EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 62015CA0169

Kawża C-169/15: Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Benelux Gerechtshof – BENELUX) – Montis Design BV vs Goossens Meubelen BV [Rinviju għal deċiżjoni preliminari — Proprjetà industrijali u kummerċjali — Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati — Direttiva 93/98/KEE — Artikolu 10(2) — Perijodu ta’ protezzjoni — Assenza ta’ stabbilment mill-ġdid tal-protezzjoni b’riżultat tal-Konvenzjoni ta’ Berna]

ĠU C 475, 19.12.2016, p. 6–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

19.12.2016   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 475/6


Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tielet Awla) tal-20 ta’ Ottubru 2016 (talba għal deċiżjoni preliminari tal-Benelux Gerechtshof – BENELUX) – Montis Design BV vs Goossens Meubelen BV

(Kawża C-169/15) (1)

([Rinviju għal deċiżjoni preliminari - Proprjetà industrijali u kummerċjali - Drittijiet tal-awtur u drittijiet relatati - Direttiva 93/98/KEE - Artikolu 10(2) - Perijodu ta’ protezzjoni - Assenza ta’ stabbilment mill-ġdid tal-protezzjoni b’riżultat tal-Konvenzjoni ta’ Berna])

(2016/C 475/07)

Lingwa tal-kawża: l-Olandiż

Qorti tar-rinviju

Benelux Gerechtshof

Partijiet fil-kawża prinċipali

Rikorrenti: Montis Design BV

Konvenuta: Goossens Meubelen BV

Dispożittiv

L-Artikolu 10(2) tad-Direttiva tal-Kunsill 93/98/KEE, tad-29 ta’ Ottubru 1993, li tarmonizza d-dewmien ta’ protezzjoni ta’ drittijiet tal-awtur u ċerti drittijiet relatati, moqri flimkien mal-Artikolu 13(1) tagħha, għandu jiġi interpretat fis-sens li l-perijodi ta’ protezzjoni previsti minn din id-direttiva ma japplikawx għal drittijiet tal-awtur li kienu inizjalment protetti minn leġiżlazzjoni nazzjonali iżda li kienu ġew estinti qabel l-1 ta’ Lulju 1995.

Id-Direttiva 93/98 għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li, inizjalment, kienet tat, bħal fil-kawża prinċipali, protezzjoni taħt id-drittijiet tal-awtur lil xogħol iżda li, sussegwentement, ipprevediet l-estinzjoni definittiva ta’ dawn id-drittijiet, qabel l-1 ta’ Lulju 1995, minħabba l-fatt li ma kienx issodisfatt rekwiżit formali.


(1)  ĠU C 228, 13.7.2015.


Top