Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 02008D0294-20161220

    L-użu sigur tat-telefowns ċellulari fuq l-inġenji tal-ajru

    L-użu sigur tat-telefowns ċellulari fuq l-inġenji tal-ajru

     

    SOMMARJU TAD-DOKUMENT:

    Deċiżjoni 2008/294/KE — kondizzjonijiet għall-użu ta’ l-ispektrum għat-tħaddim tas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA)

    X’INHU L-GĦAN TA’ DIN ID-DEĊIŻJONI?

    • Hija tistabbilixxi regoli komuni għall-użu sigur tat-telefowns ċellulari fuq l-inġenji tal-ajru (servizzi MCA) sabiex il-passiġġieri tal-ajru jkunu jistgħu jagħmlu telefonati u jibagħtu u jirċievu messaġġi (GSM mode) waqt li jkunu qed itiru fuq l-Ewropa.
    • Din ġiet sussegwentement emendata bid-Deċiżjoni 2013/654/UE biex l-apparat mobbli tal-passiġġieri jkun jista’ jaqbad ukoll mar-riċevitur/trasmettitur tal-inġenju tal-ajru permezz tat-teknoloġija tat-telekomunikazzjoni mobbli 3G u 4G. Dan jippermetti l-użu ta’ servizzi tal-broadband, bħall-aċċess għall-internet, fuq inġenju tal-ajru mgħammar bl-MCA.

    PUNTI EWLENIN

    Il-qafas ġenerali għall-użu tat-telefowns mobbli fuq l-inġenji tal-ajru jiddependi minn żewġ fatturi:

    Il-liċenzja mogħtija minn pajjiż wieħed li tikkonċerna l-konformità tat-tagħmir tal-MCA ser tkun valida fil-pajjiżi kollha tal-UE. Dan se jippermetti l-provvista mhux interrotta ta’ servizzi MCA lill-passiġġieri tal-ajru fuq it-territorju kollu tal-UE.

    Kamp ta’applikazzjoni

    • Din id-deċiżjoni tikkonċerna biss ir-rekwiżiti tekniċi meħtieġa għall-konnessjoni bejn l-apparat mobbli tal-passiġġieri stess u r-riċevitur/trasmettitur tal-inġenju tal-ajru installat fil-kabina tal-passiġġieri.
    • Hija ma tirregolax kif jiġi trasmess is-sinjalliċenzjar, kummerċjali bejn l-inġenju tal-ajru u l-art u lanqas ebda kwistjoni ta’liċenzjar, kummerċjali jew tal-ajrunavigabbiltà.
    • L-installazzjoni tas-sistema tal-MCA hija meħtieġa biss jekk il-linja tal-ajru jkun beħsiebha tipprovdi servizzi MCA lill-passiġġieri tagħha. F’każ bħal dan, il-linja tal-ajru tista’ tiddeċiedi jekk tippermettix biss servizzi tad-data jew anki telefonati bil-vuċi, għall-kumdità u l-privatezza tal-passiġġieri.

    Operazzjoni

    • L-apparat mobbli tal-passiġġieri huwa mqabbad ma’ netwerk ċellulari abbord (stazzjon ta’ bażi transciever tal-inġenji tal-ajru), li min-naħa tiegħu jikkomunika mad-dinja, tipikament permezz tas-satellita.
    • Sabiex jiġi evitat li t-telefowns tal-passiġġieri tal-ajru joħolqu interferenza man-netwerks terrestri tal-komunikazzjoni bir-radju, is-sistema tista’ tiġi attivata biss meta l-inġenju tal-ajru jkun ’il fuq minn 3 000 m/10 000 pied ta’ altitudni.
    • Bejn il-livell tal-art u 3 000 m, it-terminals mobbli jridu jinżammu fi flight mode.
    • ’Il fuq minn 3 000m, l-ekwipaġġ ser jinforma lill-passiġġieri fl-inġenju tal-ajru mgħammar bl-MCA li jistgħu jaqilbu għall-mode “normali” u jagħmlu u jirċievu telefonati, eċċ. kif jagħmlu fuq l-art.
    • Is- servizz tar-roamingtelekomunikazzjoni huwa pprovdut għal tariffa li hija deċiża mil-linja tal-ajru u/jew mill-fornitur tas-servizz ta’telekomunikazzjoni u hija barra l-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-deċiżjoni.

    Sikurezza

    Qabel jitħalla jiġi installat abbord inġenju tal-ajru, kull komponent irid jirċievi ċertifikazzjoni ta’ajrunavigabbiltà mogħtija mill-Aġenzija Ewropea għas-Sikurezza ta’ l-Avjazzjoni. Għaldaqstant, is-sistema MCA hija sigura mil-lat tal-ajrunavigabbiltà.

    Il-pajjiżi tal-UE jistgħu jimponu restrizzjonijiet tekniċi sabiex jipprevjenu l-interferenza u disturbi oħrajn tan-netwerks ta’ telekomunikazzjoni terrestri minn sinjali emessi lil u minn apparat mobbli tal-passiġġieri tal-ajru.

    META TAPPLIKA D-DEĊIŻJONI?

    Hija tapplika mis-7 ta’ April 2008.

    SFOND

    Għal aktar informazzjoni, ara:

    ATT

    Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2008/294/KE tas- 7 ta’ April 2008 dwar kondizzjonijiet armonizzati għall-użu ta’ l-ispektrum għat-tħaddim tas-servizzi ta’ komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA) fil-Komunità (ĠU L 98, 10.4.2008, pp. 19–23)

    L-emendi suċċessivi għad-Direttiva 2008/294/KE ġew inkorporati fid-dokument oriġinali. Din il-verżjoni konsolidata hija biss ta’ valur dokumentarju.

    ATTI RELATATI

    Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tas-7 ta’ April 2008 dwar l-awtorizzazzjoni ta’ servizzi għall-komunikazzjoni mobbli fuq l-inġenji ta’ l-ajru (servizzi MCA) fil-Komunità Ewropea (notifikata taħt id-dokument numru C(2008) 1257) (ĠU L 98, 10.4.2008, pp. 24–27)

    l-aħħar aġġornament 28.06.2016

    Fuq