EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document C2018/015/04

Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

ĠU C 15, 17.1.2018, p. 4–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

17.1.2018   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 15/4


Wiċċ nazzjonali ġdid ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni

(2018/C 15/04)

Image

Il-muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni għandhom status ta’ valuta legali fiż-żona tal-euro. Sabiex tinforma lill-pubbliku u lill-partijiet kollha li jużaw il-muniti, il-Kummissjoni tippubblika deskrizzjoni tad-disinji tal-muniti l-ġodda kollha (1). F’konformità mal-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2009 (2), l-Istati Membri taż-żona tal-euro u l-pajjiżi li kkonkludew ftehim monetarju mal-Unjoni Ewropea li jipprevedi l-ħruġ ta’ muniti tal-euro huma awtorizzati li joħorġu muniti kommemorattivi tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni kemm-il darba jiġu ssodisfati ċerti kundizzjonijiet, b’mod partikolari li jintużaw muniti taż-2 euro biss Dawn il-muniti għandhom l-istess karatteristiċi tekniċi bħall-muniti l-oħra taż-2 euro, iżda l-wiċċ nazzjonali tagħhom ikun fih disinn kommemorattiv li jkollu rilevanza simbolika għolja f'termini nazzjonali jew Ewropej.

Pajjiż li qiegħed joħroġ il-munita : L-Estonja

Suġġett tal-kommemorazzjoni : L-Estonja, il-Latvja u l-Litwanja fl-2018 se joħorġu flimkien munita kommemorattiva tal-euro b’disinn komuni, li jiċċelebra t-twaqqif tal-Istati tal-Estonja u l-Latvja, u t-twaqqif mill-ġdid tal-Istat tal-Litwanja

Deskrizzjoni ta-disinn : It-tliet Stati Baltiċi huma simbolikament rappreżentati bħala malju. Il-pajjiżi huma magħqudin mill-istorja tagħhom: imgħoddi, preżent u futur komuni. Numru stilizzat li jirrappreżenta l-100 anniversarju, flimkien mas-simboli araldiċi tat-tliet Stati, ukoll jinsabu fid-disinn. Fuq in-naħa tax-xellug hemm l-isem tal-pajjiż li ħareġ il-munita, “EESTI”, u fuq in-naħa tal-lemin hemm is-sena tal-ħruġ “2018”. Id-disinn intgħażel permezz ta’ votazzjoni pubblika fit-tliet pajjiżi Baltiċi.

Iċ-ċirku ta’ barra tal-munita juri t-12-il stilla tal-bandiera Ewropea.

Għadd ta’ muniti li huwa stmat li se jinħarġu :

Data tal-ħruġ : L-ewwel trimestru tal-2018


(1)  Ara ĠU C 373, 28.12.2001, p. 1 għall-uċuħ nazzjonali tal-muniti kollha li nħarġu fl-2002.

(2)  Ara l-konklużjonijiet tal-Kunsill tal-Affarijiet Ekonomiċi u Finanzjarji tal-10 ta’ Frar 2009 u r-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni tad-19 ta’ Diċembru 2008 dwar linji gwida komuni għall-uċuħ nazzjonali u l-ħruġ ta’ muniti tal-euro maħsuba għaċ-ċirkolazzjoni (ĠU L 9, 14.1.2009, p. 52).


Top