Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 21999A0831(01)

Ftehimiet ta’ Sħubija u Kooperazzjoni (FSKs): Ir-Russja, il-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-Asja Ċentrali

Ftehimiet ta’ Sħubija u Kooperazzjoni (FSKs): Ir-Russja, il-Kawkasu tan-Nofsinhar u l-Asja Ċentrali

 

SOMMARJU TA’:

Ftehim ta’ sħubija komprensiv u msaħħaħ bejn l-UE u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra

Id-Deċiżjoni (UE) 2018/104 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra

Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra

Id-Deċiżjoni 2009/989/KE, Euratom: dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra

Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u Kooperazzjoni li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, mill-parti l-oħra

Id-Deċiżjoni 1999/593/KE, KEFA, Euratom: dwar il-konklużjoni tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni u Koperazzjoni li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, fuq in-naħa l-oħra

Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan mill-parti l-oħra

Id-Deċiżjoni 99/614/KE, KEFA, Euratom: dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Soċjetà u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra

Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u Koperazzjoni li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kyrgyz, min-naħa l-oħra

Id-Deċiżjoni 1999/491/KE, KEFA, Euratom: dwar il-Konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, minn naħa l-oħra

Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/123 tas-26 ta’ Ġunju 2015 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/244 tal-20 Jannar 2020 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra

Ftehim dwar sħubija u l-koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra

Id-Deċiżjoni 97/800/KEFA, KE, Euratom: dwar l-ilħuq tal-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq in-naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, fuq in-naħa l-oħra

Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika

Id-Deċiżjoni 90/116/KEE: il-konklużjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea ta’ Ftehim bejn il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti dwar il-kummerċ u l-kooperazzjoni kummerċjali u ekonomika

X’INHU L-GĦAN TAL-FTEHIMIET U TAD-DEĊIŻJONIJIET?

Il-ftehimiet bejn l-Unjoni Ewropea (UE) u s-sħab tagħha ġeneralment jimmiraw li:

  • jipprovdu bażi għal djalogu politiku;
  • jappoġġaw l-isforzi magħmula mill-pajjiżi biex isaħħu d-demokraziji tagħhom u jiżviluppaw l-ekonomiji tagħhom;
  • jakkumpanjaw it-tranżizzjoni tagħhom lejn ekonomija tas-suq;
  • jistimulaw il-kummerċ u l-investiment.

Is-sħubijiet għandhom l-għan ukoll li jipprovdu bażi għall-kooperazzjoni fl-oqsma leġiżlattivi, ekonomiċi, soċjali, finanzjarji, xjentifiċi, ċivili, teknoloġiċi u kulturali.

Id-deċiżjonijiet jikkonkludu l-ftehimiet f’isem l-UE.

PUNTI EWLENIN

  • L-UE kkonkludiet tmien ftehimiet ta’ sħubija u kooperazzjoni (FSKs) jew ftehimiet imsaħħa ta’ sħubija ma’ pajjiżi mhux tal-UE: L-Armenja, l-Ażerbajġan, il-Każakistan, il-Kirgiżistan (ir-Repubblika Kirgiża), ir-Russja, l-Użbekistan u t-Turkmenistan.
  • L-FSK mat-Turkmenistan għad irid jiġi ratifikat mill-Parlament Ewropew, bir-relazzjonijiet bejn il-partijiet regolati parzjalment minn ftehim temporanju u parzjalment mill-ftehim tal-1990 bejn l-UE u l-ex Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi (USSR).
  • Il-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) mal-Każakistan jaġġorna u jissostitwixxi ftehim preċedenti ta’ sħubija u kooperazzjoni.
  • Il-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ (CEPA) mal-Armenja bħalissa qed jiġi applikat b’mod provviżorju. Mad-dħul fis-seħħ tiegħu, dan se jaġġorna u jissostitwixxi l-ftehim ta’ sħubija u kooperazzjoni preċedenti.
  • Għadd minn dawn il-pajjiżi huma sħab fil-Politika tal-Viċinat tal-UE li għaliha l-ftehimiet jipprovdu l-bażi għall-implimentazzjoni tagħha.
  • L-FSK mar-Russja jipprovdi wkoll għall-ħolqien tal-kundizzjonijiet meħtieġa għall-istabbiliment futur ta’ żona ta’ kummerċ ħieles.

Karatteristiċi ewlenin

Kull wieħed minn dawn il-ftehimiet huwa miftiehem fuq termini speċifiċi, filwaqt li jitqiesu l-objettivi bilaterali taż-żewġ partijiet. Madankollu, ħafna għandhom karatteristiċi komuni u formati simili inkluż dan li ġej.

