EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62014TB0199(01)

Kawża T-199/14: Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2016 – Vanbreda Risk & Benefits vs Il-Kummissjoni (“Responsabbiltà mhux kuntrattwali — Kuntratti pubbliċi għal servizzi — Ftehim dwar l-ammonti kwantifikati tal-kumpens għad-dannu — Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni — Spejjeż”)

ĠU C 475, 19.12.2016, p. 16–16 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/16


Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Settembru 2016 – Vanbreda Risk & Benefits vs Il-Kummissjoni

(Kawża T-199/14) (1)

((“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Ftehim dwar l-ammonti kwantifikati tal-kumpens għad-dannu - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni - Spejjeż”))

(2016/C 475/25)

Lingwa tal-kawża: il-Franċiż

Partijiet

Rikorrenti: Vanbreda Risk & Benefits (Antwerpen, il-Belġju) (rappreżentanti: inizjalment minn P. Teerlinck u P. de Bandt, sussegwentement minn P. Teerlinck, P. de Bandt u R. Gherghinaru, avukati)

Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn S. Delaude u L. Cappelletti, sussegwentement minn S. Delaude, aġenti)

Suġġett

Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni tat-30 ta’ Jannar 2014, li permezz tagħha l-Kummissjoni ċaħdet l-offerta sottomessa mir-rikorrenti għal-lott Nru 1 fil-kuntest tas-sejħa għal offerti OIB.DR.2/PO/2013/062/591, dwar l-assigurazzjoni ta’ beni u ta’ persuni (ĠU 2013/S 155-269617), kif ukoll tat dan il-lott lil kumpannija oħra u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni.

Dispożittiv

1)

Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.

2)

Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk ta’ Vanbreda Risk & Benefits, sostnuti fil-proċeduri fil-kawża prinċipali u fil-proċeduri għal miżuri provviżorji quddiem il-Qorti Ġenerali.


(1)  ĠU C 159, 26.5.2014.


Top