EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 22018D0384

Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 163/2016 tas-26 ta’ Awwissu 2016 li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/384]

ĠU L 73, 15.3.2018, p. 38–38 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2018/384/oj

15.3.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 73/38


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

NRU 163/2016

tas-26 ta’ Awwissu 2016

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim ŻEE [2018/384]

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea (“il-Ftehim ŻEE”), u b’mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (1) trid tiġi inkorporata fil-Ftehim ŻEE..

(2)

Id-Direttiva 2014/90/UE tħassar b’effett mit-18 ta’ Settembru 2016 id-Direttiva 96/98/KE (2), li hija inkorporata fil-Ftehim ŻEE u li konsegwentement għandha titħassar skont il-Ftehim ŻEE b’effett mit-18 ta’ Settembru 2016.

(3)

Għalhekk, l-Anness II tal-Ftehim ŻEE jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XXXII tal-Anness II tal-Ftehim ŻEE għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Il-punt li ġej jiżdied wara l-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE):

“2.

32014 L 0090: Id-Direttiva 2014/90/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Lulju 2014 dwar tagħmir tal-baħar u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE (ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146).”

2.

It-test tal-punt 1 (id-Direttiva tal-Kunsill 96/98/KE) għandu jitħassar b’seħħ mit-18 ta’ Settembru 2016.

Artikolu 2

It-testi tad-Direttiva 2014/90/UE bil-lingwa Iżlandiża u b’dik Norveġiża, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment dwar iż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fis-27 ta’ Awwissu 2016, bil-kundizzjoni li jkunu saru n-notifiki kollha skont l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-Taqsima taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u fis-Suppliment tiegħu dwar iż-ŻEE.

Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Awwissu 2016.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Bergdís ELLERTSDÓTTIR


(1)  ĠU L 257, 28.8.2014, p. 146.

(2)  ĠU L 46, 17.2.1997, p. 25.

(*1)  Ma huwa indikat l-ebda rekwiżit kostituzzjonali.


Top