EUR-Lex Hozzáférés az európai uniós joghoz

Vissza az EUR-Lex kezdőlapjára

Ez a dokumentum az EUR-Lex webhelyről származik.

Dokumentum 52018M8937

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni (Il-Każ M.8937 — Advent International/Zentiva) — Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata (Test b'rilevanza għaż-ŻEE.)

ĠU C 214, 19.6.2018., 11—11. o. (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.6.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 214/11


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.8937 — Advent International/Zentiva)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(2018/C 214/10)

1.   

Fit-8 ta’ Ġunju 2018, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

Advent International Corporation (“Advent”, l-Istati Uniti tal-Amerka),

Il-grupp ta’ kumpaniji Zentiva, inklużi Zentiva Pharma GmbH (il-Ġermanja), Winthrop Arzneimittel GmbH (il-Ġermanja), Winthrop Pharmaceuticals UK Ltd (ir-Renju Unit), Zentiva France (Franza), Zentiva Polska sp. z.o.o. (il-Polonja), Zentiva S.A. (ir-Rumanija), Zentiva, a.s. (is-Slovakkja), Zentiva International, a.s. (is-Slovakkja), Zentiva Group, a.s. (ir-Repubblika Ċeka), Zentiva, k.s. (ir-Repubblika Ċeka), Zentiva Portugal, Lda (il-Portugall), Zentiva Italia S.r.l. (l-Italja), Zentiva GmbH (l-Awstrija), Helvepharm AG (l-Iżvizzera) u Zentiva HU Kft (l-Ungerija) (flimkien “Zentiva”), bħallisa kkontrollata minn Sanofi.

Il-konċentrazzjoni proposta tikkonsisti fl-akkwist tal-kontroll uniku minn Advent ta’ Zentiva fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—   Advent: investitur dinji ta’ ekwità privata, investimenti ffukati fuq diversi setturi, jiġifieri servizzi finanzjarji u tan-negozju; il-kura tas-saħħa; industrijali il-bejgħ bl-imnut, tal-konsumatur u ta’ rikreazzjoni; u t-teknoloġija, il-midja u t-telekomunikazzjoni.

—   Zentiva: grupp farmaċewtiku ffukat fuq l-iżvilupp, il-manifattura u l-bejgħ ta’ prodotti farmaċewtiċi ġeneriċi primarjament fl-Ewropa.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jinħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jinħtieġ li r-referenza li ġejja tiġi dejjem speċifikata:

M.8937 — Advent International/Zentiva

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-email, permezz tal-faks jew permezz tal-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 22964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)  ĠU C 366, 14.12.2013, p. 5.


Az oldal tetejére