ċittadin tal-UE huma pprojbiti.
L-embargo ma japplikax għal armi meħtieġa mill-gvern tal-Iraq jew mill-forza multinazzjonali stabbilita taħt Riżoluzzjoni 1511 (2003) KSNU fejn ikun awtorizzat minn Stati Membri.
Eżenzjonijiet umanitarji
Konformi mar-Riżoluzzjoni 2664 (2022), Regolament tal-Kunsill (UE) 2023/331 u d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/338 jintroduċu fil-liġi tal-UE eżenzjoni għas-sanzjonijiet fil-forma ta’ ffriżar tal-assi għall-assistenza umanitarja u attivitajiet oħra li jappoġġjaw bżonnijiet bażiċi umani, applikabbli għal ċerti atturi.
Għal aktar informazzjoni, ara:
Pożizzjoni Komuni tal-Kunsill 2003/495/PESK tas-7 ta’ Lulju 2003 fuq l-Iraq u li tħassar Pożizzjonijiet Komuni 96/741/PESK u 2002/599/PESK (ĠU L 169, 8.7.2003, pp. 72–73).
Emendi suċċessivi għal Pożizzjoni Komuni 2003/495/PESK ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata għandha valur dokumentarju biss.
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (ĠU L 169, 8.7.2003, pp. 6–23).
Ara l-verżjoni konsolidata.
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu V — Dispożizzjonijiet ġenerali dwar l-azzjoni esterna tal-Unjoni u dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Kapitolu 2 — Dispożizzjonijiet speċifiċi dwar il-politika estera u ta’ sigurtà komuni — Taqsima 1 — Dispożizzjonijiet komuni — l-Artikolu (29 (ex Artikolu 15 TUE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 33).
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Il-Ħames Parti — L-azzjoni esterna tal-Unjoni — Titolu IV — Miżuri restrittivi — l-Artikolu (215 (ex Artikolu 301 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 144).
l-aħħar aġġornament 15.03.2023