EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0755

Kawża T-755/16: Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2016 – La Rocca vs EUIPO (Take your time Pay After)

ĠU C 475, 19.12.2016, p. 23–23 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/23


Rikors ippreżentat fil-31 ta’ Ottubru 2016 – La Rocca vs EUIPO (Take your time Pay After)

(Kawża T-755/16)

(2016/C 475/34)

Lingwa tal-kawża: it-Taljan

Partijiet

Rikorrenti: Alessandro La Rocca (Anzio, l-Italja) (rappreżentanti: A. Perani, J. Graffer, avukati)

Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)

Informazzjoni dwar il-proċedimenti quddiem l-EUIPO

Trade mark kontenzjuża kkonċernata: trade mark tal-Unjoni figurattiva li tinkludi l-elementi verbali “Take your time Pay After” – Applikazzjoni għal reġistrazzjoni Nru 14 369 031

Deċiżjoni kkontestata: deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-4 ta’ Awwissu 2016 fil-Każ R 406/2016-1

Talbiet

tikkonstata l-ksur u l-applikazzjoni inkorretta tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja;

tikkonstata l-ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament dwar it-trade mark Komunitarja u, għall-effetti;

tannulla d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, fil-Każ R 406/2016-1, mogħtija fl-4 ta’ Awwissu 2016 u nnotifikata fil-31 ta’ Awwissu 2016;

tikkundanna lill-EUIPO għall-ispejjeż.

Motivi invokati

Ksur tal-Artikolu 7(1)(b) u (2) tar-Regolament Nru 207/2009;

Ksur tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009.


Top