EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 31996L0009

Protezzjoni legali: databases

Protezzjoni legali: databases

 

SOMMARJU TA’:

Id-Direttiva 96/9/KE dwar il-protezzjoni legali ta’ databases

X’INHU L-GĦAN TAD-DIRETTIVA?

Tfittex li tipprovdi protezzjoni legali għad-databases* li għandha żewġ aspetti:

  • protezzjoni tad-drittijiet tal-awtur għall-kreazzjoni intellettwali involuta fl-għażla u l-arranġament tal-materjali;
  • sui generis* protezzjoni għal investiment sostanzjali (finanzjarju u f’termini ta’ riżorsi umani, sforz u enerġija) fil-ksib, verifikazzjoni jew preżentazzjoni tal-kontenut ta’ database.

PUNTI EWLENIN

Kamp ta’ applikazzjoni

Id-Direttiva:

  • tapplika għad-databases, irrispettivament mill-forma tagħhom (eż. elettronika (online) jew mhux elettronika (offline));
  • ma tapplikax għas-softwer użat fit-twettiq jew fl-operazzjoni tad-database jew għax-xogħlijiet u materjali li tinkludi.

Ma taffettwax ir-regoli legali li jkopru partikolarment lill-privattivi, trade marks, disinni u mudelli jew kompetizzjoni inġusta.

Drittijiet tal-awtur

  • Database ser tiġi protetta mid-drittijiet tal-awtur jekk l-għażla jew l-arranġament tal-kontentut tagħha jikkostitwixxu l-kreazzjoni intellettwali tal-awtur innifsu.
  • L-awtur ta’ database jgawdi minn grupp ta’ drittijiet esklussivi (atti ristretti), eż. riproduzzjoni, alterazzjoni, distribuzzjoni, eċċ.
  • L-utent leġittimu ta’ database jista’ jwettaq l-atti ristretti li huma neċessarji għall-użu tad-database, soġġetti għal ċerti restrizzjonijiet.
  • Eċċezzjonijiet oħra huma wkoll previsti (eż. illustrazzjoni għat-tagħlim jew riċerka xjentifika).

Id-drittijiet sui generis

  • Flimkien mal-arranġamenti tad-drittijiet tal-awtur, id-Direttiva tistipula sett ta’ arranġamenti sui generis sabiex l-awtur ta’ database jkun jista’ jipprojbixxi l-estrazzjoni u/jew l-użu mill-ġdid mhux awtorizzat tagħha.
  • Id-drittijiet sui generis huma drittijiet ekonomiċi u jistgħu jiġu trasferiti, assenjati jew mogħtija taħt liċenzja kuntrattwali.
  • L-utenti legali jistgħu jestrattaw u jużaw mill-ġdid, mingħajr awtorizzazzjoni, partijiet mhux sostanzjali tal-kontenut ta’ database. Madankollu, ma jistgħux iwettqu atti li jagħmlu ħsara irraġonevoli lill-interessi leġittimi tal-awtur tad-database jew ta’ persuna li tipprovdi x-xogħol jew servizzi li tinkludi.
  • Eċċezzjonijiet oħra huma wkoll previsti (eż. illustrazzjoni għat-tagħlim jew riċerka xjentifika).
  • Id-dritt li jipprevjeni l-estrazzjoni u/jew l-użu mill-ġdid mhux awtorizzat tal-kontenut ta’ database jestendi għal perjodu ta’ 15-il sena b’effett mid-data li fiha l-ħolqien tad-database kien komplut.
  • Il-protezzjoni kontra l-estrazzjoni jew l-użu mill-ġdid mhux awtorizzat hija mogħtija lil databases li l-awtur tagħhom huwa ċittadin tal-UE, kumpanija jew negozju residenti fi jew li jkollhom l-uffiċċju reġistrat tagħhom, l-amministrazzjoni ċentrali jew il-post prinċipali tan-negozju fl-UE.

MINN META TIBDA TAPPLIKA D-DIRETTIVA?

Ilha tapplika mis-16 ta’ April 1996 u kellha ssir liġi fil-pajjiżi tal-UE sal-31 ta’ Diċembru 1997.

SFOND

Kien hemm żewġ evalwazzjonijiet tad-Direttiva, waħda fl-2005 u waħda fl-2018.

Għal aktar informazzjoni, ara:

TERMINI EWLENIN

Database: kollezzjoni ta’ xogħlijiet indipendenti, data jew materjali oħra rranġati b’mod sistematiku jew metodiku u aċċessibbli individwalment permezz ta’ mezzi elettroniċi jew mezzi oħra.
Id-dritt sui generis: dritt ta’ proprjetà, simili għad-drittijiet tal-awtur imma distint. Jeżisti sabiex jirrikonoxxi l-investiment sostanzjali li jsir sabiex jinkiseb, jiġi verifikat jew ippreżentat il-kontenut ta’ database, anke meta din ma tinvolvix l-aspett kreattiv li huwa rifless mid-drittijiet tal-awtur.

DOKUMENT PRINĊIPALI

Id-Direttiva 96/9/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Marzu 1996 dwar il-protezzjoni legali ta’ databases (ĠU L 77, 27.3.1996, pp. 20-28)

.

l-aħħar aġġornament 11.01.2019

Fuq