  • Prinċipji ġenerali: rigward ir-rispett għad-demokrazija, il-prinċipji tad-dritt internazzjonali u d-drittijiet tal-bniedem. L-ekonomija tas-suq hija wkoll objettiv stabbilit fil-ftehimiet kollha. Għadd ta’ prinċipji oħra huma deskritti bħala li huma ċentrali għall-ftehimiet bħal:
    • l-istat tad-dritt u tal-governanza tajba;
    • il-ġlieda kontra l-korruzzjoni u kontra l-forom differenti ta’ kriminalità organizzata u t-terroriżmu transnazzjonali;
    • il-promozzjoni ta’ żvilupp sostenibbli; u
    • multilateraliżmu effettiv.
  • L-istabbiliment ta’ djalogu politiku bilaterali: bil-għan li jiġu mħeġġa pożizzjonijiet konverġenti dwar kwistjonijiet internazzjonali ta’ tħassib reċiproku u li jkun hemm kooperazzjoni għall-istabbiltà, is-sigurtà u l-konformità mad-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem.
    • Id-djalogu jseħħ fil-livell ministerjali (kunsill ta’ kooperazzjoni jew kunsill ta’ sħubija), fil-livell parlamentari (kunsill parlamentari) u fil-livell ta’ servizz ċivili anzjan, kif ukoll permezz ta’ mezzi diplomatiċi u laqgħat ta’ esperti.
    • Il-Ftehim mar-Russja jipprovdi wkoll għal djalogi fil-livell tal-presidenti.
  • Ġustizzja, libertà u sigurtà: Il-prijoritajiet jistgħu jinkludu:
    • il-konsolidazzjoni tal-istat tad-dritt u t-tisħiħ tal-istituzzjonijiet fil-livelli kollha tal-amministrazzjoni b’mod ġenerali, l-infurzar tal-liġi u l-amministrazzjoni tal-ġustizzja b’mod partikolari,
    • iż-żieda fid-djalogu u l-kooperazzjoni dwar il-migrazzjoni, l-ażil u l-ġestjoni tal-fruntieri;
    • il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata u l-ħasil tal-flus.
  • Il-kummerċ u kwistjonijiet relatati mal-kummerċ: l-UE u l-pajjiż rispettiv jagħtu lil xulxin trattament tan-nazzjon l-aktar favorit. Huma se jistabbilixxu wkoll tranżitu ħieles ta’ oġġetti minn jew mit-territorju tagħhom.
    • Għall-oġġetti aċċettati b’mod temporanju, kull parti tagħti lill-oħra eżenzjoni mid-dazji u t-taxxi tal-importazzjoni.
    • Ir-restrizzjonijiet kwantitattivi fuq l-importazzjonijiet ma jistgħux jibqgħu japplikaw bejn il-partijiet u l-oġġetti jridu jiġu nnegozjati bil-prezz tas-suq tagħhom.
    • Jiġu stabbiliti wkoll kundizzjonijiet li jkopru l-impjiegi, l-istabbiliment ta’ negozju u l-attivitajiet/l-operat tal-kumpaniji, il-provvista transfruntiera tas-servizzi, il-pagamenti attwali u l-kapital.
  • Il-protezzjoni tal-proprjetà intellettwali, industrijali u kummerċjali.
  • Kooperazzjoni ekonomika u settorjali: tista’ tkopri firxa usa’ ta’ oqsma u setturi bil-għan ta’ allinjament gradwali mal-liġijiet u l-prattiki tal-UE u, fejn rilevanti, man-normi u mal-istandards internazzjonali. Is-setturi jistgħu jinkludu:
    • l-agrikoltura u s-settur tal-ikel;
    • l-enerġija;
    • il-kooperazzjoni makroekonomika;
    • il-ġestjoni tal-finanzi pubbliċi;
    • it-tassazzjoni;
    • it-turiżmu;
    • l-ambjent;
    • il-politika industrijali u intraprenditorjali;
    • il-kooperazzjoni fil-qasam tal-impjiegi, tal-politika soċjali u tal-opportunitajiet indaqs;
    • il-kooperazzjoni tas-soċjetà ċivili;
    • il-kooperazzjoni transfruntiera u reġjonali.
  • Il-Kooperazzjoni kulturali.
  • Il-Kooperazzjoni finanzjarja.

DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ

  • Il-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni (EPCA) mal-Każakistan ilu fis-seħħ mill-1 ta’ Marzu 2020.
  • Sakemm issir ir-ratifika, il-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ (CEPA) mal-Armenja ilu japplika b’mod provviżorju mill-1 ta’ Ġunju 2018.
  • L-FSK mat-Taġikistan ilu fis-seħħ mill-1 ta’ Jannar 2010.
  • L-FSK mal-Użbekistan, l-Ażerbajġan u l-Kirgiżistan ilhom fis-seħħ mill-1 ta’ Lulju 1999.
  • L-FSK mar-Russja ilu fis-seħħ mill-1 ta’ Diċembru 1997.

