Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32002L0047

    Arranġamenti finanzjarji kollaterali - it-titjib fiċ-ċarezza tad-dritt

    Arranġamenti finanzjarji kollaterali - it-titjib fiċ-ċarezza tad-dritt

    SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

    Direttiva 2002/47/KE - arranġamenti finanzjarji kollaterali - it-titjib fiċ-ċarezza tad-dritt

    SOMMARJU

    X’TAGĦMEL ID-DIRETTIVA?

    Din id-direttiva għandha l-għan li toħloq qafas legali uniformi u ċar tal-UE għall-użu ta’ titoli ta' kreditu u flus kontanti bħala kollateral* fi tranżazzjonijiet finanzjarji.

    PUNTI EWLENIN

    Id-Direttiva tapplika għal ċerti kategoriji speċifikati bħal banek ċentrali u istituzzjonijiet finanzjarji ssorveljati. Madankollu, il-pajjiżi tal-UE jistgħu jeskludu kategoriji speċifiċi bħal azjendi mhux inkorporati, jiġifieri li ma jkollhomx status legali ta’ kumpanija.

    Id-direttiva tapplika għal kollateral finanzjarju inkluż flus kontanti u strumenti finanzjarji bħal ishma u bonds. Il-pajjiżi tal-UE jippermettu ċerti esklużjonijiet (opt-outs) bħall-ishma ta’ min qed jipprovdi l-kollateral stess.

    Id-direttiva tistabbilixxi rekwiżiti formali minimi mill-pajjiżi tal-UE li jikkonċernaw arranġamenti kollaterali inkluż, pereżempju, li tali arranġamenti jridu jkunu testimonjati bil-miktub jew b’mod legalment ekwivalenti.

    L-infurzar tal-arranġamenti kollaterali minn min jakkwista l-kollateral huwa possibbli, pereżempju permezz tal-bejgħ jew l-approprjazzjoni tal-istrumenti finanzjarji.

    Min jakkwista l-kollateral ikollu dritt miftiehem kuntrattwalment li juża l-kollateral finanzjarju pprovdut daqslikieku kien is-sid assolut. Jekk jagħżel li jeżerċita dan id-dritt, huwa obbligat jittrasferixxi lura l-ammont ekwivalenti ta’ kollateral.

    Il-pajjiżi tal-UE jridu jirrikonoxxu arranġamenti ta’ close-out netting*, anki jekk min jakkwista l-kollateral jew min jipprovdih ikun suġġett għal proċedimenti ta’ insolvenza jew ta’ organizzazzjoni mill-ġdid.

    F’ċerti każijiet, il-pajjiżi tal-UE huma mblukkati milli japplikaw ir-regoli nazzjonali tagħhom dwar l-insolvenza għal arranġamenti kollaterali finanzjarji. Tali arranġamenti ma jistgħux jiġu ddikjarati invalidi jew nulli biex, pereżempju, jittieħed kont tal-bidliet fil-valur tas-suq.

    META TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

    Mis-27 ta’ Ġunju 2002.

    SFOND

    Il-websajt tal-Kummissjoni Ewropea dwar il-kollateral finanzjarju

    TERMINI EWLENIN

    * Kollateral finanzjarju huwa proprjetà (bħal titoli ta' kreditu) pprovduta minn min jissellef lil min isellef sabiex jitnaqqas ir-riskju tat-telf finanzjarju lil min isellef fil-każ li min jissellef ma jirnexxilux li jissodisfa l-obbligi finanzjarji lil min ikun silfu.

    * Close-out netting huwa mekkaniżmu legali li jnaqqas ir-riskji bejn żewġ kontropartijiet. Fil-każ ta’ inadempjenza ta’ wieħed miż-żewġ kontropartijiet, it-talbiet futuri u r-relazzjonijiet kuntrattwali kollha bejniethom isiru dovuti, ikkalkolati, isir netting tagħhom, imbagħad jiġu paċuti. Dak li finalment jifdal għall-pagament attwali tista’ tkun frazzjoni żgħira biss tat-talba grossa inizjali bejn iż-żewġ partijiet.

    ATT

    Direttiva 2002/47/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-6 ta’ Ġunju 2002 dwar arranġamenti finanzjarji kollaterali

    REFERENZI

    Att

    Dħul fis-seħħ

    Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

    Il-Ġurnal Uffiċjali

    Direttiva 2002/47/KE

    27.6.2002

    27.12.2003

    ĠU L 168, 27.06.2002, p. 43-50

    Att(i) li jemenda(w)

    Dħul fis-seħħ

    Terminu għat-traspożizzjoni fl-Istati Membri

    Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

    Direttiva 2009/44/KE

    30.6.2009

    30.12.2010

    ĠU L 146, 10.6.2009, p. 37-43

    Direttiva 2014/59/UE

    2.7.2014

    31.12.2014

    ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190-348

    Ara l-verżjoni konsolidata.

    ATTI RELATATI

    Rapport mill-Kummissjoni lill-Kunsill u lill-Parlament Ewropew Rapport ta’ Evalwazzjoni dwar id-Direttiva dwar Arranġamenti Finanzjarji Kollaterali (2002/47/KE) (COM(2006) 833 final tal-20.12.2006)

    l-aħħar aġġornament 07.10.2015

    Fuq