Il-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan
SOMMARJU TA’:
Ftehim għall-ħolqien tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan
Id-Deċiżjoni 95/399/KE dwar l-adeżjoni tal-Komunità mal-Ftehim għall-ħolqien tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan
X’INHUMA L-GĦANIJIET TAL-FTEHIMIET U D-DEĊIŻJONI?
PUNTI EWLENIN
Kamp ta’ applikazzjoni
Dan il-ftehim jiddefinixxi l-qasam tal-kompetenza tal-IOTC bħala l-Oċean Indjan u jipprovdi l-lista tal-ispeċi u tal-istokkijiet taħt l-amministrazzjoni tagħha.
Sħubija
- Is-sħubija fl-IOTC hija miftuħa għal:
- Il-membri tal-FAO kif ukoll il-membri assoċjati li huma pajjiżi kostali fiż-żona tal-Oċean Indjan, jew membri li l-bastimenti tagħhom jistgħadu għat-tonn fiż-żona, jew organizzazzjonijiet għall-integrazzjoni reġjonali ekonomika li jimmanoġġjaw affarijiet dwar l-istokkijiet tat-tonn f’isem dawn l-istati;
- Membri tan-Nazzjonijiet Uniti, jew aġenziji speċjalizzati jew l-Aġenzija Internazzjonali għall-Enerġija Atomika, jekk dawn ikunu pajjiżi kostali jew jistgħadu għat-tonn fiż-żona u huma soġġetti għall-approvazzjoni tal-IOTC.
- Il-membri ser jikkonfermaw uffiċjalment l-aċċettazzjoni tagħhom għal dan il-ftehim billi jiddepożitaw strument ta’ aċċettazzjoni għand id-Direttur Ġenerali tal-FAO.
- Kull membru tal-IOTC huwa rappreżentat minn delegat wieħed li jista’ jiġi akkumpanjat minn xi sostitut u minn esperti u kunsillieri, u għandu vot wieħed. Jistgħu jiġu wkoll mistiedna osservaturi.
- L-IOTC żżomm sessjoni regolari annwali u l-President jista’ jlaqqa’ sessjonijiet speċjali fuq it-talba ta’ mill-inqas terz tal-membri.
Objettivi, funzjonijiet u responsabbiltajiet
Skont il-prinċipji miktuba fil-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar:
- jirrevedu x-xejriet tal-istokkijiet tat-tonn kif ukoll janalizzaw u jippubblikaw informazzjoni xjentifika, jqabda statistika u data oħra dwar il-konservazzjoni u l-ġestjoni;
- jinkoraġġixxu, jirrakkomandaw u jikkoordinaw riċerka u żvilupp, inkluż it-trasferiment tat-teknoloġija u t-taħriġ, sabiex jibbilanċjaw il-ħtiġijiet tal-IOTC mal-interessi u mal-ħtiġijiet tal-membri fir-reġjun li huma pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw;
- jadottaw miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni, sabiex jikkonservaw stokkijiet u jippromwovu utilizzazzjoni ottima;
- jibqgħu jirrevedu l-aspetti ekonomiċi u soċjali tas-sajd, partikolarment l-interessi tal-istati kostali li qed jiżviluppaw;
- japprovaw il-programm u l-baġit tiegħu;
- jirrapportaw lill-FAO, sabiex l-organizzazzjoni taġixxi fejn xieraq;
- attivitajiet oħra fejn meħtieġ sabiex tilħaq l-oġġettivi.
Miżuri ta’ konservazzjoni u ġestjoni
- L-IOTC tista’, permezz ta’ maġġoranza ta’ żewġ terzi, tadotta miżuri vinkolanti ta’ konservazzjoni u ġestjoni.
- Kwalunkwe membru jista’ joġġezzjona għal miżura ta’ konservazzjoni u ġestjoni fi żmien 120 jum u ma jkunx marbut biha. Membri oħra mbagħad ikollhom 60 jum iktar biex joġġezzjonaw.
- Jekk l-oġġezzjonijiet ikunu ġew minn iktar minn terz tal-membri, il-membri l-oħra ma jkunux marbuta b’dik il-miżura, imma xorta jistgħu jagħżlu li jimplimentawha.
Kumitat Xjentifiku u s-sotto-kummissjonijiet
L-IOTC għandha Kumitat Xjentifiku permanenti u tista’ tistabbilixxi iktar sotto-kummissjonijiet. Dawn is-sotto-kummissjonijiet għandhom ikunu miftuħa għal membri li huma stati kostali li mexjin lejn migrazzjoni tal-istokkijiet ikkonċernati, li l-bastimenti tagħhom jistgħaduhom.
Id-drittijiet tal-istati kostali
Il-ftehim ma jippreġudikax id-drittijiet sovrani tal-istat kostali biex jesplora, jisfrutta, jikkonserva u jimmaniġġja r-riżorsi ħajjin, inkluż l-ispeċi li huma migratorji ħafna, fi ħdan żona li tasal sa 200 mil nawtiku taħt il-ġurisdizzjoni tiegħu, skont il-liġi internazzjonali tal-baħar.
Finanzi
Il-membri jikkontribwixxu s-sehem tagħhom mill-baġit awtonomu annwali, skont skala ta’ kontribuzzjonijiet imfassla mill-IOTC.
DATA TAD-DĦUL FIS-SEĦĦ
Il-ftehim daħal fis-seħħ fis-27 ta’ Marzu 1996.
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENTI PRINĊIPALI
Ftehim għall-ħolqien tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (ĠU L 236, 5.10.1995, pp. 25-33).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 95/399/KE tat-18 ta’ Settembru 1995 dwar l-adeżjoni tal-Komunità mal-Ftehim għall-ħolqien tal-Kummissjoni dwar it-Tonn tal-Oċean Indjan (ĠU L 236, 5.10.1995, p. 24).
DOKUMENTI RELATATI
Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar u dwar il-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Parti XI tagħha— Il-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Liġi tal-Baħar (ĠU L 179, 23.6.1998, pp. 3-134).
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 98/392/KE tat-23 ta’ Marzu 1998 li tirrigwarda l-konklużjoni mill-Komunità Ewropea tal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti tal-10 ta’ Diċembru 1982 dwar il-Liġi tal-Baħar u l-Ftehim tat-28 ta’ Lulju 1994 li għandu x’jaqsam mal-implimentazzjoni tal-Parti XI tiegħu (ĠU L 179, 23.6.1998, p. 1-2).
l-aħħar aġġornament 13.07.2022