SFOND

  • L-FSK jiġu ġeneralment konklużi għal perjodu inizjali ta’ għaxar snin iżda jiġġeddu awtomatikament fuq bażi annwali sakemm waħda mill-partijiet ma toġġezzjonax.
  • Għal aktar tagħrif ara:

DOKUMENTI EWLENIN

Ftehim ta’ sħubija komprensiv u msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (ĠU L 23, 26.1.2018, pp. 4-466)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2018/104 tal-20 ta’ Novembru 2017 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni, u l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (ĠU L 23, 26.1.2018, pp. 1-3)

Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra (ĠU L 350, 29.12.2009, pp. 3-51)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 2009/989/EC, Euratom tas-17 ta’ Novembru 2009 dwar il-konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra (ĠU L 350, 29.12.2009, p. 1-2)

Ftehim ta’ Assoċjazzjoni u Koperazzjoni li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, mill-parti l-waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, mill-parti l-oħra (ĠU L 229, 31.8.1999, pp. 3-52)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 1999/593/EC, ECSC, Euratom tal-31 ta’ Mejju 1999 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim tal-Assoċjazzjoni u Koperazzjoni li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 229, 31.8.1999, pp. 1-2)

Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, mill-parti ’l waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan mill-parti l-oħra (ĠU L 246,17.9.1999, pp. 3-51)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u l-Kummissjoni 99/614/EC, KEFA, Euratomtal-31 ta’ Mejju 1999 dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Soċjetà u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra (ĠU L 246, 17.9.1999, p. 1-2)

Ftehim ta; Assoċjazzjoni u Koperazzjoni li jistabbilixxi assoċjazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kyrgyz, min-naħa l-oħra (ĠU L 196, 28.7.1999, pp. 48-89)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 1999/491/UE, KEFA Euratom tat-12 ta’ Mejju 1999 dwar il-Konklużjoni ta’ Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Kirgistan, minn naħa l-oħra (ĠU L 196, 28.7.1999, p. 46-47)

Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (ĠU L 29,4.2.2016, p. 3-150)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/123 tas-26 ta’ Ottubru 2015 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (ĠU L 29, 4.2.2016, pp. 1-2)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE)2020/244 tal-20 ta’ Jannar 2020 dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (ĠU L 52, 25.2.2020, p. 1-2)

Ftehim dwar sħubija u l-koperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, min-naħa l-oħra (ĠU L 327, 28.11.1997, pp. 3-69)

Ara l-verżjoni konsolidata.

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill u tal-Kummissjoni 97/800/KEFA, KE, Euratom tat-30 ta’ Ottubru 1997 dwar l-ilħuq tal-Ftehim ta’ Sħubija u Koperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri, fuq in-naħa waħda, u l-Federazzjoni Russa, fuq in-naħa l-oħra (ĠU L 327, 28.11.1997, p. 1-2)

Ftehim bejn il-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Soċjalisti Sovjetiċi dwar il-kummerċ u l-koperazzjoni kummerċjali u ekonomika (ĠU L 68, 15.3.1990, pp. 3-17)

Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 90/116/KEE tas-26 ta’ Frar 1990 dwar il-konklużjoni mill-Komunità Ekonomika Ewropea u l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika u l-Unjoni tar-Repubbliki Sovjetiċi Soċjalisti dwar il-koperazzjoni ekonomika fin-negozju u fil-kummerċ (ĠU L 68, 15.3.1990, p. 1)

DOKUMENTI RELATATI

Avviż li jikkonċerna l-applikazzjoni proviżorja tal-Ftehim ta’ Sħubija Komprensiv u Msaħħaħ bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Armenja, min-naħa l-oħra (ĠU L 122, 17.5.2018, p. 1)

Informazzjoni dwar id-data tad-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni li jistabbilixxi sħubija bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra (ĠU L 350, 29.12.2009, p. 57)

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Ażerbajġan, min-naħa l-oħra (ĠU L 261, 7.10.1999, p. 41)

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika Kirgiża, minn naħa l-oħra (ĠU L 248, 21.9.1999, p. 35)

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Użbekistan, min-naħa l-oħra (ĠU L 248, 21.9.1999, p. 36)

Informazzjoni dwar id-dħul fis-seħħ tal-Ftehim Imsaħħaħ ta’ Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Każakistan, min-naħa l-oħra (ĠU L 51, 25.2.2020, p. 2)

l-aħħar aġġornament 12.06.2020

Fuq