EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002R1221

Il-ġbir ta’ statistiċi mhux finanzjarji trimestrali għal gvern mill-pajjiżi tal-UE

Il-ġbir ta’ statistiċi mhux finanzjarji trimestrali għal gvern mill-pajjiżi tal-UE

 

SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2002 dwar kontijiet mhux finanzjarji trimestrali għal gvern ġenerali

X’INHU L-GĦAN TAR-REGOLAMENT?

Dan jiddefinixxi l-kategoriji ewlenin tal-kontijiet mhux finanzjarji pubbliċi, kif stabbilit f’ESA 95, li l-uffiċċji tal-istatistika tal-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea (UE) iridu jikkomunikaw lill-Kummissjoni Ewropea (l-Eurostat) kull 3 xhur.

PUNTI EWLENIN

  • Id-data trimestrali tkopri kemm in-nefqa ta’ gvern ġenerali kif ukoll id-dħul.
  • Skont l-Eurostat, gvern ġenerali jikkonsisti f’4 sottosetturi:
    • il-gvern ċentrali;
    • il-gvern tal-istat;
    • il-gvern lokali; u
    • il-fondi tas-sigurtà soċjali.
  • Nefqa
    • konsum intermedju*;
    • formazzjoni grossa ta’ kapital*;
    • formazzjoni grossa tal-kapital fiss*;
    • kumpens tal-impjegati*;
    • taxxi oħra fuq il-produzzjoni;
    • sussidji;
    • introjtu mill-proprjetà;
    • imgħax;
    • taxxi fuq id-dħul u l-ġid;
    • trasferimenti soċjali* u oħrajn pprovduti lill-unitajiet domestiċi;
    • sovvenzjonijiet ta’ investimenti u trasferimenti kapitali oħrajn.
  • Dħul:
    • output tas-suq (il-prodotti kollha disponuti fis-suq jew intiżi għad-disponiment fis-suq) u pagamenti oħrajn għal output tal-gvern;
    • taxxi: fuq il-produzzjoni u l-importazzjonijiet, fuq id-dħul u l-ġid, taxxi kapitali;
    • sussidji oħrajn fuq il-produzzjoni;
    • introjtu mill-proprjetà;
    • kontribuzzjonijiet soċjali attwali u imputati (fejn kontribuzzjonijiet “imputati” huma kontribuzzjonijiet soċjali li jitħallsu mill-impjegaturi f’isem l-impjegati tagħhom);
    • trasferimenti kurrenti oħrajn;
    • sovvenzjonijiet ta’ investimenti u trasferimenti kapitali oħrajn.
  • L-ewwel data trimestrali trażmessa taħt din il-leġislazzjoni kopriet l-ewwel trimestru tal-2002. Ir-regoli ta’ tranżizzjoni qabel kienu bdew japplikaw mill-bidu tal-1999.
  • Il-pajjiżi tal-UE iridu:
    • jwasslu d-data sa mhux aktar tard minn 3 xhur mit-tmiem tat-trimestru kkonċernat;
    • jinfurmaw lill-Eurostat dwar is-sorsi u l-metodi użati biex jiġbru d-data.
  • Il-Kummissjoni trid:

META JAPPLIKA R-REGOLAMENT?

Dan ilu japplika mid-29 ta’ Lulju 2002.

SFOND

Is-sistema Ewropea tal-kontijiet nazzjonali u reġjonali, magħrufa bħala ESA 95 (issa ssostituta minn ESA 2010), tiġbor informazzjoni kumparabbli, aġġornata u affidabbli dwar l-istruttura u l-iżviluppi ta’ ekonomiji nazzjonali u reġjonali fl-UE.

* TERMINI EWLENIN

Konsum intermedju: kunċett li jkejjel il-valur tal-oġġetti u s-servizzi kkonsmati bħala dħul fil-proċessi tal-produzzjoni.
Formazzjoni grossa ta’ kapital: il-valur totali tal-formazzjoni grossa tal-kapital fiss, tal-bidliet fl-inventorji u tal-akkwisti mingħajr id-disponiment ta’ oġġetti ta’ valur.
Formazzjoni grossa tal-kapital fiss: akkwisti ta’ assi fissi ġodda u eżistenti bħall-proprjetà, impjant jew tagħmir, infiq fuq titjib tal-art u kostruzzjoni tal-bini.
Kumpens tal-impjegati: il-pagi gross totali (qabel it-taxxa) u l-kontribuzzjonijiet soċjali tal-impjegaturi mħallsa mill-impjegaturi għall-impjegati għax-xogħol li jkunu għamlu.
Trasferimenti soċjali: assistenza soċjali minn korpi pubbliċi u ċiviċi lil nies li jkunu qed jgħixu, jew qegħdin f’riskju li jispiċċaw, fil-faqar.

DOKUMENT EWLIENI

Ir-Regolament (KE) Nru 1221/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar kontijiet mhux finanzjarji ta' kull tliet xhur tal-amministrazzjoni pubblika (ĠU L 179, 9.7.2002, pp. 1-5)

L-emendi suċċessivi għar-Regolament (KE) Nru 1221/2002 ġew inkorporati fit-test oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

l-aħħar aġġornament 27.02.2017

Fuq