Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016E239

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

    Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea

     

    SOMMARJU TA:

    Artikolu 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea

    Artikoli 237 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    Artikoli 238 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    Artikoli 239 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    Artikoli 240 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    Artikoli 241 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    Artikoli 242 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    Artikoli 243 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea

    X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKOLI?

    Huma jistabbilixxu r-rwol, il-kompożizzjoni u l-funzjonament tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, li jirrappreżenta l-gvernijiet tal-pajjiżi tal-UE.

    PUNTI EWLENIN

    Rwol

    Kompożizzjoni

    • M’hemm l-ebda membru tal-Kunsill li huwa fiss.
    • Il-Kunsill jiltaqa’ f’10 konfigurazzjonijiet differenti, kull waħda tikkorrispondi għall-qasam ta’ politika li qed jiġi diskuss. Skont il-konfigurazzjoni, kull pajjiż jibgħat il-ministru tiegħu responsabbli għal dak il-qasam ta’ politika.
    • Il-Kunsill Affarijiet Barranin għandu president permanenti — ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà. Il-laqgħat l-oħra kollha tal-Kunsill jiġu ppreseduti mill-ministru rilevanti tal-pajjiż li għandu l-presidenza tal-UE b’rotazzjoni.
    • Il-Kunsill Affarijiet Ġenerali huwa responsabbli sabiex jiżgura konsistenza fil-ħidma tal-konfigurazzjonijiet differenti tal-Kunsill u sabiex iħejji għal-laqgħat tal-Kunsill Ewropew.

    Voti

    • Id-diskussjonijiet u l-voti kollha fil-Kunsill isiru fil-pubbliku.
    • F’ħafna każijiet, il-Kunsill jiddeċiedi skont maġġoranza kwalifikata. Dan ifisser li, bħala regola ġenerali, biex deċiżjoni tgħaddi:
      • 55% tal-pajjiżi (bi 28 membru, għalhekk 16-il pajjiż);
      • li jirrappreżentaw mill-inqas 65% tal-popolazzjoni sħiħa tal-UE jivvotaw favur.
    • Biex tiġi blokkata deċiżjoni, mill-inqas huma meħtieġa pajjiżi (li jirrappreżentaw mill-inqas 35% tal-popolazzjoni sħiħa tal-UE).
    • Għal ċerti temi sensittivi, bħall-politika estera u t-tassazzjoni, il-Kunsill jiddeċiedi b’unanimità.
    • Maġġoranza sempliċi tal-pajjiżi se tkun biżżejjed għal kwistjonijiet proċedurali u amministrattivi.

    SFOND

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    DOKUMENTI PRINĊIPALI

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat tal-Unjoni Ewropea — Titolu III — Dispożizzjonijiet dwar l-istituzzjonijiet — Artikolu 16 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 24)

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji — Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 1 — L-istituzzjonijiet — Sezzjoni 3 — Il-Kunsill — Artikolu 237 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 153)

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji — Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 1 — L-istituzzjonijiet — Sezzjoni 3 — Il-Kunsill — Artikolu 238 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 153-154)

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji — Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 1 — L-istituzzjonijiet — Sezzjoni 3 — Il-Kunsill — Artikolu 239 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 154)

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji — Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 1 — L-istituzzjonijiet — Sezzjoni 3 — Il-Kunsill — Artikolu 240 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 154)

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji — Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 1 — L-istituzzjonijiet — Sezzjoni 3 — Il-Kunsill — Artikolu 241 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 155)

    Verżjoni kkonsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Is-Sitt Parti — Instituzzjonijiet u dispożizzjonijiet finanzjarji — Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 1 — L-istituzzjonijiet — Sezzjoni 3 — Il-Kunsill— Artikolu 242 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 155)

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Is-Sitt Parti — Dispożizzjonijiet istituzzjonali u finanzjarji — Titolu I — Dispożizzjonijiet istituzzjonali — Kapitolu 1 — L-istituzzjonijiet — Sezzjoni 3 — Il-Kunsill — Artikolu 243 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 155)

    l-aħħar aġġornament 11.12.2017

    Fuq