Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 12016E137

    Il-Grupp tal-Euro

    Il-Grupp tal-Euro

     

    SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

    Artikolu 137 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFEU) — regoli speċifiċi lill-pajjiżi tal-UE li l-munita tagħhom hija l-euro

    It-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Protokoll (Nru 14) dwar il-Grupp tal-Euro

    X’INHU L-GĦAN TAL-ARTIKOLU 137 TAT-TFEU U TAL-PROTOKOLL 14?

    • L-Artikolu 137 jipprovdi l-bażi legali għal-laqgħat bejn il-ministri nazzjonali tal-pajjiżi tal-UE li l-munita tagħhom hija l-euro.
    • Il-Protokoll 14 jistabbilixxi l-arranġamenti prattiċi għal dawk il-laqgħat tal-munita unika.

    PUNTI PRINĊIPALI

    • Il-laqgħat tal-Grupp tal-Euro:
      • huma informali;
      • isiru meta jkun meħtieġ;
      • iqisu kwistjonijiet relatati mar-responsabilitajiet kondiviżi tal-gvernijiet fl-użu tal-euro;
      • jinvolvu l-parteċipazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea u stedina regolari lill-Bank Ċentrali Ewropew;
      • huma ppreparati mill-uffiċjali nazzjonali tal-ministeru tal-finanzi tal-pajjiżi tal-euro u mill-Kummissjoni.
    • Il-ministri tal-Grupp tal-Euro jeleġġu president għal sentejn u nofs.

    SFOND

    • Il-prijorità attwali tal-Grupp tal-Euro hija li jiżgura koordinament mill-qrib tal-politika ekonomika fiż-żona tal-euro u li jippromwovi kundizzjonijiet għal tkabbir ekonomiku b'saħħtu. Huwa jadotta l-programm ta’ ħidma tiegħu kull sitt xhur.
    • Huwa jipprepara laqgħat tas-summit tal-Euro u jiżgura s-segwitu tad-deċiżjonijiet meħuda.
    • Huwa jiltaqa’ darba fix-xahar qabel il-laqgħa regolari tal-ministri tal-finanzi tal-UE 28.
    • L-ewwel laqgħa informali tal-ministri tal-finanzi taż-żona tal-euro saret fl-4 ta’ Ġunju 1998 f’Château de Senningen fil-Lussemburgu.

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    • Il-Eurogroup fuq is-sit elettroniku tal-Kunsill tal-Ewropa.

    DOKUMENTI EWLENIN

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea – Parti Tlieta — politiki tal-Unjoni u azzjonijiet interni — Titolu VIII — Politika ekonomika u monetarja — Kapitolu 4 — Dispożozzjonijiet speċifiċi għall-Istati Membri li l-munita tagħhom hija l-euro – Artikolu 137 (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 107)

    Verżjoni konsolidata tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea — Protokoll (Nru 14) dwar il-Grupp tal-Euro (ĠU C 202, 7.6.2016, p. 283)

    l-aħħar aġġornament 09.02.2017

    Fuq