This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 12016E153
Investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ
Investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ
SOMMARJU TA’:
L-Artikolu 3 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE)
L-Artikolu 153 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE)
Ir-Rakkomandazzjoni 2013/112/UE dwar l-investiment fit-tfal
X’INHUMA L-GĦANIJIET TAR-RAKKOMANDAZZJONI, TAL-ARTIKOLU 3 (TUE) U TAL-ARTIKOLU 153 (TFUE)?
Bħala parti mill-pakkett ta’ investiment soċjali għat-tkabbir u l-koeżjoni (SIP) tagħha, il-Kummissjoni Ewropea adottat rakkomandazzjoni dwar investiment soċjali favur it-tfal. L-għan tagħha huwa li tipprovdi lill-pajjiżi tal-UE gwida kif dwar għandhom jindirizzaw il-faqar fost it-tfal u jippromwovu l-benessri tat-tfal, kif ukoll biex isibu modi komuni ta’ kif għandhom jindirizzaw dawn l-isfidi.
L-Artikolu 3 tat-TUE jsemmi b’mod speċifiku l-ħarsien tad-drittijiet tat-tfal bħala wieħed mill-għanijiet u l-valuri tal-UE.
L-Artikolu 153 tat-TFUE jelenka l-oqsma tal-politika soċjali li fihom l-UE tappoġġja u tikkomplementa l-attivitajiet proprji tal-pajjiżi tal-UE. Dawn l-oqsma jinkludu l-ġlieda kontra l-esklużjoni soċjali.
PUNTI EWLENIN
Ir-rakkomandazzjoni titlob li jittieħed approċċ favur id-drittijiet tat-tfal u li jiġu stabbiliti strateġiji integrati bbażati fuq 3 pilastri.
Barra minn hekk, il-Kummissjoni titlob li jiġu żviluppati arranġamenti ta’ governanza, implimentazzjoni u monitoraġġ billi:
Fl-aħħar, ir-rakkomandazzjoni tenfasizza li jeħtieġ li jsir użu sħiħ mill-istrumenti rilevanti tal-UE billi:
SFOND
Għal aktar informazzjoni, ara:
DOKUMENTI EWLENIN
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea — Titolu I — Dispożizzjonijiet komuni — Artikolu 3 (ex Artikolu 2 TUE) (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 17)
Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — It-Tielet Parti — Politika u Azzjonijiet interni tal-Unjoni — Titolu X — Politika Soċjali — Artikolu 153 (ex Artikolu 137 TKE) (ĠU C 202, 7.6.2016, pp. 114-116)
Ir-Rakkomandazzjoni tal-Kunsill 2013/112/UE tal-20 ta’ Frar 2013: L-investiment fit-tfal: niksru ċ-ċiklu tal-iżvantaġġ (ĠU L 59, 2.3.2013, pp. 5-16)
DOKUMENTI RELATATI
Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni — Lejn Investiment Soċjali għat-Tkabbir u l-Koeżjoni — inkluża l-implimentazzjoni tal-Fond Soċjali Ewropew 2014–2020 (COM(2013) 83 final, 20.2.2013)
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni: Aġenda tal-UE dwar id-Drittijiet tat-Tfal (COM(2011) 60 final, 15.2.2011)
EWROPA 2020 — Strateġija għal tkabbir intelliġenti, sostenibbli u inklussiv (COM(2010) 2020 final, 3.3.2010)
l-aħħar aġġornament 17.05.2019