EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62016TN0728

Kawża T-728/16: Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2016 – Tuerck vs Il-Kummissjoni

ĠU C 475, 19.12.2016, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/18


Rikors ippreżentat fl-14 ta’ Ottubru 2016 – Tuerck vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-728/16)

(2016/C 475/28)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Sabine Tuerck (Woluwe-Saint-Pierre, il-Belġju) (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea

Talbiet

Ir-rikorrenti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:

tiddikjara u tiddeċiedi li,

id-deċiżjoni tal-10 ta’ Diċembru 2015 li tikkonferma t-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni tar-rikorrenti, hija annullata;

il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.

Motivi u argumenti prinċipali

Insostenn tar-rikors tagħha, ir-rikorrenti tinvoka żewġ motivi.

1.

L-ewwel motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 7(1) tad-dispożizzjonijiet ġenerali ta’ implementazzjoni (DĠI) tal-Artikoli 11 u 12 tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal, dwar it-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni, tat-3 ta’ Marzu 2011. Dan il-ksur twettaq mill-Awtorità tal-Ħatra (AIPN) waqt il-kalkolu tat-tnaqqis tal-ammont li jirrappreżenta l-apprezzament tal-kapital bejn id-data tal-applikazzjoni għat-trasferiment u d-data attwali tat-trasferiment.

2.

It-tieni motiv ibbażat fuq il-ksur tal-Artikolu 11(2) tal-Anness VIII tar-Regolamenti tal-Persunal sa fejn l-AIPN ħadet inkunsiderazzjoni l-promozzjoni tagħha b’effett retroattiv sabiex tiddetermina s-salarju bażiku fid-data tal-applikazzjoni għat-trasferiment tad-drittijiet għall-pensjoni.


Top